Illum previous editions

ILLUM 31 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 intervista IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 • illum Artista b'missjoni: B'xogħolha tqajjem karatteristiċi uniċi li jagħmluna Għandha passjoni kbira għall-madum Malti iżda anke għal kull karatteristika unika li tagħti identità lill-Maltin. Jekk b'mug, imħadda, tvalja jew fardal, il-missjoni tagħha hija li tqajjem kuxjenza dwar il-preservazzjoni ta' dawn il-karatteristiċi. L-ILLUM tiltaqa' ma' Stephanie Borg YENDRICK CIOFFI Jekk b'xi mug bil-bibien Maltin fuqu, b'xi cushion bil-madum Malti jew xi pittura tal- ferro battuto, dawn huma kollha metodi kif l-artista Stephanie Borg tesprimi lilha nnifisha iżda fuq kollox tqajjem kuxjenza biex il-Maltin japprezzaw aktar dawk il- karatteristiċi li jagħtuhom identità. Għall-intervista ta' din il-ġimgħa, il- gazzetta ILLUM żaret l-istudio ta' Stephanie Borg biex titkellem magħha dwar ix- xogħlijiet, il-missjoni tagħha u l-pjanijiet għall-futur. Żgur li ħafna minnkom iltaqgħu max-xogħlijiet ta' din id-disinjatriċi u l-għan ta' din l-intervista huwa li nsiru nafuha aħjar. Bdejna nitkellmu dwar it-tfulija tagħha, bl-artista tispjega mal-ILLUM kif l-imħabba tagħha lejn dak kollu li hu Malti u l-passjoni partikolari għall-madum Malti nibtu fiha meta kienet għadha żgħira u mal-ġenituri u ħutha kienu jgħixu Santa Venera taħt l-akwadott. Għalkemm telqu minn hemm meta kellha biss ħames snin, Stephanie Borg tispjega li l-interess tagħha f 'dak kollu li hu Malti nibet fiha propju minn din id-dar. "Fl-appartament fejn konna ngħixu kellna l-madum Malti. Niakarni nitrejsja u nħażżeż fuq il-karti d-disinji tal-madum u niġġieled ma' ħuti biex jagħtuni l-kuluri biex inpinġi dan il-madum. Din waħda mill-it memorji li għandi ta' dak iż-żmien." Minn Santa Venera telgħu jgħixu r-Rabat, post għal qalb wisq Borg tant li llum, reġgħet għażlet li tmur tgħix fih, f 'dar tipikament Maltija kif minn dejjem xtaqet. "Il-fatt li kull kamra kellha l-madum Malti differenti u f 'kundizzjoni vera tajba, għidt mill-ewwel li din kienet id-dar tiegħi," kompliet tgħidilna. 'Barra minn Malta tgħallimt napprezza dak li għandna f'pajjiżna' Għal ħafna snin, Borg għexet ukoll barra minn Malta u din l-esperjenza wkoll kompliet tgħinna tapprezza aktar dak li hu Malti u l-karatteristiċi tal-pajjiż. "Għal ħafna miż-żmien kont qiegħda l-Oman f 'kultura kompletament differenti. Hemm irrealizzajt kemm għandna affarijiet importanti u sbieħ li aħna lanqas biss nagħtu kashom. Issib ruħek mdawwra b'ħafna kulturi. Ħadd ma kien jaqta' li jien minn Malta u kont nispiċċa nirrakkonta ħafna fuq Malta. F'qalbi bdejt nirrealizza kemm qed nirrakkonta affarijiet li jiena stess lanqas kont nagħti kashom. Mingħajr qisni ma naf, f 'dan iż-żmien li domt ngħix barra bdejt nirrealizza kemm għandna affarijiet li huma uniċi li mhu se ssibhom imkien aktar," spjegat. Fil-fatt, fl-ewwel wirja li tellgħet meta ġiet lura Malta, jiġifieri fl-2012, Borg ħadet dawn il-mumenti, bħal ritratti, mill-ħajja ta' kuljum f 'Malta. Il-wirja kienet semmietha 'glimpses' u kienu bħal pitturi tawwalin li bħal jifformaw stampa waħda imma li jaqbdu mumenti differenti tal-ħajja Maltija. "Nisa jpaċpċu fuq il-bankina, ġie tal- ħobż, purċissjoni tal-preċett u oħrajn. Dawn affarijiet li ma tarahomx f 'kulturi oħra. Għext l-Oman, it l-Italja u anke l-Amerika. Ma tarahomx dawn l-affarijiet," saħqet. "Bdejt ngħid aħna nitfa' ta' pajjiż li għandna ħafna x'noffru. Jekk taqbad il-ħajja fl-irħula biżżejjed, il-festi, il-madum, il- bibien, il-faċċati. Għandna rikkezza kbira ta' ispirazzjoni li sfortunatament ma nagħtux kasha. Ma ninnutawx x'għandna u jekk ma tinnutax ma tistax tapprezza." 