Illum previous editions

ILLUM 14 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476199

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 opinjoni IL-ĦADD 14 TA' AWWISSU 2022 • illum Edwin Vassallo Edwin Vassallo huwa eks Deputat tal-PN Ma nibqgħux neqirdu s-sewwa li ksibna matul iż-żmien D an progress? Tgħid bdejna nistħu ngħidu min aħna bhala poplu Malti u Għawdxi.? Tgħid bdejna rridu nidhru li aħna ewropej u qed ninsew li aħna Maltin u Għawdxin? Tgħid bdejna rridu nħarsu 'l quddiem, u l-progress sar ifisser li aħna nwarrbu t-tajjeb li writna? Tgħid fil-PN, min qiegħed fil- Parlament jirrappreżenta lill-PN, bdew jistħu jixhdu għall-valuri li l-fundaturi tal-PN, waqqfu l-istess partit biex jiddefendi? Tgħid illum Il-PL għadu jemmen li kien imwaqqaf biex jiddefendi l-ħaddiema u lill-fqar, meta illum sar partit li jiddefendi lill-kbir? Tgħid il-Knisja f 'Malta għadha temmen f 'dak li ġiet imwaqqfa biex tixhed għalih? Tgħid illum wasalna fi żmien li fih għalina bħala poplu, il-progress sar ifisser tqaċċit mill-għeruq tal- imgħoddi f 'isem prosperità falza ddettatta mill-qligħ, mill- ħtiġijiet ikkawżati mill-konsumeriżmu, kif ukoll mid-dritt li kulħadd għandu jedd għal kollox?". Bħalissa f 'diversi kulturi madwar id-dinja qed isiru sforzi minn ċertu ħassieba biex jintesew u jkunu kanċellati partijiet mill-istorja ta' pajjiżi rispettivi għaliex ċerti eroj fl-istorja tal-pajjiż rispettiv, qed jiġu issa kkritikati għal dak li għamlu dak iż-żmien li fih għexu, għaliex propju issa skont x'nagħarfu b'tajjeb, dak li għamlu huma fi żmienhom issa qed jitqies inġust. F'pajjiżna l-istorja u r-realtà hija ħaġa oħra. S'issa ma għandniex attakki ta' kritika fuq eroj storiċi iżda sar qisu għandna tendenza li kif qal il-Papa Frangisku fiż-żjara tiegħu fostna "progress jfisser it- tqaċċit mill- għeruq tal- imgħoddi" u dan isir "f 'isem prosperità falza dettata mill-qligħ, mill- ħtiġijiet ikkawzati mill- konsumeriżmu". Ktibt din is- sentenza tal-Papa Franġisku darbtejn għaliex din qed issir realtà f 'pajjiżna. Nistgħu nżommu ma' dak li konna nafu b'tajjeb. Sirna rridu npartu dak li konna nistqarru bħala tajjeb, mhux għaliex għadu żmienu iżda biex ngħidu li f 'isem il-progress irridu nemmnu f 'xi ħaġa ġdida. Dan l-atteġġġjament qed ikun imnissel mill-ġirja inġusta għall-qligħ bla skrupli ta' xejn, mill-ħtiġijiet ikkważati mill- konsumeriżmu sfrenat li ma qiegħed ixebba' lil ħadd. Pajjiżna qed ikun attakkat fl- għeruq morali tiegħu u fil-valuri tiegħu "mir-rebgħa bla xaba', mill- kilba għall-flus, mill-ispekulazzjoni tal-bini". Dan huwa kliem il-Papa Franġisku lill-awtortajiet politiċi Maltin. Kulma jmur iżda, f 'dan il-proċess ta' bidla qed nitilfu ħafna tajjeb. Sar għandna ċaħda istituzzjonalizzata ta' dak kollu li kien valur. Għall-politika, il-persuna, il- bniedem spiċċa oġġett donnu unit ta' produzzjoni iżda xejn aktar. Il-ħajja tal-istess bniedem saret ma tiswa xejn. Qed kull ma jmur titlef il-valur tagħha. Qed kull ma jmur tkun disprezzata u żvalutata Kif diġà seħħ fil-Parlament, fil-ġirja għall-kisba tal-voti akkost ta' kollox, tlifna l-valur tal-Oppożizzjoni parlamentari. Illum il-PN sar kważi parti mill- establishment politiku tal-Gvern. Dan skandlu politiku f 'demokrazija parlamentari. Il-bniedem f ' pajjiżna qed jitlef l-identità singulari tiegħu u qed jitqies numru f 'massa ta' poplu. Mal-identità tiegħu qed jitlef id- dinjità tiegħu. Riżultat ta' dan kollu fil-poplu Malti qed tirrenja aktar solitudni, aljenazzjoni, ħadd