Illum previous editions

ILLUM 9 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 9 TA' OTTUBRU 2022 • illum Julie Zahra, Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Arti, Kultura, Wirt Nazzjonali u l-Industrija tal-Films Julie Zahra Inkonsistenza fil-protezzjoni tal-wirt nazzjonali I l-Parlament reġa beda jiltaqa', iżda dan ma jfissirx li l-waqfa tas-sajf b'xi mod naqqset mill-ħidma politika anzi, bil-kontra. Personalment għalija, kien sajf impenjattiv ħafna fejn komplejt bil-ħidma tiegħi kemm fuq livell distrettwali kif ukoll dak nazzjonali fejn bqajt niltaqa' man-nies biex inkompli nisma mingħandhom dak li jistennew mingħandna l-politiċi u dak li qiegħed jikkonċernahom fil-ħajja ta' kuljum. Dan minbarra l-ħaf- na laqgħat, fis-skiet ma' diversi entitaijet, assoċjazzjonijiet u gruppi oħra ta' persuni li jaħdmu jew jirrappreżentaw diversi setturi tas-soċjeta' tagħna. Għaliex dan hu s-sabiħ tal-politika, li tisma, titħadded, tiem u titgħallem fuq il-ħsibijiet ta' min tiltaqa' magħhom, biex aħna mbagħad nassiguraw li l-aspirazzjonijiet tan-nies jintlaħqu sabiex ikollhom kwalita' tal-ħajja aħjar. Tul dan is-sajf, rajna eżempju ċar kristall ta' kif jibqa' jimxi dan il- Gvern permezz tal-ehim misterjuż li sar għall-użu ta' Palazzo Vilhena fl-Imdina bħala ristorant għal skopijiet kummerċjali u li sa llum, minkejja li wara l-pressjoni tiegħi il- Ministru kellu jippubblika l-kuntratt li sar bejn iż-żewġ partijiet, għadu ma ta l-ebda spjegazzjoni lill- poplu Malti, għajr kliem fieragħ. Jiena m'iniex kontra li mużewijiet jew attrazzjonijiet oħra jespandu f 'esperjenza holistika, u li jinkludu tali faċilitajiet, iżda nemmen li dan għandu jsir bi trasparenza, konsultazzjoni u viżjoni u mhux bil- moħbi biex igawdu il-it minflok kulħadd. Waqt li b'mod konvenjenti inħeba wara Heritage Malta, qalilna li dan il-ehim hu arranġament ieħor minn dawk li "isiru b'mod regolari", u fl-istess nifs qal ukoll, li sar biex jiġi stabbilit jekk Heritage Malta għandiex toħroġ sejħa pubblika jew tmexxi din l-inizjattiva hi. Lanqas jaf hu stess xi skuża ser jaqbad iġib! Iżda għadu ma ppublikax ir-rendikont tad-dħul u l-infieq li sar minn Heritage Malta permezz ta' dan l-istess ehim? U lanqas għadu qalilna jekk Heritage Malta tħallsitx €50 kuljum jew 8% tal-bejgħ li sar mill-operatur, ma' min sar dan il-ehim jekk hux ma' kumpanija jew individwu, jekk hemmx operaturi oħra li għandhom dan it-tip ta' ehim u meta ser jiġi ppublikat r-riżultat tal-market research li sar. Għaliex dan il-kuntratt, minflok serraħ moħħ il-poplu qajjem ħafna aktar mistoqsijiet fi prova ċara ta' nuqqas ta' trasparenza u viżjoni fejn jidħol il-wirt kulturali ta' pajjiżna u fejn l-affarijiet qegħdin isiru bil-moħbi biex igawdu il-it minflok kulħadd. Każ ieħor ta' kif jimxi dan il-Gvern fejn jidħol il-wirt nazzjonali tagħna u marbut ma' marker stone tal-Perjodu Ingliż li nġabret minn żona rurali f 'Ħaż- Żabbar f 'Settembru li għadda. Prosit tal-azzjoni fil-pront biex jiġi ssalvagwardjat dan l-oġġett ta' valur storiku nazzjonali, iżda mbagħad il-'marker stone' li nstabet ħdejn il-pool fid-dar ta' Ministru tal-Gvern x'sar minnha? Filwaqt li Sovratendenza tal-Patrimonju Kulturali ħarġet iddoqq it-trombi fl-ewwel każ, u ironikament fakkru lill-pubbliku dwar l-obbligu