Illum previous editions

ILLUM 17 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 opinjoni IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 • illum Edwin Vassallo Il-libertà u d-demokrazija llum mhedda jew msaħħa? Edwin Vassallo huwa eks Deputat tal-PN M eta nħarsu lejn il-pot- er tal-istat fuqna bħa- la poplu, kif u kemm kif aħna stmati bħala poplu, nasal għall-konklużjoni li għandna biex ninkwetaw. Infatti jekk naraw kif id-dibattitu żvolġa fil-Parlament, dwar l-emendi tal- Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijuni, naraw kif il-Parlament biż-żewġ naħat tal-kamra naqsu milli lill-poplu jgħidulu l-verità sħiħa dwar l-implikazzjonijiet tal-emen- di. Fil-fatt kien biss dibattitu falz ta' ingann u manipulazzjoni tal-fatti dwar l-istess liġi. Dan huwa fatt, evalvaw il- kontenut tad-dibattitu u taraw kif id-dibattitu dar mal-argument sentimentali tal-vot għall-imħabba, iżda l-verità dwar ir-realtà tal- emendi ma ntqal xejn. Meta nevalwaw x'aħbarijiet qed naraw u x'kontroll għandu l-istat fuq l-aħbarijiet li naraw, nibdew nikkunsidraw jekk u kemm aħna liberi li naraw l-aħbarijiet ġenwini u l-fatti veri ta' dak li jkun qiegħed iseħħ. Infatti jekk nikkunsidraw li jien kont wieħed li kważi spiċċajt waħdi nikkritika lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni dwar l-emendi tal-istess liġi għall-protezzjoni tal-embrijuni. U għaliex jien kont qed nikkritika kemm lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni li kienu jaqblu il-media liberali baqgħet ħafna lura milli tirrapporta l-kritika tiegħi. Hawn tibda tara kif il-libertà tal-istampa kapaċi tiddeċiedi lil min toqtol, billi tinjorah. Fi kliem tekniku dan huwa l-frott tal-cancel culture li llum hija l-inkwiżizzjoni moderna tal-verità. Fuq kollox ma niskantawx li f 'pajjiżna anke d-diskors tal-Papa Franġisku kien ċensurat mill-aħbarijiet miktuba. Dan kollu jwassalna nimu kemm il-libertà li naħsbu li għandna, hija fil-fatt kundizzjonata u qed tiġi preġudikata. Jekk nitkellmu fuq demokrazija, u naħsbu it fuq l-istituzzjonjiet li skont il-Kostituzzjoni qegħdin hemm biex isaħħu d-demokrazija, u nistaqsu kemm verament dawn qed jaħdmu b'mod ħieles mill-interessi tal-Istat/Gvern nibdew żgur ikollna d-dubji tagħna. Il-libertà u d-demokrazija jeħtieġu l-valur tar-rispett tad- diversità. Jekk le, ma jkollna xejn libertà u demokrazija. F'pajjiżna nistgħu ukoll naraw farsa fil-mod ta' kif qed nagħmlu il- politika tal-ugwaljanza. Fil-fatt meta wieħed jerġa' jħares lejn l-emendi għal-liġi li tħares l-embrijuni jara li f 'dawn iċ-ċirkustanzi nsejna għal kollox l-ugwaljanza għaliex għamilna l-kontra. Għaddejna emendi li fil-fatt huma inġusti, joħolqu inugwaljanza u esklużjoni u fuq kollox iwasslu għall-mewt tal- ħajja umana f 'tul ta' żmien. Hekk nibdew naraw kif fil-fatt meta l-Gvern jgħid li jemmen fil-politika ta' ugwaljanza, dan ikun qed jiem fl-ugwaljanza tal- uniformità, fejn kulħadd l-istess, allura l-libertà tispiċċa. Tassew tiġbed lejn naħa waħda. Dik mhix libertà ġenwina. Illum jien nemmen li l-qofol tal-valuri huwa fir-rispett tad- diversità għaliex huwa hawn, f 'dan il-valur li tibda tieħu l-ħajja l-vera ugwaljanza. Fejn hemm l-ideoloġija tal-uniformità tkun mhedda l-libertà u d-demokrazija għaliex ikun hemm biss dittattura tal-ħsieb divers. Ikun hemm biss aħbarijiet ta' naħa