Illum previous editions

ILLUM 17 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 illum • IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 festi Enċiklopedija tal-Festa Maltija: L-armar fit-toroq (7) Il-gazzetta ILLUM tkompli b'sensiela ta' artikli li matulhom qed tispjega kliem li huwa assoċjat mal-festi Maltin u Għawdxin, mill-armar tal-knisja u l-funzjonijiet sal-armar ta' barra u n-nar. Illum nibdew nitkellmu dwar l-armar ta' barra YENDRICK CIOFFI F'kull lokalità, l-ewwel sinjali fit- toroq li l-festa tkun wara l-bieb, jagħtuha l-fustuni, jiġifieri d-dawl li jibda jintrama fit-toroq. Minn ġimgħat qabel il-festa, il-kuntrattur li jkun tqabbad, jibda jidher għaddej bis-sellun jgħaddi l-mainijiet biex eventwalment jarma l-fustuni bil-bozoz. Ġeneralment, it-toroq kollha minn fejn tgħaddi l-purċissjoni, iżda mhux biss, ikunu armati b'dawn il-fustuni. Dawn jistgħu jintramaw b'diversi modi. L-aktar popolari huma dawk li jintramaw forma ta' 'M' jew inkella xewka, jiġifieri tul it-triq kollha, bħal kuritur. Mal-fustuni, fit-toroq u l-pjazez prinċipali tal-festa, bħal dawk minn fejn tgħaddi l-purċissjoni, ġeneralment tintrama l-liedna. Il-liedna tgħatti l-wire tad-dawl u tħalli l-bozoz jidhru daqslikieku ħerġin minnha. Dari, il-liedna kienet tkun tal-ħaxix veru, ġeneralment tar-rand. Illum tkun tal-plastik u l-kulur ġeneralment ikun aħdar biex xorta tagħti idea tar-rand. Iżda llum daħlet ukoll it-tradizzjoni li l-liedna tkun ikkulurita. F'xi lokalitajiet fejn tkun iċċelebrata festa tal-Madonna, il-liedna qed issir blu. F'lokalitajiet oħra, il-liedna tintrama skont il-kulur tal- każin. Pereżempju jekk triq partikolari jieħu ħsieb jarmaha każin li jġib il-kulur aħmar, il-liedna tkun ħamra. Wara li jkunu tlestew il-fustuni, il-gruppi tal-armar jibdew itellgħu l-antarjoli. Jekk dawk li jittellgħu fuq il-bjut tal-każini, tal- knejjes u tad-djar jissejħu arbli, dawk l-arbli li jintramaw fit-toroq jissejħu antarjoli. Il-kelma ġejja minn tarjola għax ma' dawn ikun hemm imwaħħla t-tarjola bil- ħbula biex mal-antarjoli, aktar tard, ikunu jistgħu jittellgħu l-bnadar jew inkella l-bandalori. Fuq nett tal-antarjol ikun hemm il- labarda. Din jew jkun forma ta' pum jew inkella tkun xi arma jew xi simbolu relatat mal-festa li tkun qed tiġi ċċelebrata. Xi drabi wkoll, il-labarda tkun boċċa tixgħel bid-dawl L-antarjoli ġieli jintużaw ukoll biex magħhom jintramaw il-ventijiet (minn wieħed għall-ieħor) biex jew jiddendlu l-pavaljuni jew inkella l-fustuni u l-liedna. Illum daħlet it-tradizzjoni wkoll li malli jintramaw l-antarjoli, qabel joħroġ id- drapp fl-aħħar jiem tal-festa, magħhom jittellgħu jew kuruni (ċrieki) tal-liedna jew inkella l-palji (bħal bnadar imma jkunu dojoq għat-tul). Hekk l-antarjoli ma jitħallewx vojta u l-għaqda tal-armar tibda tagħti sinjal li l-festa hi fil-qrib. Ovvjament l-antarjoli jkun hemm bżonn li jkunu sodi. Għalhekk meta jiddaħħlu fit- tappieri li jkunu mħaffra apposta, ikollhom bżonn jiġu ssudati permezz tal-ifilsa u l-kunjardi li jiġi ssikkati permezz tad- daqqa tal-mazza. Il-Fustuni u l-Liedna L-Antarjoli u l-Labarda Il-fustuni u l-liedna f 'waħda mit-toroq fil-Belt Valletta għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu Labarda fuq antarjol li hija parti minn sett għall-festa ta' Santa Marija tar-Rabat Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2022