Illum previous editions

ILLUM 17 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 festi illum • IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 L-aħħar xogħol tiegħu Alfred Sant żgur ħa gost jiktbu. Imma Mark Vella ma ħax daqshekk gost jaqrah, forsi anki għax iħoss li seta' nkiser il-kuntratt bejn l-awtur u l-qarrej. Rosa bħala eżempju miċ-ċelebri tal- iżvolta postmoderna, bil-logħbiet ġodda tal-intertestwalità u t-taħlit tal-mezzi u r-reġistri. Il-wegħda interessanti ta' Sant, li jitfa' l-ġrajja tat-tiixa mitika f 'Malta li tista' titgħabba b'allużjonijet ambigwi u oblikwi għal qagħdiet preżent, tisfuma malajr u kull ma jibqa' huwa rakkont lineari bi it mumenti memorabbli, u li jintilef fi gzuz ta' deskrizzjonijiet ambjentali dettaljati u elenku jgħajjik ta' ġesti bażiċi (wisq kinetiku, it li xejn mimetiku) li ma jroddux wisq lill-istorja. Markald il-fieres safran huwa karattru ewlieni ċatt għall-aħħar, b'kumplessità limitata u vittma tad-dinja mingħajr ebda ironija li jqiegħdu l-awtur fiha. Il-kunflittwalità tar-rumanz, minkejja elementi interessanti tal-ħolqa bejn il- poter u t-tradiment, u anki l-fidi għamja f 'ideal, hija essenzjalment dilwita għall- ġlieda elementari bejn it-tajjeb u l-ħażin, Kristu u x-Xitan, mingħajr wisq żoni griżi u wisq inqas lok għall-kriżi. Kriżi li mhijiex prevedibbli jew skontata, iżda mument li tassew iwassal lill-karattru f 'salib it-toroq. U hawn jerġa' jidħol il-pubblikatur- sensar, li jingħad li rridu nqaċċtuh. Rumanz potenzjali bħal dan kien mhux biss igawdi minn qarrej tal-provi bħala minimu, imma l-aktar minn editur u qarrejja strateġiċi, sew alpha sew beta (min jaqra l-ewwel abbozz u min jaqra x-xogħol lest qabel ma joħroġ). Mhux biex inqarvżu test għall-essenzjalità mitika li ġab l-editur ta' Raymond Carver, imma biex lil-laħma naqtgħulha l-grass. Qarrejja bħal dawn żgur jindunaw mhux biss bl-azzjoni miktuba għaliha nnifisha —għalkemm din taf tkun anki intenzjoni awturjali-editorjali, li jew timita ironikament ġeneru sorpassat, jew inkella qed timmira għal ċertu qarrej — imma anki għal nisġa għażżiena fil- linearità tagħha. L-enigma tar-rumanz tissolva, u l-qarrej se jkun fehem, fl-aħħar mill-aħħar, x'ġara u ma ġarax, imma minkejja xi flashback 'l hawn u 'l hinn, u mumenti tajbin fejn in-nisġa taqbad sew, l-aktar fit-tieni nofs tal-ktieb, kull m'għandu possibbilment jintwera, minflok jintqal, bil-famuż info dump fejn dak kollu li hemm bżonn biex l-istorja timxi 'l quddiem jinxteħet f 'ħalq karattru li jinfexx f 'monologu ta' rendikont ta' fatti biex jimla l-ħofor fil- mixja tar-rakkont. L-istess jista' jingħad anki għall-għażla lingwistika, li hija sfida minnha nnifisha għal dat-tip preċiż ta' rumanz. Sant jittanta juża lingwaġġ arkajku li jixraq lil żmien l-ambjentazzjoni, iżda hawnhekk id editorjali żgur setgħet tissikkaha aħjar din l-istrateġija, fejn il-kliem mhux magħruf, u inġenerali l-lingwa maħluqa, jitqiegħdu f 'kuntest narrattiv fejn ma jaljenawx u t-tifsiriet tasal għalihom xorta. Imma anki għal sintassi mill-aktar stramba fejn il-mixja loġika tat-tempi tal- verb għandha xi ħaġa nieqsa, donnu idea stilistika potenzjalment tajba b'intenzjoni strateġika, li madankollu jonqsilha element grammatikali fundamentali biex tirnexxi. Imma Sant jagħmel li jrid. U bħall- Papiet li ssuċċedew, imut wieħed, jitla' ieħor, u l-kreattività tiegħu jidher li m'hemmx li tbatti. X'tagħmel biha forsi storja oħra, u jaf il-leġġerezza mistqarra għal ċertu prinċipji tal-proċess editorjali kapaċi tirrifletti fil-prodott finali. Alfred Sant

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2022