Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 Kumpaniji jgħidu li huma sostennibli imma jibqgħu l-iktar li jniġġsu l-ambjent MARIANNA CALLEJA Dan l-aħħar, tidħol facebook u jitilgħu ċorma reklami ta' kumpaniji jitqanzhu u jgħidu li qed jagħmlu kampanja biex isalvaw in-naħal, u oħra biex jaddottaw fekruna, kumpanija biex innaqsu l-plastik u oħra li bidlu l-pakkett għal wieħed riċiklabbli. Imma qatt staqsejt lilek innifsek kemm huma veritiera dawn il-kampanji? Mal-gazzetta ILLUM, is- sid tal-ħanut ReRoot, Jean Paul Farrugia qal li hemm numru ta' istituzzjonijiet u organizazzjonijiet li jippromovu prodott jew servizz bħala wieħed sostenibbli u natural iżda dan ma jkun xejn veru. Dan il- kunċett jissejjaħ 'greenwashing.' Bħal ma tissuġerixxi t-terminoloġija stess, ħafna drabi dawn il-kumpaniji jilgħabu bil- psikoloġija tal-konsumaturi tagħhom u jużaw il-kulur aħdar fil-prodotti tagħhom minħabba li ħafna jassoċjawh mal-ambjent. "Ġieli jużaw aħdar u anke xi weraq fuq il-pakkett, biex jagħtu l-impressjoni li l-prodott ma jagħmilx ħsara lill-ambjent," kompla jispjega Farrugia. Fost eżempji ta' ditti famużi li nstabu ħatja li għamlu dan, insibu kumpanija tal-luminata rinomata li tippromovu fliexken li jistgħu jiġu riċiklati iżda fil-verità jibqgħu l-iktar kumpanija li jniġġsu l-ambjent. L-istess kumpanija jagħmlu kollaborazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet bħal Fond Dinji għan-Natura (WWF). "Dan jagħmluh sabiex jagħtu l-impressjoni li qed jagħtu kas ta' sfida ambjentali jew soċjali," tenna Farrugia. Sabiex il-konsumatur dejjem jibqa' infurmat fuq il-kumpanija li qed tipproduċi l-prodott li qed jixtri, Farrugia jwissi biex il-konsumatur joqgħod attent għall-kliem u s-sinjali użati kemm fuq il-pakkett u anke fuq is-sit tal-kumpanija. Il-misinformazzjoni wara s-simboli tar-riċiklaġġ Tliet vleġġeġ jiġru wara xulxin f 'ċirku. Għal snin twal, il-pubbliku kien jirrikonoxxi dan is-simbolu bħala sinjal li l-pakkett inkwistjoni jista' jiġi riċiklat. Madankollu, dak is-sinjal tilef it-tifsira tiegħu maż-żmien u issa ma jfisser assolutament xejn. Dan kollu jwassal għal mod ieħor ta' 'greenwashing.' Il-kumpaniji jafu b'din l-informazzjoni iżda jabbużaw biss mill-fatt li l-poplu ma jafx x'suppost iffittex meta jiġi biex jarmi l-iskart. Jean Paul Farrugia qal mal-ILLUM li l-konsumatur għandu jfittex għal tliet vleġġeġ f 'trijangolu b'numru żgħir fin- nofs. Dan hu simbolu li jindika aħjar jekk il-materjal jistax jiġi riċiklatt u jekk jiġi, kemm minnu jista' jgħaddi għal fażi ta' riċiklaġġ. Din is-sistema nħolqot lura fl-1988 meta l-industrija tal- plastik ħolqot 'Sistema ta' Kodiċi ta' Identifikazzjoni' (RIC), b'kull numru jfisser kategorija differenti ta' plastik. B'kollox hemm sebgħa. Is-sistema hija ddisinjata sabiex tgħin lill-faċilitajiet tar-riċiklaġġ x'tip ta' reżina tista' tkun misjuba fl-oġġett partikolari u għalhekk liema partijiet minnu jistgħu jiġu riċiklati. Iktar kemm ikun żgħir in-numru iktar ikun faċli li dak il-prodott ikun riċiklat iżda, skont Farrugia, dawk immarkati bil-'1' u t-'2' huma l-uniċi li verament jiġu riċiklati kompletament. Il-gazzetta ILLUM terġa' titkellem mas-sid ta' ReRoot, Jean Paul Farrugia. Din id-darba fuq il-misinformazzjoni relatata mar-riċiklaġġ u l-abbuż tal-kumpaniji rinomati mill-istess misinformazzjoni Dan hu l-iktar simbolu komuni. Jindika li l-oġġett jista' jiġi riċiklat iżda ma jfissirx li jista' jiġi riċiklat kollu kemm hu. Dan is-simbolu huwa punt tat-tluq biss u l-aħjar li tagħmel riċerka fuq il-prodott biex tiem kif jintrema'. Dan iċ-ċirku aħdar b'żewġ vleġġeġ fih li jxebhu lil Yin u Yang sar l-iktar popolari fil-pakketti tal-plastic. Kuntrarjament għat-twemmin popolari, dan iċ-ċirku ma jfissirx li l-materjal f 'idejk huwa riċiklabbli. Dan is-simbolu jfisser biss li l-produttur ikkontribwixxa finanzjarjament għall- irkupru u r-riċiklaġġ tal-ippakkjar Ġeneralment dan l-iktar li nsibuh fuq bottijiet tal-landa. Is-simbolu jikkonsisti fi vleġġa f 'kaxxa ħadra bil-kliem 'widely recycled' u tfisser li minn tal-inqas 75% tal-oġġett jista' jiġi riċiklat. Jista' jkun li l-persuna, fil- każ ta' dan is-simbolu, ikollha taħsel l-oġġett qabel tarmih jew tneħħilu xi partijiet minnu bħal għotjien jew tabelli