Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501
12 festi IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 • illum Jagħmel li jrid Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Għal Sant, il-letteratura hija logħba. Għal kull awtur, essenzjalment, li mill- materja prima mxerrda fis-sulari tal- Babel tal-lingwa, isawwar ġugarell uniku u ġdid għal kollox. Imma Sant l-enigma perenni. Bħal fil-ġrajja politika ewlenija tiegħu, huwa anki awtur li jikkalkula, fil-każ speċifiku forsi b'riħet l-għarfien maniġerjali u ekonomiku li jista' jitkejjel u jinħadem bl-islide rule calculator, aġġeġġ rari daqs il-Kus Qaddis, li fil- bijografija tiegħu Sant isemmih b'għożża meta jirrakkonta li xtrah l-Amerika u li għenu biex jaħdem diversi proġetti bih. Id-divertiment mhuwiex biss l-għoġba personali tal-awtur waqt xogħlu. Elevah saħansitra għal ġeneru, fid-dieher temporanju, bħal fil-każ tal-ġabra Pupu Fil-Baħar (SKS, 2009), anki reminixxenti tad-divertissement teatrali jew letterarju, intermezz ħafif bejn ħwejjeġ forsi aktar impenjattivi. Sant, fil-fatt, jaf jieħu gost bil-kitba u ma jiddejjaqx jistqarrha: il- postmodernità ilna li għarafna l-aspett lagħbi tagħha bix-xbihat u t-tifsiriet, li jistgħu wkoll jiskulaw għall-awtur reali, mhux biss għall-imġiba tad-demm u l-laħam tiegħu, imma anki għax-xbiha li tinħoloq jew joħloq hu deliberatament tiegħu nnifsu. Mhux biss, għax Sant dejjem iżżerżaq ħafif mill-qafla tad-definizzjonijiet u d-denominazzjonijiet. M'intix se ttih tikketta letterarja kif ġieb u laħaq, speċjalment wara li ħeles mir-rumanz żagħżugħ antierojku biex jaqbad it-triq unika tiegħu. Sant l-istramb, kif anki ttrattajna xi żmien ilu fir-reċensjoni taż- żewġ bijografiji tiegħu, iterraq waħdu t-triq li jagħżel hu, u ħadd mhu sidu jekk jaqtagħha li jilwi ħesrem. F'dan l-aspett, jibqa' dejjem frisk u dejjem tistenna xi ħaġa ġdida mingħandu: tista' tgħid m'hemmx ktieb tiegħu li ma joħloqx stennija u ma jippremjahiex, bħal fil-każ ta' Western (SKS, 2016) u Bħal f 'Dizzjunarju (SKS, 2011), divertimenti deliberati u garantiti. Sant imur lil hinn mill-obbligi imposti fuq il-figura awturjali: żgur ma jatteġġjax ta' qalbu perżuta mehdi fis-sħab kapriċċjuż li joħloq moħħu, u anki l-it analiżi letterarja li ppubblika tinfed wisq aktar minn oħrajn stabbiliti li donnhom dejjem jieħdu l-istess dawra biex jerġgħu lura minn fejn ġew. Fi it kliem, Sant jagħmel li jrid. Jittraduċi r-rumanz tiegħu stess u joħorġu hu, bħal fil-każ tat-traduzzjoni għall-Ingliż ta' L-Għalqa tal-Iskarjota, u llum jerġa' jawtopubblika, b'Ir-Rumanz tal-Fieres Safran bħala l-ewwel offerta mid-dar ġdida Quinque. Milli jintqal, l-isem, ħamsa bil-Latin, huwa wkoll enigma oħra ta' Sant, mitfugħa bħala għadma oħra għall- klieb imġewħa, imma mhux se naħlu ħin nippruvaw insolvuha. Is-sit elettroniku tagħha jirreklama x-xogħlijiet l-oħrajn tal-awtur u donnu jistieden vagament għall-manuskritti biex jinħadmu b'mod koperattiv u bl-awtur iżomm aktar kontroll fuq xogħlu. Xi ħaġa li ġiet ripetuta mill-awtur anki waqt il-webinar tat-tnedija, xorta vaga, fejn issuġġerixxa short-circuiting tar-relazzjoni bejn il- pubblikatur u l-awtur ħalli, sabiex nużaw verb ossessiv tiegħu, il-proċess 'jittellaq' aktar malajr. Ma tridx tkun tal-mestier biex tinduna, imma Fieres jolqtok mill-ewwel bl- istradikatezza editorjali tiegħu. Apparti tipografija tgħajjik, reminixxenti ta' meta l-kotba konna nagħmluhom b'saqajna, l-għeltijiet ortografiċi u tipografiċi juru li din it-tellieqa biex jinqabeż is-sensar bejn l-awtur u l-pubbliku ma ntrebħitx, jekk bdiet, wara kollox. Hemm bħallikieku konsistenza fl-għelt, ras iebsa li ma tridx taf bir-regoli u bil-korrezzjonijiet, liema żbalji jinfirxu anki fuq unitajiet tat-tifsir bażiċi bħal ċertu ismijiet tal-karattri. Il- ktieb kaxxa magħluqa: minkejja kull agħa dwaru, ma tkunx taf x'fih sakemm tiħu u taqrah. U għad m'hemmx polza li biha tista' tieħdu lura l-bejjiegħ għax b'xi mod sibtu difettuż. Nerġgħu għaliha din, għax jaf hemm konsegwenzi aktar serji. Lil hinn milli ninsinwa xi forma ta' skorrettezza jew traskuraġni tal-ksuħat, din li nkomplu nillappazzaw bil-Malti ma jistax ikun inkomplu għaddejjin biha. L-immaġinazzjoni fertili ta' Sant, madankollu, ma tiddiżappuntax. Ġa l-fatt li kapaċi jġedded lilu nnifsu kull darba huwa penz ieħor fuq il-pavru, b'kuntrast għal waqtiet fejn donnu kulħadd ma jafx jikteb ħlief fuq l-istess ħaġa u fi ħdan l-istess sqaqien. Did-darba, joħorġilna bi storja msejsa fuq il-mit Arturjan, fejn kavallier jintbagħat fuq missjoni biex isib is-Santu Graal, il-plattin li Ġużeppi ta' Arimatea kien laqa' fih id-demm ta' Kristu msallab. Jasal Malta, fil-periferija mhux magħrufa tad-dinja, u Malta ssir iċ- ċentru tagħha, bla ma taf, f 'logħba ironika u intelliġenti li tgħaqqad il-misteru dwar l-istorja pre-Medjevali ta' Malta ma' elementi tar-rumanzi storiċi tax-xwabel iċemplu u l-imħabba kortiġġjana, b'medda ta' għarfien letterarju li tieħdok mil- letteratura Provenzali sa Walter Scott, u kollox mirfud mill-postmodernità tad- dokumentazzjoni u s-sorsi extra-letterarji, u n-narratur li jxidd u jinża' maskra wara l-oħra. Issa, il-paraguni odjużi, u trid tqabbel mas-simili, imma l-ambjentazzjoni storika u l-intenzjoni, bit-tiixa tal-kus qaddis u s-sekli mbiegħda tal-umanità Ewropea, bilfors jiħduk għal Umberto Eco u Baudolino, u forsi wkoll, l-aktar għall-kuntest tekniku, lejn Il Nome della Claudia Gauci