Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501
15 festi illum • IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 Fost l-isbaħ armar fil-festi tagħna, insibu t-trofej li jbiddlu l-pjazez tal-ibliet u l-irħula tagħna f 'palazzi. Bl-ilwien u l-kobor tagħhom, it-trofej jagħtu dehra verament festiva lil-lokalitajiet tagħna. Interessanti li dawn it-trofej fl-armar tal-festa, mhumiex xi ħaġa riċenti, imma l-istorja tagħhom tmur lura mijiet ta' snin. Aħna l-Maltin iwrietna u żviluppajna l-idea tat-trofew tal-festa, mill-Kavallieri ta' San Ġwann u huma ħaduha minn ta' qabilhom, saħansitra mir-Rumani. Jekk wieħed iħares lejn id-dizzjunarju ta' Mario Serracino-Inglott u jfittex il- kelma trofew, id-definizzjoni li se jsib se tkun ta' arblu mżejjen bil-kisbiet biex ifakkar xi rebħa li l-kavallieri jkunu kisbu. Ħjiel ta' dan għandna narawh fl-Isla, belt bi storja u b'rabta mal-Kavallieri u r-rebħa tal-Assedju l-Kbir. Propju għalhekk li t-trofej tal-festa, f 'din il- lokalità, għandhom sal-lum jintramaw bl-armi tal-gwerra u anke bl-armi tal- Gran Mastri biex jibqgħu jfakkru dan l-avveniment importanti fl-istorja tal- pajjiż. Madanakollu, il-Maltin għamlu tagħhom it-trofew u komplew jiżviluppawh. Il-bażi tat-trofew tkun tixbaħ lil dik ta' kolonna komuni, iżda minflok din tintrabat jew aħjar iddawwar kważi nofs l-antarjol. Il-kolonna tat-trofej tkun aktar dejqa u fit-tul. Fuq nett ta' din il-kolonna, mal- antarjol ħiereġ minnha, jitpoġġa dak li jissejjaħ l-iskudu li jkun speċi ta' tarka (kif fil-fatt kienet oriġinarjament fi żmien il-Kavallieri). Fuq dan l-iskudu jkun hemm armi jew inkella simboli marbuta mal-festa li tkun qed tiġi ċċelebrata. Mal-antarjol tittella' bandalora żgħira li tasal eżatt sal-iskudu. Mill-iskudu mbagħad joħoġru sitt ibnadar, tlieta fuq kull naħa li jkunu miġbuda b'tali mod li jkunu qishom nofs ċirku. Dawn jagħmlu t-trofew vera imponenti u kważi kważi jagħlqu l-pjazez u t-toroq. Ovvjament, kemm il-bandalora u anke l-bnadar jittellgħu wara li jintrama l-injam tat-trofej, hekk kif l-armar ta-drapp (kif isejħulu d-dilettanti) isir ħafna aktar viċin nhar il-festa. Fost l-armar tal-injam, issib ukoll il-pilandra. Il- pilandri ħafna drabi se ssibhom fil-pjazez, biswit iz-zuntier u anke f 'xi toroq it wiesgħa minn fejn tgħaddi l-purċissjoni. Il-pilandri huma dawk il-brazzi tad-dawl, li ħafna drabi jkunu jixbħu pjanta jew xi linfa, ta' kulur id-deheb jew il-fidda, li jkomplu jixgħelu l-pjazez u t-toroq fi żmien il-festa. Dawn il-pilandri ġeneralment jintramaw fuq kolonni, simili għal dawk li fuqhom jittellgħu l-istatwi, anke jekk fuq nett, flok pedistall, ikun hemm bħal gastri li minnhom imbagħad joħroġ il-brazz. Xi pilandri, jistgħu jintramaw ukoll fuq kolonna li tkun aktar tawwalija u dejqa, dejjem skont kemm ikun hemm wisgħa fit-triq. Madanakollu, dan it-tip ma tantx għadu komuni għax illum il-pilandri ma jkunux ċatti u dojoq imma jkunu elaborati. Illum il-ġurnata, il-pilandri jinxtegħlu bid- dawl, imma fl-antik, meta ma kienx hawn