Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 festi IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 • illum Klassiku issa Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Dis-sena fejn donnu r-rumanz nixef u għotor, sintomu ta' kkalzrar kważi deliberat fis-sqaqien tat-tifsir, Loranne Vella ġa tiġbrilha ġieħha b'opra monumentali li twieldet klassiku, minkejja li mhux bilfors se tinqara fil- wisa' inkella taf tkun għadma iebsa għall- qarrej mezzan. Mhux li huwa xi xogħol diffiċli jew inkomprensibbli: anzi, bil- kontra, jien u naqrah stħajjilt is-sorpriża li jistgħu jieħdu l-qarrejja insoliti, li kieku jiltaqgħu jew jitlaqqgħu miegħu, huma u jqaxxru pass pass it-tifsiriet ta' din il-ġrajja unika. Bħal frotta tixpakka bil-meraq tat-togħmiet, tiggustaha mhux biss int u tigdmilha laħamha biex issoffilha kull tjubija sa tħalliha titnikker fuq ilsienek, iżda wkoll mill-proċess tattili int u ddawwarha f 'idek sakemm tgħaddi biex tneżżagħha minn kull għata biex tasallek għerja lesta biex tittiekel. Dal-pjaċir senswali huwa parti mill-appell ta' Marta Marta, fejn il- kontroll perfett tal-materjal tagħha Vella ddewwaqulna b'ħila liema bħalha, mestier misnun li jdaħħlek fil-ġrajja u li jżommok sal-aħħar int u tiggosta d-dimensjonijiet varji tagħha skont ritmi li jvarjaw minn taqsima għal oħra. Dal- ktieb li jaf jinqara mill-it imma għad jasal għand il-ħafna għalissa anonimi huwa wkoll sforz impenn editorjali kuraġġuż. Vella, ġa maħruġa mill-Merlin u li kull pubblikatur lest jaħtaa, donnha li tat xogħolha esklussivament lill-EDE, waħda mill-friegħi għammiela tal-koperattiva kulturali Kixott, b'tali mod li jinħoloq il- paradoss ta' ktieb importanti li jagħżel li jeħles mit-traġitti tad-distribuzzjoni kbira u kapillari, forsi għall-fatt li l-għama tal- monopolju Malti fuq it-tqassim tal-ktieb jaf ikun ironikament il-mewt immedjata tiegħu u ta' kull tifsira misrura fiha. Dan il-kuraġġ editorjali, għalhekk, donnu jħalli l-ktieb jiżviluppa kif imiss, tista' tgħid mingħajr ebda ħjiel ta' impożizzjoni tkun liema tkun, u r-riżultat huwa tour de force ta' bizzilla ta' kitba imma anki ta' xbieki kumplessi ta' tifsiriet, f 'tagħqida għalkollox ġdida għal-letteratura Maltija u ġa lesta għat-traduzzjoni u l-importazzjoni. Għax lil hinn mill-fatt li dan ktieb għalkollox Malti, mhus biss għall- ambjentazzjoni ewlenija imma wkoll għall-ħakma inkredibbli ta' lsien qadim li kapaċi jitlibbes l-iġded ilbies biex iġib ruħu fid-dinjiet kumplessi tal-lum, huwa wkoll volum universali u dinji, li meta taqrah issib lilek innifsek ma tistax tlissen 'ta' barra mod ieħor', minkejja li jinqara daqs rumanz 'barrani'. Donnu l-ilħiq ta' maturità letterarja tant mixtieqa li fl- aħħar waslet, u int u tiflih tintebaħ li qed taqra xi ħaġa mikwija bix-xemx tiżreġ li ddettatlek ħajja tegħreq taħtha, iżda li ssir parti minnek minnufih minkejja li għandha minn ħwejjeġ li mhux bilfors tkun imdorri għalihom. Romeo Roxman Gatt, f 'kumment fuq il-ħarsetta tal-ktieb, jissentizza lil Marta Marta bl-aħjar mod possibbli: "il-kors intensiv fil-femminiżmu li Malta tant kellha bżonn." U nżid, kors aċċellerat, kważi l-impossibbli li jsir estremament possibbli u fattibbli b'Vella li tterraq tul is-snin tan-nixfa fil-leħen letterarja femminili li tassew jitkellem b'ilsienu, u tagħmel tajjeb għal dan id- deżert billi tippreżenta l-galvu li fuqu għad jissawru xogħlijiet oħra ta' dan it-tip. Ktieb femminista anki għax imur lil hinn mid-dikotomiji giddieba li spiss tista' tistrieħ fuqhom l-esperjenza artistika tipika tal-mara li taħdem fi ħdan il-konfini politiċi u industrijali ddettati mill-irġiel jew mill-irġulija ideoloġika. Ffemminiżmu li jissentetizza l-ġlidiet storiċi li l-patrijarkat ironikament jikkonvinċi li n-nisa li huma biżżejjed u m'hemm għalfejn jiġġieldu għal aktar, li anki bħalissa narawhom espressi fil-karikatura tal-kwoti roża, id-drittijiet apparentement indaqs, u l-famuż tifrik tas-saqaf tal-ħġieġ f 'ġieħ diversitajiet nominali li jibqgħu xorta qaddejja ta' kapitaliżmu li ma jista' għalih ħadd. Kisbiet ukoll tal-femminiżmu Malti storiku, minkejja l-limitazzjonijiet ovvji tiegħu, li madankollu l-ġrajja ta' Vella tissuperah bil-mewġiet ġodda tal-politika sesswali li, lil hinn mid-distrazzjonijiet tal-#metoo u tal-ġlidiet pronominali, jaslu għal analiżi profonda tas-sess u l-ġeneru minn kull angolu possibbli, fosthom dak politiku. Marta Marta huwa għalhekk kors li missu jkunobbligatorju, u li jaf jispjega għala, nagħtu każ, il-mara power dresser tmexxi bord irġiel illamtati, xorta waħda ma tistax tagħmel li trid b'ġisimha. Il-kumplessità tas-suġġett puntwalissimu li taffronta Vella huwa wkoll iebes għalija bħala reċensur raġel, jien u nipprova ninża' minn kulturi li writt, u li sikwit għamilthom tiegħi konxjament, jien u niddiskuti xogħol li ma' kull paġna jitfa' l-identità kulturali tiegħi f 'dagħbien mill-kbar nett. B'xi mod, esperjenza li għaddej minnha wkoll jien u nittraduċi x-xogħol ta' Irene Chias, Ezercizi di Sevizia e Seduzione (Mur Ġibek, Horizons 2022), sew għax marti li qed tħalli li tinqaleb minn żewġha, li huwa u jaħdem tant isib xebh skomdu mal-irġiel li l-karattru ewlieni tagħżel li tittortura biex turihom triq oħra għall-espressjoni tas-sesswalità kulturali tagħhom. Fit-triq l-oħra li tieħu Vella, id- dikotomiji fissi, li huma anki għelm tal- kultura Maltija, ma jibqgħux sostenibbli, u ż-żewġ mhux biss ikollu jittellet, imma saħansitra jmur lil hinn mill-fissità tal- għadd u tan-numri, u jixpakka fi priżma Claudia Gauci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022