Illum previous editions

ILLUM 4 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478014

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU 2022 • illum L-Awtoritá tal-Ippjanar, nediet it- tielet edizzjoni tal-pubblikazzjoni annwali tagħha fejn f 'din il- pubblikazzjoni esebixxiet ir-rebbieħa tal-premjijiet tal-Malta Architectural and Spatial Planning (MASP) flimkien mal-proġetti parteċipi, taħt il-Patroċinju tal-President ta' Malta, George Vella. L-attivitá, li ttellgħet fis-26 ta' Aw- wissu fil-bitħa maestuża ta' MUŻA fil-Belt Valletta, kienet tinkludi diversi kelliema, fosthom perit mir-Renju Unit meqjus bħala wieħed tal-ogħla livell, Ed Hayden minn Scott Brownrigg. Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi, qal "l-ispirtu tal-MASP awards imur id f 'id mal-futur ta' dan is-settur li l-Gvern qed jaħdem għalih, futur mibni fuq eċċellenza u kontribuzzjoni pożittiva għas-soċjetá. Ejja nħallu dawn il-proġetti eżemplari jwittu t-triq għal bidla pożittiva li jser- vu ta' ispirazzjoni għal ħaddieħor." Il-kelliem internazzjonali għall-attiv- itá ta' din is-sena tal-MASPtalks kien il-Perit mir-Renju Unit, Ed Hayden, Direttur mal-kumpanija Scott Brown- rigg, waħda mill-akbar ditti arkitet- toniċi fir-Renju Unit bi prattika esten- siva internazzjonali. Hayden imexxi timijiet ta' periti u tekniċi fejn jiffoka fuq disinn sos- tenibbli u ta' kwalitá, b'mod partikolari fis-setturi tal-prattika tax-xjenza tal- ħajja u kif ukoll uffiċini. Fid-diskors, hu qasam uħud mill-es- perjenzi tiegħu li wettaq fi ħdan Scott Browning kif ukoll fl-istess industri- ja, fosthom dwar proġetti ta' karbon- ju żero u innovazzjoni tad-disinn. Hu tenna dwar kif, bħala perit, id-disinn huwa parti integrali mit-tisħiħ tal- valur tal-ħajja ta' kuljum tal-bniedem u li "kull ħaġa li nibnu għandha tkun bin- ja li wieħed jgħożż." Sostna kif l-ewwel prinċipju, "huwa li ntejbu l-kwalitá tal- ħajja tan-nies permezz ta' bini li l-istess nies jirrispettaw." "Jekk wieħed jgħożż xi ħaġa, għandu jieħu ħsiebha, biex b'hekk tibqa' – u dik hija s-sostenibbiltá." Għad-ditta Scott Brownrigg, ir-riċerka hija parti essenzjali fil-proċess tad-dis- inn. Fil-fatt, id-Design Research Unit tnieda fl-1942 minn Herbert Read, Mi- sha Black u Milner Gray, fejn din kienet l-ewwel darba li saret ħidma konġun- ta bejn esperti fil-qasam tal-arkitettu- ra, grafika u disinn industrijali. Dan il-unit huwa responsabbli għal uħud mill-aktar ditti ikoniċi u magħrufa li nħolqu fil-Brittanja proprju wara tmi- em il-gwerra mill-identitá tal-British Rail, Courage Brewery u ICI, għal xog- ħol sinifikanti bħal-London Transport Executive u s-sinjali ta' Westminster Street, kif ukoll xogħol li sar għal P&O Orient Line. Waqt il-preżentazzjoni tiegħu, Hayden semma kif l-industrija tal-ko- struzzjoni għandha rwol importanti fl-ekonomija dinjija, fejn toħloq, topera u kif ukoll iżżomm l-infrastruttura fiżi- ka tagħha. L-istess industrija hija kon- tributur sinifikanti għall-emissjonijiet tal-karbonju dinji, kawża tal-enerġija li tikkonsma tul kull stadju infrastruttur- ali li twettaq. Fost l-aktar proġetti riċenti ta' Hayden, insibu dak ta' Cambridge Sci- ence Park Bio-Hub, Arm Headquarters, Peterhouse Technology Park, Cam- bridge international technology park, CABI Headquarters, kif ukoll proġett li rebaħ il-premjijiet, St George College Activity Centre. L-attivitá tal-MASPtalks kompli- et billi wriet preżentazzjoni dwar is-Society for Architecture & Civil Engineering Students (SACES), fejn flimkien mal-IAS jorganizzaw l-iniz- jattiva tal-London Archivisit. SACES hija organizzazzjoni bbażata f 'fakultá li tirrappreżenta lill-istudenti kollha li jagħmlu parti mill-fakultá fi ħdan l-Universitá ta' Malta, Faculty for the Built Environment. Archivisit jipprovdi opportunitajiet lill-istudenti lokali biex jiksbu aktar L-Awtoritá tal-Ippjanar tniedi t-tielet edizzjoni tal-Pubblikazzjoni Id-Design Research Unit fi ħdan Scott Brownrigg kienet responsabbli għal uħud mill- aqwa ditti li huma magħrufa u li nħolqu fil-Brittanja wara l-gwerra, fosthom il-British Rail

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2022