Illum previous editions

ILLUM 17 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 intervista IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 • illum 'X'inhu fl-aħjar interess tat-tfal? Żgur imma li jħallas il-manteniment u jħallsu Kont taf li ħlas tard ta' manteniment tal-ulied jista' jwasslek saħansitra sa' priġunerija? L-ILLUM tintervista lill-avukat Lynn Chircop Faure li qed tipproponi li minflok ħabs dawk li jħallsu l-manteniment tard joħorġu 5% aktar bħala piena ANTHEA CACHIA Il-gazzetta ILLUM ta' sikwit irrapportat fuq xi inġustizzji ta' xi gruppi fis-soċjetà bl-aktar riċenti l-missirijiet, li saħqu li l-mument li jidħlu l-Qorti ta' Malta fuq każijiet relatati mat-trobbija ta' uliedhom, diġà tkun maqtugħa kontrihom. Proprju fuq hekk l-ILLUM tkellmet mal-avukat Lynn Chircop Faure, li apparti li hija attivista favur id-drittijiet umani, hija l-avukat li ma' 'Flimkien Missirijiet Inqumu' nediet numru ta' proposti bil- għan li jidħu fis-seħħ emendi li joffru aktar ugwaljanza bejn il-ġenituri. Tul din l-intervista Chircop Faure saħqet dwar l-importanza ta' aċċess ugwali għaż-żewġ ġenituri, fuq l-importanza tar- rappreżentanza tal-ulied - kemm fil-Qorti u anke lil hinn - u fuq ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri mal-ulied, fost oħrajn. Fuq kollox Chircop Faure aċċennat għall-fatt li t-trobbija tal-ulied ma tiqafx sa' 18-il sena biss iżda l-ġenituri huma responsabbli minn uliedhom għal għomorhom u dan huwa rifless fil-proposti mressqa għall- konsultazzjoni pubblika. 'Jekk se titkellem fuq it-tfal daqslikieku huma xi proprjetà ta' wieħed u mhux l-ieħor, dawn se jirrealizzaw' Chircop Faure bdiet billi tgħid li llum il-ġurnata l-Qrati għandhom iħarsu lejn perspettiva li totalment tmur lil hinn minn dak li qed jistennew il-ġenituri u dan għaliex temmen li xi kultant il- ġenituri jiġbdu lejhom u l-individwaliżmu tagħhom. Hija għamlet referenza għall- fatt li xi kultant ġenituri li jidħlu l-Qorti fuq separazzjoni uħud mill-prijoritajiet tagħhom tkun il-qsim tal-proprjetà, xi self jew ieħor u forsi xi assi li kellhom flimkien. Kien għalhekk li hija qalet li meta l-ġenituri jitkellmu fuq it-tfal daqslikieku huma xi proprjetà ta' wieħed u mhux tal-ieħor, l-ulied jirrealizzaw u din ma taffetwahomx tajjeb. Kawża ta' hekk hija tisħaq li xi kultant it-tfal iħossu li huma kienu protagonisti fil-firda ta' ommhom u missierhom, meta dan ma' jkunx il-każ. Minn hawn b'passjoni kbira Chircop Faure qalet li hemm bżonn li l-ulied ikollhom rappreżentanza - lil hinn mill-ġenituri - biex isemmgħu leħinhom, liema leħen xi kultant jintilef qalb il-ġlied bejn il-ġenituri. F'dan ir-rigward, hija tgħid li dawn it-tfal ma jkollhomx opportunità biss jitkellmu fuq kwistjonijiet personali iżda anke oħrajn li jistgħu jwasslu għal xi emendi jew liġijiet ġodda biex itejbu l-kundizzjonijiet ta' ħajja tat-tfal stess. Hawn Chircop Faure issemmi l-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal (CRC) u l-ILLUM tistaqsiha x'inhi d-differenza bejn din u l-Konvenzjoni tad-Drittijiet Umani (ECHR). Hija tispjega li minkejja li l-ECHR tindirizza lill-bniedem, ma għandhiex klawżola li tindirizza lit-tfal, b'mod speċifiku. "Min-naħa l-oħra, l-CRC ilha aktar minn 30 sena. Fl-1989 kien hemm 'l fuq minn 190 firmatarju. Wieħed irid jara l-obbligu li jimplimenta dawn il-proviżjonijiet u mhux kemm tissemma' fil-Qorti biss," qalet Chircop Faure. Hija issuġġerixxiet li bħala pajjiż Malta għandha tara li dawn it-tfal jingħataw id- dritt li jkollhom istituzzjoni li tiddefendi d-drittijiet tagħhom, "li tiddefendihom kontra leġiżlazzjoni li ma saritx bil-ħsieb u se tolqothom," kompliet tgħid Chircop Faure. Kif