ma jimpurtah minn ħadd u minn xejn. "Alla" f 'din is-soċjetà sekulari li l-politiċi qed joħolqu fejn f 'din il- ħidma il-PL spiċċa id f 'id mal-PN, dan "Alla" spiċċa parti minn kultura. Anke l-Knisja tidher li hija komda b'dan l-arranġament. "Alla" spiċċa f 'House arrest fit-tabernaklu tal- knejjes tagħna. U l-ħajja spiċċat ġirja wara x- xejn. Għandna poplu kulħadd ikisser fih. Il-Malti llum rrendejnih numru f 'soċjetà amorali. F'soċjetà fejn il- valuri spiċċaw żvalutati u għalhekk l-ħajja stess spiċċat żvalutata, ma fiha l-ebda valur. Il-Malti sar iħossu barrani f 'pajjiżu, għall-politiku jiswa biss dak li jiswa' l-flus. F'kull deċiżjoni politika l- bniedem spiċċa insifinikanti. F'soċjetà Maltija l-ħajja, il-familja u l-libertà spiċċaw mill-aktar mhedda. Spiċċaw finta għaliex fir- realtà ma jiswew xejn. Meta nħarsu lejn il-passat u nfakkru l-mewt tal-martri għal libertà mill-ħakma tal-kriminalità organizzata f 'pajjiżna, sirna nħossu ċ-ċanfira li taħsadna. Din it-tiira għad tmajna u tispiċċa storja għaliex anke l-kisba tal- ġustizzja biex tkun mgħarrfa l-verità spiċċat farsa. Illum pajjiżna nħataf minn opportuniżmu velenuż għall- ħajja, il-familja, il-libertà. Illum l-opportuniżmu qed joffrilna allat ġodda, poter akkost ta' kollox, sess bla rażan, prostituzzjoni organizzata, flus, droga, traffikar ta' nies, użura, ħasil ta' flus, bejgħ ta' armi u quddiem dawn l-allat tal-kriminalità organizzata s-sistemi kollha f 'pajjiżna jbaxxu rashom. Sar għandna l-ekonomija tal-pajjiż tistrieħ fuq il-kultura tal- mewt. U l-vari joħorġu mill-parroċċi tagħna, id-daqq sabiħ tal-banda, tal- qniepen, il-ħoss tal-murtali kollha jagħtu dehra ta' pajjiż trankwill iżda qiegħed imut moralment .U min jinkwieta? Ma tarax? Anzi aktar ma dan il-pajjiż jimrad aktar ikun hawn min jagħmel il-flus. U fejn huma il-vittmi ta' din il-kriminalità organizzata f 'pajjiżna? Uliedna, iż-żgħażagħ tagħna, vittmi tad-droga u dipendenzi oħra. Il-familja. Dawk il-ġenituri li mhux ilaħħqu biex jgħixu. Oħrajn iduru għall-użura. Il-prostituzzjoni li tispiċċa tiġġieled kontra l -istabbilità tal- familja. Quddiem dawn ir-realtajiet qed inkomplu noqtlu ruħ il-poplu, dak kollu li ksibna bħala poplu matul iż-żmien is-sens ta' x'inhu tajjeb u ħażin issa qed isir kollox jiswa . Il-famuża ideoloġija hija ġdida ta' "xejn mhu xejn." Din issa hi l-loġika l- ġdida fejn il-kbir jikber u ż-żgħir jiċkien, u dan kollu taħt Gvern Soċjalista, mgħejjun mill-Partit Nazzjonalista. Il-fatti huma li la baqa' Partit Soċjalista u lanqas baqa' Partit Nazzjonalista, dawn qed jsiru bi sħab f 'ġirja fejn bla prinċipju jiġru wara r-rebħ tal-voti bla ma għandhom aktar prinċipju. Hekk tibqa' tikber l-ispekulazzjoni tal-bini bla rażan, hekk tkompli tirbaħ ir-regħba bla xaba', hekk tkompli tikber il-kilba għall-flus filwaqt li nsejna xi tfisser ġustizzja soċjali u ħarsien veru tal- ambjent. Quddiem dan kollu jeħtieġ ordni ġdida ta' loġika ġdida f 'pajjiżna. Loġika politika li tassew jimpurataha minn xi tfisser tisħiħ ta' dinjità umana u tisħiħ tal-ġid komuni. Naslu għal dan iżda l-ewwel jeħtieġ li ngħarfu l-faqar li spiċċjana ngħejxu fih. Il faqar mhux biss tal-flus għal min ma għandux , iżda l-faqar tal- valur tal-bniedem. Ejjew ma nibżgħux niddefendu dak li nemmnu fih! Tlifna l-valur tal-Oppożizzjoni parlamentari. Illum il-PN sar kważi parti mill-establishment politiku tal-Gvern. Dan skandlu politiku f'demokrazija parlamentari

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 August 2022