Illum previous editions

ILLUM 17 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 analiżi illum • IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 Ewropea: Fejn ipprogressajna u fejn għadna lura Fuq il-korruzzjoni smajna ħafna u fuq qafas li jiġġieled il-korruzzjoni f 'Malta dan ir-rapport isemmi ħafna wkoll. Tajjeb u anke ħażin. Nibdew bil-passi pożittivi. Il- Kummissjoni Ewropea tgħid illi l-Gvern adotta l-Istrateġija kontra l-frodi u l-korruzzjoni bil-għan li jkun hemm strateġija ta' komunikazzjoni, li tkun immassimizzata l-kooperazzjoni pubblika u anke dik fuq livell ewropew. Tfaħħar ukoll iż-żieda fir-riżorsi fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u fid-Dipartiment tar- Reati Finanzjarji, fejn tfakkar li ġew trattati 32 każ ta' investigazzjoni b'14 ikunu konklużi. Il-Kummissjoni tfaħħar it-tiġdid tar-regoli ta' integrità - inkluż fil- Korp tal-Pulizija - u tfakkar li fl- 2021 instabu 89 każ ta' kondotta ħażina fiċ-Ċivil bi 15-il każ jispiċċa bil-persuna titlef xogħolha, tiġi sospiża jew inkella taqla' twissija. Tinnota wkoll ir-regolament il- ġdid li jitratta l-Whistleblowers - persuni li jitolbu protezzjoni biex jikxfu korruzzjoni jew prattiċi ħżiena f 'entità pubblika u politika. Iżda tħassib mill-Kummissjoni - it minnu serju - hemm ukoll, l-aktar fuq l-iskema tal-bejgħ tal- passaporti. Il-Kummissjoni fil-fatt ilha turi riżervi dwar skemi bħal dawn li bħalha hemm f 'żewġ pajjiżi oħrajn, iżda li fil-fatt diġa ddeċidew li jwaqqfuhom (Ċipru u Bulgarija). Il- Kummissjoni saħansitra bdiet l-ewwel proċeduri kontra Malta fuq din l-iskema. Imma għaliex? X'inhi l-problema eżattament? Il-problema tal- Kummissjoni Ewropea hija li skemi bħal dawn l-ewwelnett mhumiex qed ibiegħu ċittadinanza Maltija, imma realment ċittadinanza Ewropea. U t-tieni u l-akbar problema hija li skemi simili jiħu l-bibien għal riskji - inkluż ta' korruzzjoni. Tant hemm skumdità b'din l-iskema li meta bdiet il-gwerra kontra l-Ukrajna kienet saret pressjoni biex iċ-ċittadinanza ma tibqax tinbigħ lil ċittadini Russi u mill-Belarussja, minħabba biża' li Putin jista' juża skemi simili biex jinfiltra fl-Unjoni Ewropea b'oligarki u interessi Russi pro-Putin. Il-Kummissjoni ikkritikat ukoll il-fatt li ir-rakkomandazzjoni dwar Persons of Trust - kemm tal- Greco kif ukoll tal-Kummissarju tal-Istandards - baqgħet mhux imwettqa. Din titratta l-imġieba u l-kondotta ta' persons of trust li sal-lum għadhom jintgħażlu direttament minn politiku mingħajr bażi meritokratika jew b'linji gwida. Issemmi l-fatt li għadhom la nħatru Ombudsman u lanqas imtela' post George Hyzler għal Kummissarju ġdid tal- Istandards, filwaqt li tgħid ukoll li l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni għandha wisq riżorsi limitati u ma weriet ebda riżultati tanġibbli. Fuq dan l-aħħar punt iżda l-Kummissjoni tinnota li sar pjan ta' kif din il- Kummissjoni, li fl-2021 ressqet biss żewġ każi fejn kien hemm biżżejjed evidenza biex jitressqu l-Qorti, tista' tibda tkun aktar effettiva. Bħal ma qalet fil-każ tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni tinnota kif hemm problemi oħrajn fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, primarjament it-tul li tieħu investigazzjoni mill- pulizija bil-konsegwenza li xhieda u evidenza tista' "tiddeterjora biż- żmien, bil-konsegwenza li l-kors tal-ġustizzja jkun mxekkel." Il-Kummissjoni tfakkar illi l-perċezzjoni tal-korruzzjoni fiċ- ċivil u fil-politika għadu għoli hekk kif 79% tal-Maltin jemmnu li l-korruzzjoni hija rampanti fil- pajjiż, meta l-medja ewropea hija ta' 68%, 11% inqas. 34% tal-Maltin qalu li jħossu illi l-korruzzjoni qed taffetwahom personalment, filwaqt li dan il-persentaġġ jinżel għal 24% f 'termini ta' medja ewropea. U finalment dwar l-inkjesta pubblika fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia l-Kummissjoni tinnota li apparti l-Kumitat tal-Midja, "ma kien hemm ebda azzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal- inkjesta pubblika." U finalment il-Kummissjoni Ewropea tat ħarsa lejn is-sitwazzjoni tal-ġurnaliżmu u l-midja in ġenerali f 'pajjiżna. Nibdew bit-tajjeb jew għallinqas fejn il- Kummissjoni tara li sar progress. Il-Kummissjoni tinnota l-fatt li l-Gvern waqqaf Kumitat ta' Esperti dwar il-Midja li se jkun qed iressaq proposti relatati ma' leġiżlazzjoni Anti- SLAPP, emendi għall-Att dwar il-Midja li jitrattaw it-twaqqif ta' każi meta l-ġurnalist ma jkunx għadu ħaj sal-mument tal-ħlas mid-difiża u anke kif il- ġurnaliżmu, il-pluraliżmu fil-midja u l-libertà tal- espressjoni jkunu mnaqqxin fil-Kostituzzjoni. Minn naħa l-oħra iżda l-Kumissjoni kellha riżervi qawwija fuq l-Awtorità tax-Xandir (BA) u x-Xandir Nazzjonali. Fl-ewwel każ hija qalet illi l-fatt illi l-membri kollha tal-bord tal-BA huma maħturin mill-Gvern hija "problematika". Il- Kummissjoni tgħid ukoll li l-kunċett ta' imparzjalità - fejn l-istazzjon tal-PN sempliċiment jibbilanċja lil tal-PL u viċi versa - huwa ħażin. Fi kliem ieħor l-istazzjonijiet jistgħu prattikament jgħidu li jridu jew jieħdu kliem barra l-kuntest, fl-għarfien illi dan jista' jsir għaliex l-istazzjon tal-partit l-ieħor qed jibbilanċja billi effettivament jagħmel l-istess. Dwar ix-xandir tal-istat il-Kummissjoni tgħid li dan jiddependi wisq mill-Gvern - kemm mill-aspett ta' fondi kif ukoll mill-aspett ta' governanza hekk kif il-Bord tad-Diretturi huwa nominat b'mod assolut mill-Gvern. Il-Kummissjoni uriet ukoll tħassib fuq il-kwistjoni tas-sidien tal-kumpaniji tal-midja u sfidi li qed jiffaċċjaw ġurnalisti wara inċidenti ta' spoofing kif ukoll theddid legali. Tajjeb: Twaqqif tal-Kumitat dwar il-Midja. Ħażin: Sehem wisq kbir tal-Gvern fix-xandir Korruzzjoni: Passi fid-direzzjoni t-tajba iżda l-iskema tal-passporti għadha qed tinkwieta lill-UE

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2022