tiddefinixxi l-aljenazzjoni tal-ġenituri fl-isfond legali? Hija tisħaq li minkejja li mhijiex esperta tal-aljenazzjoni tal-ġenituri temmen li għandu jkun hemm assessjar metikoluż biex wieħed jasal għal konklużjoni jekk hux minnu li nibtet mibegħda għall-ġenitur partikolari, kawża ta' tixwix mill-ġenitur l-ieħor. "Ma tistax tagħmel allegazzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza mressqa," qalet Chricop Faure. Tgħid li jekk wieħed jagħmel dan ikun hemm riperkussjonijiet irreparabbli. Fosthom, li sakemm persuna tiġi liberata mill-akkużi - jekk dan huwa każ ta' allegazzjoni falza - l-aċċess għat-tfal jieqaf. Kompliet tgħid li filwaqt li l-vjolenza domestika u l-aljenazzjoni tal-ġenituri mhux ġustifikabbli, wieħed għandu jeżamina s-sitwazzjoni qabel ma jkun hemm allegazzjonijiet serji. "Sakemm toħroġ il-verità diġà jkun għadda perjodu. F'dak il-perjodu il-ġenitur ikun diġà ħa jew ħadet reputazzjoni ta' "kriminal". Mentri fil-verità f 'għajnejn it- tfal, dak il-ġenitur huwa xi ħadd li jħobbhom u għalhekk f 'dawn is-sitwazzjonijiet il- ġenitur li għamel l-allegazzjonijiet għandu jerfa' l-konsegwenzi," żiedet tgħid Chircop Faure. L-attivista saħqet li f 'każ fejn l-allegazzjonijiet instabu li kienu veritiera, ma jfissirx li persuna se tibqa' tiżbalja għall- bqija ta' ħajjitha. Apparti minn hekk hija qed tisħaq fuq l-importanza ta' għajnuna ħolistika li tiġbor l-għajnuniet differenti taħt saqaf wieħed b'diversi servizzi offruti minn grupp ta' professjonisti. Dan bil-għan li l-persuna tingħata l-aqwa pjan ta' ħarsien, li tgħinha timxi 'l quddiem. 'Jekk il-Qrati għadhom jaħsbu li l-mara għandha aktar ħin fuq idejha, mela vera għadna 50 sena lura' "L-avvanz tat-teknoloġija fil-Qorti għadu lanqas beda'. Ara kemm ilu l-internet! Imma fejn jidħol il-Qorti għadna fl-infanzja, anzi kien hemm ċaqliq grazzi għall-Covid-19." Hekk qalet Chircop Faure meta mistoqsija jekk il-Qrati ta' Malta jirriflettux is-soċjetà ta' llum. Saħqet li bħala soċjetà għamilna progress kbir u notevoli u jekk il-Qrati ta' Malta "għadhom jaħsbu li l-mara għandha aktar ħin fuq idejha minn raġel, mela veru għadna 50 sena lura." Madankollu hija żiedet tgħid li huwa minnu li l-Imħallef iħares l-aħjar interess tat-tfal iżda ma hemmx formola għaliha. "Għandna bżonn li t-terminu 'l-aħjar interess tat-tfal' mhux nagħtuh definizzjoni, imma issir formola li tħaddem xi prinċipji u b'hekk ikun jista' jiġi konkluż il-każ. Però ikun hemm ċirkostanzi li jekk il-ġenituri stess jirnexxielhom jilgħabu bis-sistema ma nagħtux tort lill-Imħallfin, għax sa hemm ikunu jafu." 'X'jiġri f 'każ ta' fostering? It-tfal jiġu separati?' Mistoqsija x'jiġri minn tfal li jkunu qed jiġu fostered u li l-ġenituri tagħhom jisseparaw hija wieġbet li l-fostering jeżisti biex jindirizza l-bżonnijiet tal-minuri u mhux biex jissodisfa x-xewqa ta' xi ġenitur li jixtieq irabbi, "jew li jaħseb li għandu xi dritt sagrosant li jadotta. Persuna tidħol għar-responsabilità għax il-wild hemm bżonn li jsib familja." X'jiġri? Hija tgħid li ma jistax ikun li l-fostering jieqaf ħesrem għax ir-relazzjoni tintemm, dan b'mod speċjali jekk diġà tkun inbniet relazzjoni tajba bejn il-wild u l-ġenituri jew il-wild ma' tfal bioloġiċi oħra. "Hemm tkun qed tagħmel diskriminazzjoni fuq xi ħadd li kellu l-opportunità li jsib familja. Diġà nirringrazzjaw l-Alla li jistgħu igawdu xi tfisser l-imħabba ta' familja. Dan żgur li mhux fl-aħjar interess tat-tfal." X'inhuma dawn il-proposti? Il-proposti, taħt l-inizjattiva ta' Chircop Faure, saru bil-għan li jindirizzaw affarjiet nieqsa mis-sistema u jisfidaw lit-tliet pilastri Lynn Chircop

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2022