Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199
IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 • illum aħbarijiet 'Jekk jaħsbu li jistgħu ikomplu jitħanżru għax ħallewhom, aħna mhux se nħalluhom' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM 'Qażżistuna.. qażżistuna. Tuna Kemmuna lura!' u 'il- baħar, ix-xatt... Kemmuna ta' kulħadd!' Hekk kienet l-għajta f 'Kemmuna ilbieraħ hekk kif għexieren ta' nies reġgħu marru jipprotestaw flimkien mal-Moviment Graffitti biex il-poplu jkun jista' igawdi l-bajja mingħajr deckchairs u siġġijiet u din id-darba stiednu lill-pubbliku biex jingħaqad magħhom. Fost dawk li attendew u li indirizzaw lill-folla kien hemm is-Sindku Laburista tal-Qala Paul Buttigieg. Il-protesta tal-bieraħ kellha mumenti jaħarqu hekk kif dawk preżenti spiċċaw argumentaw mal-pulizija u ma' persuni li kienu fuq id-deckchairs u li Andrè Callus mill-Moviment Graffitti qal li kienu nies li inġiebu minn negozji f 'Kemmuna. Fil- fatt Callus qal li mhu vera xejn li kellhom xi jgħidu ma' nies li kienu qed jixxemxu fil-bajja "Ilbieraħ (Il-Ġimgħa) ġejna infurmati minn sorsi differenti li l-operaturi tad-deckchairs għal-lum kienu qed jippjanaw li jfixklu l-protesta billi jieħdu n-nies tagħhom minn kmieni filgħodu u jokkupaw l-ispazju billi joqogħdu fuq dawn id- deckchairs. Jien mill-ewwel ċempilt lill-pulizija u għidtilhom li din hija protesta uffiċjali u li kien fl-obbligu tagħhom li jiżguraw li l-bajja tibqa' ħielsa ħalli tkun tista' ssir il-protesta bil-kwiet," sostna Callus. Huwa qal li minkejja li l-pulizija wegħdu li mhux se jħallu d-deckchairs, il-Moviment Graffitti sabu numru ta' nies "jistennewhom." "Il-kunflitt ma kienx ma' "beachgoers" imma ma' nies li ġabu l-operaturi tad-deckchairs apposta biex jagħmlu sabutaġġ fuq il-protesta." 'Qed jippruvaw jagħmlu minn kollox biex nisparixxi' - Sindku tal-Qala "Qed jippruvaw jagħmlu minn kollox biex nisparixxi mix-xena. Minn kollox qed jippruvaw jagħmlu biex joskurawni... għandhom wisq poter l-iżviluppaturi f 'Għawdex," qal Buttigieg li fakkar f 'li qalet l-Awtorità Għawdxija tat- Turiżmu u allura l-inkwiet tagħha li hemm wisq żvilupp fuq din il-gżira. Huwa qal li f 'żoni ta' Għawdex - fosthom Ħondoq ir- Rummien - intlaħaq qbil dwar deckchairs u li dawn jingħataw meta t-turisti jew l-għawwiema jitolbu dan u mhux jiġu kkapparrati l-bajjiet. Għalhekk staqsa għaliex l-istess affarijiet ma jistgħux isiru f 'Kemmuna. Andrà Callus, mill-Moviment Graffitti, qal li jekk negozjanti jaħsbu se jbeżżgħu billi jimbuttaw u jgħajjru, għax għandhom lill-Awtorità tal- Ippjanar u lill-Pulizija f 'idejhom sejrin żball. "L-ispazji pubbliċi huma tal-pubbliku bid-dritt... jekk jaħsbu li jistgħu ikomplu jitħanżru għax ħallewhom, aħna mhux se nħalluhom," qal Callus li wiegħed li Graffitti se jkompli għaddej b'azzjonijiet fuq din il- gżira. Fi stqarrija, Graffitti qalu li qed jagħmlu dawn il-protesti għax il-bajja ta' Blue Lagoon qed tibqa' maħkuma mill-interessi kummerċjali li biddu l-bajja "f 'lido privat għal it nies." Din il-protesta hija t-tieni azzjoni f 'Kemmuna dan is-sajf. It-talbiet ta' Graffitti... F'dan ir-rigward, intbagħatu żewġ ittri miuħa lill-ħames Ministri responsabbli minn bosta aspetti tal-ġestjoni tal-gżira, ittri li jistabbilixxu talbiet ċari favur il-ħarsien tal-Blue Lagoon u l-aċċess pubbliku. Il-Moviment Graffitti saħaq li l-pressjoni tiegħu fuq l-awtoritajiet mhijiex ser tonqos ġaladarba n-nies li għandhom il-flus u l-influwenza politika ħatfu dak li huwa tal-poplu bi dritt u għadhom qegħdin jagħmlu li jridu f 'riżerva naturali. Il-Moviment Graffitti jinsisti li tittieħed azzjoni immedjata kontra l-ħsara li qegħda ssir lill- Blue Lagoon u li l-bajja tingħata lura lin-nies: 1. Id-deckchairs u l-umbrelel jintramaw biss fuq talba ta' persuna fiżikament preżenti fuq il-post u FL-EBDA ĦIN m'għandhom jokkupaw iktar minn 30% taż-żona kollha tal- Blue Lagoon. 2. Id-dgħajjes il-kbar, li jieħdu mijiet ta' turisti f 'salt wieħed, ikunu projbiti minn Kemmuna. 3. Ikun hemm limitu ta' żewġ gabbani żgħar, mingħajr daqq ta' mużika, fil-Blue Lagoon. 4. Ikun hemm limitu fuq it-tip u l-ammont ta' skart iġġenerat, u dan jinġabar kuljum, qabel il- lejl, sabiex ma jkomplux jitkattru l-firien li qed jagħmlu ħsara kbira lill-ambjent naturali. Għexieren ta' nies jerġgħu jitilgħu Kemmuna u jipprotestaw dwar kif bajja pubblika jisħqu li ġiet ikkapparrata mill-ftit biex saret 'lido privat'