Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501
11 intervista illum • IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 Żgur mhux li ġenitur imur il-ħabs jħallsu fil-ħin' tas-soċjetà demokratika u sostenibbli; l-Eżekuttiv, il-Leġiżlattiv u l-Ġudizzjarju. L-ILLUM qabdet dan id-dokument, maqsum f 'erba' kategoriji - il-prevenzjoni, il-protezzjoni, il-proċedimenti u l-isħubija - u iddiskutiet ma' Chircop Faure fuq il- pick-up point fl-għasses, il-pressjoni li tista' tinħoloq fuq il-Korp tal-Pulizija, pagamenti ta' manteniment aktar regolati u d-dikriminalizzazzjoni tiegħu. 'Irrilevanti jekk għandekx ir-riżorsi umani, trid issib soluzzjoni għaliha biex tiġi indirizzata' Waħda mill-proposti tgħid li f 'kull għassa ta' Malta għandu jkun hemm kamra mgħammra apposta biex tilqa' lit-tfal, għal dawk il-ġenituri li jkollhom digriet mill- Qorti li jgħid li t-tfal iridu jinġabru minn xi għassa. Hemm diversi raġunijiet għaliex ġenitur iħoss li għandu jiġbor lil uliedu minn post sigur. Dawn jinkludu biża', ittardjar fil-ħin b'mod repetut, meta ġenitur ma jkunx irid jagħti lill-ġenitur l-ieħor l-ulied, jew meta t-tfal ma jkunux iridu jmorru għand il- ġenitur l-ieħor fuq suspett ta' aljenazzjoni. "Għandu jkun hemm l-infurzar tal-liġi b'mod sistematiku u effettiv - u dan ifisser li jkun hemm ir-riżorsi umani meħtieġa - biex jaraw li dawn l-ordnijiet tal-Qorti jiġu segwiti," spjegat Chricop Faure. Proposta oħra li għamlet l-avukat kienet li meta ġenitur ikollu Ordni ta' Protezzjoni maħruġa mill-Qorti kontra l-ġenitur l-ieħor għandu jkun hemm Pulizija preżenti (meta ż-żewġ ġenituri jiltaqgħu) meta l-wild imur għand il-ġenitur. Fuq hekk l-ILLUM tistaqsi, "din mhux se toħloq pressjoni fuq il-Korp tal-Pulizija, b'mod speċjali meta wieħed iqis kemm hawn nuqqas ta' pulizija fil-Korp. U ma taħsibx li din hija intimidanti li t-tfal jaraw pulizija kull darba li jiltaqgħu mal-ġenitur jew l-ieħor?" Għal dan hija wieġbet li l-Korp mhux se jiżdiedlu x-xogħol. "Ejja nħarsu lejha b'mod oġġettiv. Irrilevanti jekk għandekx ir-riżorsi umani, trid issib soluzzjoni għaliha biex tiġi ndirizzata." Hawn hija għamlet referenza għal agenziji oħra bħal Victim Support unit, jew il-Unit tal-Vjolenza Domestika li lkoll jistgħu jikkollaboraw mal-Pulizija. "Hawn ħafna servizzi, ma hemmx għalfejn ikun pulizija biex jassisti lill-ġenitur. Iżda għandha tkun il-Pulizija li tieħu r-responsabilità tal-ksur għax hi l-istituzzjoni li tagħmel l-infurzar tal-liġi. Min-naħa l-oħra ma nistgħux ngħaddu dak li l-liġi tagħti b'mod eżekuttiv lill-pulizija fuq ħaddieħor." Il-manteniment: 'X'inhu fl-aħjar interess tat-tfal? Mhux li ġenitur imur il-ħabs imma li jħallas' Proposta oħra li laqtet l-għajn tal- ILLUM kienet propju fuq il-pagamenti tal-manteniment li jidħlu tard. F'ċertu każi pagamenti ittardjati, b'mod repetut, wieħed għandu riskju ta' priġunerija. Hawn Chircop Faure ma taqbilx li jkun hemm priġunerija tant li pproponiet dikriminalizzazzjoni, għaliex dan mhux fl-aħjar interess tat-tfal. "Id-dikriminalizzazzjoni fejn hemm raġunijiet validi, tista' tkun tfisser ħafna. Jekk il-Gvern jista' joħroġ is-somma għall- protezzjoni u l-ġid tat-tfal u l-ġenitur jiffirma kuntratt li se jħallashom lura, għaliex għandu jkun hemm priġunerija?" qalet Faure. Hawn Faure staqsiet x'inhu verament fl-aħjar interess tat-tfal. "Mhux li ġenitur imur il-ħabs, li jħallas il-manteniment. Imbilli l-ġenitur imur il-ħabs, minn fejn se jħallas?" Saħqet li ma tagħmilx sens li ġenitur jiġi immultat mill-Qorti talli qed iħallas il-manteniment tard, jekk dawk il-flus aħjar imorru għand it-tfal. "Dak li l-Qorti qed tiġbor mill-missier jew l-omm għandha tagħtihom lit-tfal," qalet Chircop Faure filwaqt li rrimarkat li l-manteniment ikopri l-affarjiet bażiċi ta' kuljum, "aħseb u ara kemm se jingħataw l-affarjiet l-oħra li huma wkoll neċessarji, bħal miżati tal- iskola u mediċini, fost oħrajn." Hawn l-ILLUM, bi proposta oħra f 'idejha staqsiet, "allura għaliex qed tipproponi li dawk il-pagamenti li jingħataw tard, ikollhom iħallsu 5% aktar jekk temmen li l-flus għandhom jingħataw lill-ulied biss?" Hawn Chircop Faure reġgħet fakkret li dawn il-proposti għadhom miuħin għall-konsultazzjoni u għaldaqstant dawn il-proposti huma miuħa wkoll għal rakomandazzjonijiet li jtejbuhom. Qabel xejn saħqet li jekk persuna ma tkunx tista' tħallas manteniment għax tilfet l-impjieg jew inkella ġralhom xi ħaġa li timpedihom milli jaħdmu, din m'għandiex tapplika għalihom. Madankollu jekk hemm persuni oħra li jonqsu milli jħallsu għal xi raġuni jew oħra, "il-Gvern kemm se jdum iħallas għalik u ma tħallsux lura. Għallinqas, tal- irresponsabblità tħallas 5% bħal qisek qed tħallas self." Madankollu hija rrimarkat li dawn il-5% li jinġabru mis-sigurtà soċjali, "iva jistgħu imorru għat-tfal." Fl-aħħar, mistoqsija jekk taħsibx li 5% huma eċċessivi, hija temmet tgħid li jista' jagħti l-każ, però huwa importanti li jsir l-ewwel pass, bħalma sar permezz ta' dawn il-proposti u temmen li jista' jiġi ż-żmien fejn il-5% tonqos.