Illum previous editions

ILLUM 4 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478014

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 kummerċjali IL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU 2022 • illum esperjenza fil-qasam tad-disinn kif ukoll fl-immaniġġjar tal-proġetti, te- knoloġija ġdida, proċessi/proċeduri tas-siti u tekniki ta' infrastruttura ekoloġika. L-edizzjoni ta' din is-sena, li kienet possibbli grazzi għall-Awtoritá tal-Ippjanar flimkien mal-Awtoritá tal-Bini u l-Kostruzzjoni, BCA, offriet lill-istudenti attivitajiet varji, fosthom workshops dwar inġinerija strutturali u kif ukoll id-disinn arkitettoniku, es- ebizzjonijiet, fost bosta opportunitajiet oħrajn. Il-grupp kien ospitat minn ditti tal-arkitettura multidixxipplinarji ta' fama internazzjonali u ċentri edukat- tivi, li jinkludu Arup, Hilson Moran, Thornton Tomasetti, Buro Happold Engineering, MAKE, Mizzi Studio u Bartlett School of Architecture u r-Roy- al Institute of British Architects, RIBA. Il-Perit Vincent Cassar, Chairperson tal-ġurija tal-MASP Awards, tkellem dwar il-benefiċċji tal-opportunitajiet mħejjija mill-Archivisit, fejn iddeskri- va din l-esperjenza bħala "inizjattiva mill-aqwa fejn tesponi lill-istudenti tal-arkitettura għal esperjenzi mhux biss marbuta mal-arkitettura u d-dis- inn minn pajjiżi oħra imma kif ukoll esperjenzaw prattiċi differenti waqt ix-xogħol." Fil-waqt li rringrazzja lil kull min kien involut biex din l-attivitá setgħet kienet possibbli, b'mod partikolari l-ap- poġġ kontinwu tal-Awtoritá tal-Ippja- nar, il-Perit Cassar issuġġerixxa li din iż-żjara tal-istudenti, fil-futur, għandha ssir ukoll f 'pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewro- pea u anke lil hinn. L-Awtoritá tal-Ippjanar se tkun qed ittella' esebizzjoni fuq barra fi Pjazza La Vallette biex tiċċelebra l-arkitettu- ra kontemporanja kif ukoll proġetti tad-disinn li rebħu premju fl-edizz- jonijiet tal-2020 u fl-2021 tal-MASP Awards. Din l-esebizzjoni se tibqa' miftuħa sat-12 ta' Settembru 2022. Aqra aktar fuq: https://www.maspawards. com tal-Pubblikazzjoni tal-Premjijiet tal-Arkitettura waqt l-attivitá 'MASPtalks' "…bħala perit, id-disinn huwa parti integrali mit- tisħiħ tal-valur tal-ħajja ta' kuljum tal-bniedem u (…) l-ewwel prinċipju, għandu jkun, li ntejbu l-kwalitá tal-ħajja tan-nies permezz ta' bini li l-istess nies jirrispettaw." - Ed Hayden, Scott Brownrigg Ed Hayden Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2022