'Kont indur naqbad il-madum Malti mill- iskips u nieħu ritratti tagħhom' Kien hawn li l-ILLUM tistaqsiha kemm hu importanti għaliha bħala artista li tosserva. Ħdejna kien hemm il-famuż mug bil-bibien ta' Malta kollha differenti u kollha kkuluruti. Kif tagħżilhom? X'tagħmel meta tilmaħ xi bieb tipiku li jogħġobha u li llum qed jogħsfru wkoll? Stephanie Borg saħqet li tagħmel dan ix- xogħol għax it-tir tagħha huwa propju li tqajjem kuxjenza u tgħin li n-nies jinnotaw aktar dak li għandna fl-ibliet u l-irħula tagħna. Tixtieq li x-xogħlijiet tagħha jqajmu aktar kurżità fost il-klijenti tagħha biex jinteressaw ruħhom f 'dak li hu Malti. "Il-missjoni tiegħi dik hi. Ġejt lura Malta fl-2008. Bdejt indur u nara bini jaqa' naħa u bini jaqa' n-naħa l-oħra. Madum fl-iskips, faċċati jitkissru, bini qisu kaxxa. Bdejt nistaqsi x'qed jiġri. Fi żmien li kont barra, Malta nbidlet. Kont indur, naqbad il-madum mill-iskips u nieħu r-ritratti tagħhom. Ridt nagħmel xi ħaġa," spjegat. 'B'mug nilħaq aktar nies...' Kien hawn li Borg bdiet tpinġi d-disinji ta' dan il-madum Malti iżda rrealizzat li bit-tpinġija biss ma kinitx qed tasal għand kulħadd jew għand biżżejjed nies. "Niakar kien il-Ġimgħa l-Kbira. Kont qiegħda d-dar, bid-deni u l-mug tal-kafè. Għidt imissni nagħmel mug bid-disinji tiegħi u ħarist lejn il-madum Malti li għandi mal-art u rrealizzajt li dak kellu jkun id- disinn biex inqajjem kuxjenza. Kulħadd juża mug. Hekk nilħaq in-nies." Fil-fatt, l-ewwel ma' għamlet Stephanie Borg kien sett ta' mugs bid-disinn tal- madum Malti iżda użat kuluri aktar vivaċi biex tagħtihom dehra aktar kontemporanja. Kienet ħadet sehem f 'suq tal-artiġjanat u l-ewwel sett ta' għaxra nbiegħu f 'salt. Fit- tieni okkażjoni għamlet għoxrin u nbiegħu wkoll. "Kien hemm reazzjoni. Dan kien lejn is- sena 2012. Bdejt nara ġenituri jgħidu lill- uliedhom li bħal dan il-madum kellhom huma għand in-nanna. Kien hemm reazzjoni emozzjonali. Jiena ridt inqajjem kuxjenza dwar xi ħaġa li jiena nħobb, li hija lokali u li għandna nippreservaw. Kien hemm qisu konnessjoni nostalġika." 'Qatt ma ħarist lejn il-flus ... il-missjoni tiegħi hi li nqajjem kuxjenza' Stephanie Borg tisħaq li meta n-nies ifaħħru xogħolha u l-kunċetti li toħroġ bihom ikunu qed jaħsbu mill-aspett finanzjarju xi ħaġa li hi qatt ma tat prijorità. "Kieku bdejt dan il-vjaġġ minħabba l-flus kont inżarma wara xahar," qaltilna bi tbissima. "Li mexxini kien l-imħabba tiegħi lejn id-disinn, il-madum Malti u l-missjoni tiegħi li nqajjem kuxjenza u ma nibqgħux inkissruhom u nagħtuhom il-ġenb." Fakkret li l-madum Malti huma uniċi għas-sempliċi raġuni li kull maduma hija differenti minn oħra għax isiru bl-idejn min-nies tas-sengħa. L-ebda waħda ma hi bħall-oħra. "Jiena ridt niċċelebrahom billi noħloq bihom arti, affarijiet li jintużaw kuljum. L-arti sabiħa imma jiena ridt ukoll affarijiet li n-nies jużaw kuljum u li jpoġġu fuq il- bank tal-kċina." Fil-fatt, Stephanie Borg għandha għażla wiesgħa ta' oġġetti, minn mugs, sa ornamenti għad-dar, cushions, fradal, tvalji u elf ħaġa oħra, kollha bid-disinn tal-madum Malti jew inkella b'xi karatteristika unika Maltija. 'Qed nisparaw f'saqajna' L-ILLUM tistaqsi lill-artista xi tħoss meta tara djar b'karatteristiċi Maltin li hi tirrepplika f 'xogħolha jitwaqqaw biex minflokom jitilgħu kaxxi tal-konkrit, bi twieqi sempliċi tal-aluminju u xi bieb lixx tal-injam bla l-ebda karatteristika ta' xejn. "X'ħasra. X'ħasra li mhux nieħdu ħsieb xi ħaġa li ma nistgħux nerġgħu nġibu lura. Mela nsiefru u noqogħdu ngħidu xi ħlew u kemm huma sbieħ l-affarijiet li huma jippreservaw. Tmur f 'xi villaġġ u tgħid qisu tal-kartolini. Aħna għandna affarijiet qishom tal-kartolini imma ma nistgħux inħalluhom biss għall- Belt, l-Imdina u forsi xi ċentri ta' xi rħulha żgħar," wieġbet Borg. Qalet li hija sfortuna kbira u jekk nibqgħu nitilfu dan il-patrimonju se nispiċċaw nisparaw f 'saqajna anke għat-turiżmu. 'Irrid nappella għaż-żgħażagħ ... qed tiżdied il-kuxjenza' Staqsejna wkoll lil Borg kemm hu diffiċli li taqbad xi ħaġa li hija antika bħalma hu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2022