Illum previous editions

ILLUM 4 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1478014

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 23

22 oroskopju IL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU 2022 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Libra hi dik il- ġimgħa li int minn issa trid taħseb għal dawk il-miżuri ġodda li taf li trid twettaq fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk ħu l-okkażjoni sabiex tħejji skeda u b'hekk int tkun tista' timxi b'mod organizzat f 'dawn il-miżuri li ser ikun hemm bżonn twettaq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Scorpio hi dik il- ġimgħa ta' riflessjoni profonda ta' għarfien ta' dawk il-proġetti li int fix-xhur li ġejjin għandek twettaq. Grazzi għal riflessjoni li hemm bżonn twettaq tkun f 'qagħda aħjar b'liema proġett tibda sabiex tibni stabbilta' soda. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Sagittarius ser tkun dik il-ġimgha fejn trid tgħaraf fejn din l-imħabba qegħda twasslek. Wara bosta xhur li int tgħajt dak kollu li stajt f 'din l-imħabba wasal il-waqt li tgħarbel eżatt fejn tixtieq tasal. Inutli twettaq aktar sforzi għax dak li kellek toffri offrejtu. Issa wasal il-waqt li tanalizza. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries.Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Capricorn ser tkun dik il-ġimgħa li int tibda torganizza aħjar il-madwar tiegħek. Ovvjament minħabba diversi raġunijiet int dan ma stajtx twettqu iżda issa għandek il-ħin. Għalhekk tajjeb li tibda tkun organizzat sabiex dan jagħmlek tħares il-quddiem b'aktar fokazzjoni. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Aquarius ser tkun dik il-ġimgha fejn tgħaraf aħjar il- madwar tiegħek kemm int f 'pożizzjoni idejali sabiex twettaq ċertu deċiżjonijiet minħabba xi direzzjoni ġdida. Għalhekk wettaq riflessjoni bejn dak li għandek fil-preżent ma' dak li jista' jkollok fil-futur. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Pisces ser tkun dik il- ġimgħa li twettaq analiżi profonda dwar il-qagħda finanzjarja tiegħek. Hekk kif qiegħed tesperjenza ċertu żbilanċ fil-qagħda finanzjarja tiegħek int trid tgħaraf aktar kontrol sabiex din is- sitwazzjoni preżenti ma toħloqx kumplikazzjonijiet future. Għalhekk analizza l-infieq aħjar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. Namaste X'HEMM GĦALIK FL-OROSKOPJU MILL-ĦADD 4 TA' SETTEMBRU SAS-SIBT 10 TA' SETTEMBRU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Aries ser tkun dik il- ġimgħa li tagħmlek tgħaraf aħjar fejn verament tixtieq tasal. Għalkemm dan l-aħħar kont bħal qisek bejn salib it-toroq issa huwa dak il-waqt li tgħaraf dik id-direzzjoni idejali għalik. Għalhekk b'għaqal ħares 'l quddiem. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Taurus ser tkun dik il-ġimgħa li tiem aħjar l-aspett ta' l-imħabba. Għalkemm int kellek bosta esperjenzi mħaltin issa int taf kemm verament sibt dak li xtaqt u għalhekk issa għandek tgħaraf taqqad dak li dejjem xtaqt u dan għandu jkun mument feliċi għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Gemini ser tkun dik il-ġimgħa li tgħaraf aħjar it- triq li għandek taqbad minn issa. Għalkemm fil-preżent qiegħed tikkumbatti ma' bosta fatturi dan ser jgħaddi u bl- esperjenza vasta tiegħek dan ser ikun ta' benefiċċju għalik sabiex tkattar l-istabbilta' tiegħek b'aktar determinazzjoni.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Cancer ser tkun dik il- ġimgħa li int trid tgħaraf eżattament liema parti tal-karriera hija l-aktar vijabli għalik. Issa ma tridx toqgħod tħabbel aktar rasek fuq diversi aspetti differenti f 'dak li int twettaq iżda wasal il-waqt għal direzzjoni waħda dik vijabli għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra.Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta' Virgo għalik Leo ser tkun dik il- ġimgħa li tħares aktar lejn saħħtek. F'dan il-mument saħħtek għandha bżonn dik l-attenzjoni partikolari għalhekk għaraf li tieħu dawk il- miżuri kollha meħtieġa sabiex fejn hemm bżonn ta' aktar attenzjoni twettaq dak kollu meħtieġ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta' Virgo għalik l-istess Virgo għandek twettaq aktar għarfien ta' bilanċ bejn il-karriera u l-familja. Issa għadek filwaqt li twettaq dan il- bilanċ b'mod li kollox ikun skont kif verament tixtieq. Tħallix dan il-waqt jaħrablek għax tkun tli okkażjoni li tkun aktar kuntent. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. Namaste KOMPETIZZJONI MA PAULJON Irbaħ wieħed minn 7 Rigali fosthom: • Tlett Vouchers għal Pubblikazjonijiet ta' PaulJon • Tlett Vouchers għal Tratttamenti ta' Sbuħija jew Fitnes Classes minn għand Graziella Miruzzi • Voucher għal Pakett ta' Kristalli. Kull ma' għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija: Il Qamar kwinta ta żodjaku jigi fi 13ta ? 10ta? jew 12ta' Settembru ? Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil PaulJon, '' ILLUM '' Po Box 27, Paola jew ibgħat SMS fuq 79495804 jew 99013600. Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2022