Illum previous editions

ILLUM 17 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

06 analiżi IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 • illum 'Il-Gvern għandu jagħmel moniteraġġ irid irażżan l-għoli tal-ħajja' L-ekonomista Clint Flores jitkellem mal-Editur tal-ILLUM Albert Gauci Cunningham u jwissi li l-prezzijiet mhux se jmorru lura u li l-quċċata tal- għoli tal-ħajja għad trid tintlaħaq jekk ma jittiħdux deċiżjonijiet fid-dawl ta' sanzjonijiet li jemmen illi iktar qed iweġgħu lill-Ewropa milli lir-Russja... Il-Gvern - għalkemm ma jistax jiddetta l-prezzijiet hu - għandu jibgħat messaġġ ċar illi qed jagħmel moniteraġġ tas-sitwazzjoni tal-prezzijiet, biex b'hekk l-aspettativa tal-inflazzjoni titrażżan. Hekk sostna mal-ILLUM l-ekonomista Clint Flores dwar l-għoli tal-ħajja li bħalissa qed jiddomina d-diskussjoni, mhux biss lokalment imma madwar l-Unjoni Ewropea kollha hekk kif ir-rata ta' inflazzjoni qed tlaħħaq ċifri mill-aktar għoljin fi snin, bi prezzijiet ta' prodotti bħal-laħam kif ukoll l-enerġija u l-prezzijiet ġenerali tal-ikel telgħin b'rata mgħaġġla. Mal-ILLUM Flores saħaq illi huwa jemmen illi l-Gvern importanti li jibgħat messaġġ ċar kontra l-abbuż. "Abbuż se jkun hemm dejjem. F'kollox fil-ħajja it jew wisq f 'suq ħieles ikun hemm abbuż. L-importanti li tibgħat messaġġ li dak l-abbuż se tkun qiegħed tarah u tagħmel moniteraġġ tiegħu u trażżnu." Huwa qal illi minkejja li statistikament Malta għandha l-inqas rata ta' inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea, l-aspettativa ta' kemm se togħla l-ħajja hija waħda "xi it jew wisq għolja" u allura l-konsumatur qed jistenna li l-ħajja tkompli togħla, xi ħaġa li tista' twassal biex fil-fatt il-prodotti jogħlew mhux għax tkun għoliet il-materja prima jew it-trasportazzjoni, imma propju għax ikun hemm l-apsettativa li se jogħlew il-prezzijiet. Kien għalhekk u f 'dan id-dawl li mal-ILLUM Flores reġa' saħaq fuq l-importanza li l-Gvern jibgħat sinjal b'saħħtu ta' moniteraġġ fuq is-sitwazzjoni, biex - skont hu - "tingħata daqqa lil din l-aspetattiva tal-inflazzjoni u din tibda titrażżan." 'L-istrateġija tal-Gvern Malti - li "jixtri" ftit ħin - qed tkun effettiva' Minkejja dan l-ekonomista sostna mal-ILLUM ukoll illi huwa jemmen illi l-istrateġija tal-Gvern Malti qed tkun, "b'xi mod aktar effettiva imqabbla ma' pajjiżi oħra fejn l-istess inflazzjoni litteralment kilithom." Mistoqsi għaliex jaħseb li dan huwa l-każ, Flores semma' l-fatt li permezz ta' €200 miljun l-Gvern qed jagħmel tajjeb għal żidiet fil- prezzijiet tal-enerġija, żidiet li esperjenzaw il-pajjiżi kollha tal-UE b'indiċi ħafna ogħla minn ta' Malta - li sa April kien ta' 96. L-ogħla prezzijiet ġew rreġistrati fid- Danimarka fejn l-indiċi jitla' għal 416, in-Norveġja (316), il-Belġju (287) u l-Olanda (263). Flores fakkar li apparti s-sussidji fuq l-enerġija l-Gvern qed jissusidja wkoll il-qmuħ u sostna illi kieku l-Gvern ma ħax dawn il-passi d-daqqa tal-inflazzjoni kienet tkun bil-wisq akbar. Jirrikonoxxi li dan l-ilqugħ għall-għoli tal-ħajja ġej mill-finanzi tal-pajjiż u allura mit-taxxi li jħallsu n-nies. "B'dan il-mod tkun qiegħed tixtri it il- ħin sakemm l-affarijiet joqgħodu u jikkalmaw. Il-Gvern Malti għalhekk qiegħed jevita sitwazzjoni fejn meta se tiġi ż-żieda għall-għoli tal-ħajja (COLA) jagħti żieda li tirrifletti dik li hemm fl-istatistika jew viċin tagħha. Dan ifisser li tevita li jkollok inflazzjoni għolja ħafna li taħrab mill-idejn u li min iħaddem fil- privat u anke l-Gvern ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħha u allura tirriżulta f 'telf ta' impjiegi," sostna Flores. Rapporti fil-mezzi tax-xandir diġà indikaw li l-COLA - li tinħadem b'mekkaniżmu li jikkalkula l-għoli tal-ħajja, b'toqol differenti lill- prodotti u servizzi differenti - li titħabbar fil-Baġit jaf tlaħħaq is-€6 fil-ġimgħa jew saħansitra taqbeż dan l-ammont, din is-sena. Huwa kompla jwissi illi meta l-għoli tal-ħajja taħrab mill- kontroll, ikun diffiċli li jerġa' jiġi kkontrollat u għalhekk hemm bżonn pjan għax ifakkar li l-għoli fil-prezzijiet hija daqqa doppja: L-għoli nnifsu li jfisser li trid toħroġ aktar flus u l-fatt li l-flus disponibbli - dak li jifdallek fil-but - jonqsu, bil- konsegwenza li tonqos s-saħħa tal- paga. L-akbar uġigħ ta' ras? 'Il-provvista tal-ikel!' Flores qal mal-ILLUM li huwa jemmen li l-akbar uġigħ ta' ras se tibqa' l-provvista, speċjalment l-ikel. "Se naslu f 'punt fejn kollox se jkun affettwat b'mod sistematiku, sitwazzjoni li se ttawwal jekk il- provvista tibqa' li hi." L-ekonomista Clint Flores Il-Laħam, huwa fost il-prodottti bl-akbar qabża fil-prezzijiet fl-aħħar xhur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2022