Illum previous editions

ILLUM 4 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478014

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 23

www.illum.com.mt PAĠNA 6 €1.25 IL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU 2022 • NRU 828 'Għandi ħafna dnubiet imma l-orjentazzjoni sesswali tiegħi mhijiex dnub' PAĠNI 10 u 11 200,000 jħossu s-solitudni ... 'problema kbira li jeħtieġ nindirizzaw' PAĠNA 3 Il-Prim Ministru Robert Abela ddefenda lill-ministri tiegħu u saħaq li ma hemm l-ebda investigazzjoni għaddejja fuq xi ministru b'rabta mal-każ tal-allegat korruzzjoni fit-testijiet tat-teorija tas- sewqan. Meta t-Tnejn li għadda, tliet uffiċjali ta' Transport Malta ttellgħu l-Qorti akkużati b'korruzzjoni, fost oħrajn, ġie implikat ministru u anke politiċi oħra li iżda ma ssemmewx b'isimhom. Wieħed mill-akkużati, waqt l-interrogazzjoni tal-Pulizija, qal li ħassu kostrett jirranġa lil ċertu persuni biex jgħaddu għax kienu qed jaħdmu f 'villa ta' Ministru. L-investigazzjoni wasslet ukoll biex il- Pulizija televa informazzjoni minn mowbajls tal-akkużati li fihom persuni b'rabta ma' partit politiku, taw id-dettalji ta' persuni li kellhom jgħaddu mit-test tas-sewqan. Instabu wkoll diaries b'ismijiet, informazzjoni personali u dati ta' meta l-istess persuni kellhom jitilgħu għat-test. It-tliet akkużati, fosthom direttur ta' Transport Malta, qed jiċħdu l-akkużi kollha. Mistoqsi mill-ġurnalisti, il-Prim Ministru saħaq li ma hemm l-ebda investigazzjoni, akkużi kriminali jew inkella proċeduri legali kontra xi membru tal-kabinett. Dwar jekk tkellimx mal-ministri dwar dan, il-Prim Ministru ma weġibx imma tenna li ma kienx infurmat li hemm xi investigazzjoni fuq xi ministru. Ċaħad ukoll kategorikament li l-Partit Laburista kien involut f 'din il-kwistjoni. ĦERBA F'MARSAMXETT Il-kuntrattur kostrett jissospendi x-xogħlijiet fil-pitch tal-waterpolo għax l-investitur għandu mijiet ta' eluf ta' ewro fi ħlasijiet b'lura 'L-ebda Ministru mhu investigat' – Il-PM dwar l-iskandlu ta' TM

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2022