Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354
16 kotba IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 • illum Tlieta tat-tfal Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Titfixkel tassew fil-ġid meta tara kemm qed tikber l-offerta għat- tfal fil-qasam tal-kotba bil-Malti. Kotba ta' kull xorta u ta' kull format possibbli, u daż-żmien anki xogħlijiet tradotti li jwessgħu l-bejgħa u anki l-orizzont disponibbli ta' kontenuti u stili li dak li jkun jista' jistenna u jaċċessa. Filwaqt li sa 12-il sena, it-tfal għandhom fiex jogħxew u l-ġenituri u l-għalliema jistgħu jmexxuhom progressivament tul perkors ta' qari li dejjem jiżviluppa skont l-età, hemm umbagħad il- mument fejn din il-kitba donnha tinxef meta t-tfal jibdew deħlin fl-adolexxenza u jsiru, anki skont kif huma magħrufin bħala mira ta' klijenti fid-dinja tal- pubblikazzjoni, adulti żgħażagħ. Ta' min, għalhekk, bħala kumment inizjali, naħsbu wkoll għal strateġija tal-ktieb u tal-qari, li b'xi mod anki tindirizza din il- lakuna anomala, fejn donna nwittu t-triq għall-qari u l-apprezzament tal-ktieb Malti, iżda f 'xi ħin donna nwaqqfu ħesrem dan il-vjaġġ u kapaċi nkunu bdejna nħarbtu tant xogħol siewi li nkunu għamilna tul is-snin formattivi. It-tfal jikbru u jsiru żgħażagħ, u tidħol dinja oħra, mhux biss dik elettronika u viżiva, imma anki ta' influwenzi kulturali diversi, li tibda rapidament tannulla l-effetti jew il-preżenza mhux biss tal-ktieb Malti, imma tista' tgħid anki ta' elementi potenzjalment attivi u effettivi tal-kultura Maltija. Suġġett għal darb'oħra, forsi, imma għalissa ejja niċċelebraw il-ktieb Malti għat-tfal, li l-istorja tiegħu wkoll ġiet iddokumentata f 'volum tal-Kullana Kulturali miktub minn Charles Briffa, Ġorġ Mallia u Trevor Żahra. Tal-aħħar, minkejja x-xorti differenti li kiteb, sinonimu mal-kotba tat-tfal u kien ktieb li mess miegħu hu li nebbaħni għar-reċensjoni ta' din il-ġimgħa. Ġie f 'idi Ilkoll Speċjali – We are all special, produzzjoni tal-Klabb Kotba Maltin (KKM), maħduma flimkien mal-iSpecial Olympics Malta, li għalkemm ktieb tal- okkażjoni, xorta waħda jinsab għall- bejgħ. Huwa ktieb li tista' tgħid għadu frisk, maħruġ biex jiċċelebra l-Olimpijadi Speċjali li seħħew Malta dis-sena, u li fih għadd ta' kitbiet u poeżiji tat- tfal li Trevor Żahra ħa ħsieb jiġborhom u jorganizzahom, u anki jaqleb għall-Malti għadd minnhom li t-tfal ipproduċew oriġinarjament bl- Ingliż. Ktieb bilingwi, li għalhekk jixraq lil kulħadd; anki, fil- fehma tiegħi, għat- tisħiħ tal-ħiliet fiż-żewġ lingwi, kif ukoll għal esperjenza differenti tat-test, hekk kif Żahra jittraduċi, tassew ta' surmast, ix- xogħlijiet tat-tfal, billi jieħu l-libertà li jdawwar fihom għal skop ta' rima, ritmu jew xbihat, filwaqt li jżomm l-ispirtu tat-test oriġinali. Lil hinn minn dan kollu, hemm umbagħad il-messaġġ siewi tal-ktieb, li huwa fl-aħħar mill- aħħar l-għan ewlieni tiegħu: l-idea li lkoll indaqs anki għax ilkoll speċjali, bil- logħba intelliġenti fuq il-kelma li, minn dak li forsi beda bħala e w f e m i ż m u pożittiv għad- diżabilità, tista' tiġi estiża għall- għarfien li kulħadd għandu xi ħaġa li tiddistingwih u tagħmlu uniku. Ktieb li tassew għandu valur edukattiv, sew lingwistiku u testwali, iżda fuq kollox ta' valuri: l - i s p o r t i v i t à u l-ideal Decoubertjan,