elettriku kienu jinxtegħlu, b'paċenzja kbira, bit- tazzi taż-żejt. Ta' min isemmi l-lokalitajiet ta' Ħal Lija u anke l-festa ta' San Ġużepp tar-Rabat li għad għandhom żewġ pilandri enormi li jintramaw eżatt quddiem il-knejjes rispettivi. Anke jekk illum dawn jinxtegħlu bl-elettriku, għad għandhom it-tazzi oriġinali taż-żejt. Ġeneralment, il-pilandri jintramaw bejn kolonna u oħra li fuqhom ikun hemm l-istatwi jew inkella bejn it-trofej. Mhux l-ewwel darba li l-pilandri, minflok ħerġin mill-kolonna, ssibhom jinżammu f 'idejn xi anġlu. Wara li jkun intramaw il-ventijiet, id-dawl, il-liedna u l-antarjoli, l-armar fit-toroq jidħol f 'fażi oħra hekk kif jibda ħiereġ l-injam. Issa t-toroq jibdew verament jieħdu dehra festiva u l-arja tal-festa tibda tinħass aktar. Fost l-armar tal-injam wieħed isib il-kolonni, jiġifieri dawk li fuqhom jittellgħu l-istatwi tal-qaddisin jew l-anġli li jimlew il-pjazez jew it-toroq. F'xi lokalitajiet, b'mod partikolari fil-Kottonera, il-kolonni jsejħulhom kanolli u f 'xi lokalitajiet oħra, bħall- Belt Valletta, dawn jissejħu pedistalli. Id-differenza hija biss fl-isem. Il-kolonna jkollha erba' faċċati u fin-nofs ikollha dik li tissejjaħ l-anima. Fl-anima, jiddaħħal seratizz, li jkun ħiereġ mill-art (mit-tappiera) u jibqa' dieħel sa nofs il-kolonna biex din iżżomm soda. Isfel nett tal-kolonna jkun hemm it-tarġa li tkun maħduma b'tali mod biex tpatti għad-diżlivelli fit-triq biex il-bqija tal-kolonna titla' dritta. Fuq it-tarġa titpoġġa z-zukklatura, jiġifieri l-parti ta' isfel tal-kolonna u mbagħad il-bqija tal-kolonna. Dawn il-kalonni jkunu rħamati u trid tmur ħdejhom u tmisshom biex tinduna li mhumiex tal-irħam ta' vera. L-irħamar hija sengħa importanti ħafna għad-dilettanti tal-festa. Ġeneralment il-kolonna tkun iddekorata bil-panew u anke l-iskultura. Dari din kienet tkun tal- injam imma llum qed issir tal-fibre wkoll. Il-parti ta' fuq tal-kolonna, tkun tixbaħ aktar il-pedistall u fuq din il-parti mbagħad (aktar tard) titpoġġa l-istatwa ta' xi qaddis jew qaddisa jew inkella ta' xi anġlu. Il-parti ta' isfel tal-istatwa, simili għal zokklatura, tissejjaħ il-pedana. Fuq il-pedana tinbena l-istatwa u hija l-pedana li tintrabat mal-bqija tal- kolonna. Il-kolonni ġeneralment ikunu kwadri u ta' tul medju, imma hawn lokalitajiet fejn għandhom kolonni twal ħafna u ġeneralment dawn jintużaw biex fuqhom tittella' l-istatwa tal-marċ. Ma nistgħux ma nsemmux il-Kottonera li huma famużi għal dawn il-kolonni twal. Xi drabi, l-kolonna tista' tkun tonda u anke wiesgħa it mhux ħażin, tant li tkun tixbaħ aktar lil xi pedistall ta' xi monument. Dawn il-kolonni l-kbar mhux l-ewwel darba li jkollhom fihom bħal niċeċ li fihom jitpoġġew statwi jew xbiehat oħra. It-Trofej Il-Pilandri Il-Pedistalli / il-Kolonni / il-Kanolli It-trofej li jintramaw fil-festa ta' San Duminku tal-Birgu Pilandri li jintramaw fil-pjazza tal-Knisja Arċipretali ta' Santa Katarina taż-Żejtun Il-kolonna bl-istatwa ta' San Ġorġ Martri fuqha li tintrama fil-festa tiegħu fir-Rabat Għawdex