Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501
07 analiżi illum • IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 moniteraġġ tal-abbużi fil-prezzijiet jekk Kien hawn illi Flores reġa' kkritika s-sanzjonijiet ewropej u l-effett tagħhom, kif kien diġà għamel ma' din il-gazzetta u sostna li dawn qed jaħdmu l-kontra, u minflok iweġġgħu lill-ekonomija Russa, qed iweġġgħu lill-ekonomiji tal-punent, inkluż dik ewropea. Fil-fatt huwa jakkuża lill-UE li "għaġġlet". Huwa fakkar li l-President Russu Vladimir Putin sab swieq differenti "u qiegħed ibiegħ aktar fl-Asja." "Dan ifisser li aktar ma jtawwal aktar jaf li ċertu ekonomiji Ewropej se jitniżżlu għarkuptejhom. Il- buttuna tal-għoli tal-ħajja f 'idejn Putin qiegħda u mhux bil-kontra," sostna l-ekonomista mal-ILLUM. Kien hawn li saħaq illi bid- deċiżjonijiet li ħadet l-Ewropa daħlet fi sqaq għax - skont hu - l-Amerikani riedu jaslu għaċ-Ċina, li jfakkar illi hija kompetitur dirett tal-Istati Uniti u li qed tkompli tavvanza ekonomikament à skapitù ta' drittijiet tal-bniedem u fatturi bħal, protezzjoni tal-privatezza u d-data. Huwa kompla jgħid illi l-akbar inkwiet mhuwiex issa iżda meta tasal ix-xitwa u tibda il-kesħa fin- naħa ta' fuq tal-Ewropa. Huwa qal li jista' jkun illi f 'dan il-punt jibdew jinħassu t-tensjonijiet soċjali fit-toroq għax "in-nies mhux se taċċetta li tgħix b'dan il- mod u nemmen li finalment jekk dil-gwerra se tkompli ttawwal, se jbatu ħafna nies u jiaqru ħafna nies, speċjalment meta qed ikun ikkunsidrat li tiżdied l-ispiża fil- militar li hi spiża apparti u mhux obbligatorja u li għandha titħallas lejn il-baġit tal-Unjoni Ewropea." Fil-fatt ċerta pajjiżi ewropej, bħal Franza, diġà qed iħeġġu lin-nies biex jikkonsmaw inqas enerġija minħabba provvista u prezz, filwaqt illi l-Gvern Ġermaniż sostna li se jkun qed jestendi l-użu tal-impjanti li jaħdmu bil-faħam - direzzjoni dijamettrikament oppposta għal dik li kienet qed tieħu l-UE, fid- dawl ta' tragwardi marbutin mal- ambjent u l-bidla fil-klima. 'Il-prezzijiet qatt mhu se jmorru lura għal dak li kienu' Mistoqsi dwar il-possibilità li l-prezzijiet u l-inflazzjoni jikkalmaw Clint Flores ma tantx kien ottimist. Huwa qal li jemmen illi kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa l-prezzijiet "qatt mhu se jmorru lura għal dak li kienu." Huwa fakkar li l-proċess li permezz tiegħu titwaqqaf l-inflazzjoni jissejjaħ diżinflazzjoni, u allura dak ikun xenarju fejn il- ħajja ma togħliex daqstant. Filwaqt li qal li ma jarax dan ix-xenarju jseħħ, kif fil-fatt kien ġara fil- Ġappun, fakkar li diżinflazzjoni tagħmel ħsara lill-ekonomiji daqs l-inflazzjoni. Huwa qal li dan huwa minħabba illi jwassal għal nuqqas ta' investiment. "Jekk jiena bħala investitur qed nara l-prezzijiet jaqgħu se nistenna qabel ninvesti, għax inkella se nbigħ il-prodott bi prezz inqas u forsi saħansitra inqas mill-ispiża biex nipproduċih," spjega Flores mal- ILLUM. "Allura, ma jkunx hemm investiment u ovvjament jintilfu l-impjiegi ukoll. Li rridu nżommu taħt kontroll hija r-rata ta' kemm togħla l-ħajja." U finalment l-ekonomista Clint Flores qal illi qed jinnota li l-munita Ewro waqgħet fil-valur meta mqabbla mad-dollaru Amerikan. Dan ifisser li bħalissa tista' tixtri id- dollaru Amerikan kważi bl-istess prezz tal-Ewro. "Dan ifisser ukoll li l-esportazzjoni mill-Ewropa se tkun irħas, imma biex tesporta l-Ewropa trid timporta materja prima, u jekk il-munita Ewro waqgħet se tkun qed timporta b'aktar għoli u din se tkompli twassal għal-aktar inflazzjoni meta jgħaddi it żmien. F'dan l-istadju tagħmel x'tagħmel jekk l-Ewropej mhux se jaraw kif se jinnewtralizzaw il-prezzijiet bil- fiskal, is-sitwazzjoni se tiggrava u l-quċċata tal-għoli tal-ħajja jkun fadallu sabiex jintlaħaq," itemm jipprevedi mal-ILLUM. Malta fil-qiegħ tal-lista tal-UE, bl-inqas rata ta' inflazzjoni fl-UE matul Ġunju li għadda