legali taħt l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali li kull min jagħmel sejba ta' oġġett kulturali għandu l-obbligu li jikkomunika immedjatament mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex jirraporta tali sejba, mhux l-istess jista' jingħad fit-tieni wieħed. U dan każ aktar gravi għaliex l-oġġett ittieħed minn post pubbliku u tpoġġa f 'residenza privata. Immaġina kien ċittadin komuni x'show kien isir biħ! Iżda għaliex kollega tal-Ministru tal-Wirt Nazzjonali ma ġara assolutament xejn. Allura nerġa nistaqsi - il- 'marker stone' li instabet fir- residenza privata ta' Ministru tal- Gvern fejn hi? Inġabret? Jekk iva, minn min? U jekk le, għaliex? F'pajjiżna jeżistu numru kbir ta' entitajiet non-governattivi li jagħtu kontribut kbir fis-settur tal-wirt nazzjonali tagħna u li haqqħhom kull apprezzament u sostenn mill-Istat għax-xogħol tagħhom. Waħda minnhom hi Flimkien għall-Ambjent Aħjar, li it tal-ġimgħat ilu qalet kif fl-aħħar snin is-Sovrintendenza qed issir "estenzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar", saret "inkonsistenti", u ma għadiex "stretta imma ġusta" fir-rakkomandazzjonijiet tagħha. Saħqu ukoll kif "persuni li għandhom għall-qalbhom il-patrimonju ġew imwarrba" u li "issa hemm persuni mill-Awtorità tal-Ippjanar jaħdmu fi ħdan is- Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali". Dawn huma akkużi serjissimi u li l-Ministru responsabbli mill- wirt nazzjonali għandu jirrispondi għalihom mingħajr aktar dewmien. Għaliex jekk inhu hekk, kif jista' jkollok is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li hija meħtieġa biex tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Awtorità tal-Ippjanar tagħmel dan permezz ta' impjegati tal-istess Awtorità li qegħdin jaħdmu fi ħdanha? Hu forsi għalhekk li qegħdin naraw rakkomandazzjonijiet għal żvilupp li jmorru kontra l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali? Saret frekwenti wisq din li l-ewwel tinħareġ rakkomandazzjoni ċara mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali b'rizq il-protezzjoni tal- bini u l-ambjent kulturali u wara it taż-żmien dawn jisparixxu bis-Sovrintendenza iddawwar il- pożizzjoni tagħha. Hija r-resposabbiltà tal-Gvern biex jassigura li ġenerazzjonijiet futuri jirtu mingħandna Malta aħjar fejn jidħol il-konservazzjoni u l-preservazzjoni tal-patrimonju storiku tagħha u l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ser tibqa' tagħmel pressjoni biex ma jintremewx sekli ta' wirt nazzjonali fl-interess biss tal-ekonomija. Għaliex hu minnu li pajjiżna hu dak li hu f 'termini ġeografiċi u allura irid jinstab bilanċ bejn l-ippjanar u l-iżvilupp f 'kuntrast mal-wirt nazzjonali tagħna. Iżda ma nistawx nibqgħu naraw kollox qisu xejn m'hu xejn, u hu propju għalhekk li l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali waqqaf is-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali biex jassigura li dan il-wirt jiġi l-ewwel u qabel kollox protett u fl-istess waqt ikkonservat billi din l-entita' timxi b'mod parallel mal- Awtorita' tal-Ippjanar, iżda dan ma jfisser qatt li dawn għandhom isiru ħaġa waħda! Aħna qegħdin hawn bħala kustodji tal-wirt nazzjonali tagħna u mhux biex neqirduh. Palazzo Vilhena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2022