waħda, ikun hemm biss politika ta' ideoloġija waħda, ikun hemm biss deċiżjonjiet maqbula kif jaqblu fuqhom dawk tal-istess ideoloġija. Dik mhix demokrazija. Dik totalitariżmu fl-aqwa tiegħu. Aħna f 'pajjiżna qed ngħixu f 'din ir-realtà u għalhekk il-libertà u d-demokrazija f 'pajjiżna qed jispiċċaw mħassra u mhedda. Qed jispiċċaw imbagħbsa. Fejn ma hemmx rispett lejn id-diversità ma jistax ikun hemm il-ħajja għall-valur tal-paċi. Minn ma jaqbilx ikun imsikket, redikolat biex jiaħ ħalqu. Il-qofol tal-valuri ta' soċjetà b'saħħitha huma l-libertà u d-demokrazija, iżda sabiex naslu li nitilgħu t-taraġ sakemm naslu għall- milja tal-libertà u d-demokrazija rridu nitilgħu t-taraġ, tarġa, tarġa, valur, valur. Kif nonqsu nirrispettaw jew ngħixu l-milja tal-valuri nkunu qed niddgħajfu u l-valuri li bihom il-kwalità tal-ħajja titjieb u mingħajrhom il-kwalità tal-ħajja tibda tonqos. Għalhekk fejn ma hemmx rispett lejn id-diversità tal-ħsieb, opinjoni, fidi, orjentazzjoni sesswali eċċ ma jistax jkun hemm paċi, sliem u għaqda u rispett lejn d-dinjità tal- bniedem. Għall-kuntrarju jkun hemm firda, dittatura tal- ħsieb, totalitariżmu. Ikun hemm ugwaljanza, demokrazija u libertà finta. B'dawn in-nuqqasijiet it li xejn fil-pajjiż jista' jkun hawn sens ta' appartenenza lejn il-komunità, u fiduċja fil-ġejjieni ta' pajjiż. Il-Papa Franġisku f 'diskors tiegħu fil-Palazz tal-Gran Mastru nhar is-Sibt 2 ta' April kien qal dan id-diskors lill-politiċi ta' pajjiżna: "L-Onestà, il-ġustizzja, is-sens tad- dmir u trasparenza huma pilastri essenzjali tas-soċjetà ċivilment avvanzata." U kompla jgħid "fejn hemm il-legalità u t-trasparenza li jippermettu li jitqaċċtu mill-għeruq il-ħajja ħażina u l kriminalità li huma marbuta flimkien minħabba li l-aġir tagħhom ma jsirx fid-dawl tax-xemx". L-aktar kliem iebes li qal il-Papa fl-istess diskors iżda, kienet din is- sentenza, "L-impenn biex jintemmu l-illegalità u l-korruzzjoni għandu jkun qawwi bħar-riħ li meta jonfoħ mit- tramuntana jnaddaf il-kosta tal-Pajjiż." Il-poplu tagħna dan ir-riħ tat- tramuntana għadu ma rah qatt. Infatti riżultat ta' dan kollu f 'pajjiżna rajna l-ambjent jittieħed bil-bini u l-ispekulazzjoni, riżultat tar-rebgħa bla xabgħa u kilba għall- flus li spiċċat tikkomprometti mhux biss l-ambjent iżda wkoll il-ġejjieni, tant li ż-żgħażagħ tagħna Maltin u Għawdxin qalulna li tilfu l-fiduċja f 'pajjiżhom u ma jridux jibqgħu jgħixu Malta la darba jispiċċaw l-istudji tagħhom. Qalulna wkoll li fost l-istudenti tal-Università ta' Malta l-istess studenti ma hemmx interess li l-istess studenti jikkritikaw, jitkellmu u jiddiskutu x'inhu għaddej fil-pajjiż. Nafu li pajjiżna spiċċa fil-grey list u tilef il-fiduċja ta' pajjiżi oħra għaliex fil-pajjiż ma hemmx is-serjetà tas-sewwa u qed tirbaħ il-korruzzjoni u l-ħażin . Qed nindunaw li filwaqt li f 'pajjiżna il-Gvern jgħid li qed jinħoloq il-ġid daqstant ieħor qed jiżdied il-faqar. Kellna tkabbir ekonomiku li seta' jkollna mingħajr ma" 1 - Kerraħna u qridna l-ambjent. 2 - Mingħajr ma nippermettu l-faqar jiżdied. 3 - Bla ma nippermettu li pajjiżna jaqa' fil-grey list. 4 - Bla ma nippermettu li niltfu l-fiduċja taż-żgħażagħ tagħna f 'pajjiżhom stess. 5 - Bla ma nżidu d-dejn għall- ammont li hu. 6 - Bla ma jkollna pajjiż magħruf għall-korruzzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 July 2022