Illum previous editions

ILLUM 9 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni IL-ĦADD 9 TA' OTTUBRU 2022 • illum Alicia Borg Said Alicia Borg Said hija s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u Drittijiet tal-Annimali Il-ħerba fuq is-sistemi agrikoli, u l-bijoloġija marittima, hija theddida għall-kwalità tal-ħajja tagħna u għas- sostenibbiltà ekonomika ta' bosta setturi ekonomiċi, speċjalment fi gżejjer żgħar bħal Malta. Ir-riċerka xjentifika pilastru tal-ħidma tagħna għas-sajjied I t-tibdil fil-klima illum saret tema komuni f 'ħafna mill-ħidma u d-diskuss- jonijiet tagħna. Fil-qasam tal-ekoloġija marittima, jiġifieri dak kollu li jmiss mal-ibħra tagħ- na, it-tibdil fil-klima sfortunata- ment waslet ukoll. Biex ikollna stampa iktar ċara tal-effett ta' dan it-tibdil fuq l-ibħra ta' madwarna, it tal-ġranet ilu ħabbarna l-aħħar aġġornamenti fuq eżerċizzju xjentifiku li qiegħed isir bħalissa fl-ibħra Maltin: Il-MEDITS. Din hija inizjattiva annwali li jsir f 'perjodu speċifiku matul is-sena, u li jagħti l-iktar ritratt dettaljat fuq is-saħħa tal- ekoloġija marittima fl-ibħra Maltin. Bħalissa ninsabu fi żminijiet ta' inċertezza globali, kemm fil- qasam tal-politika, kif ukoll dik ekonomika. L-ambjent daqstant ieħor qed ibati. Il-kunsens xjentifiku huwa ċar: Il-ħerba fuq is-sistemi agrikoli, u l-bijoloġija marittima, hija theddida għall-kwalità tal-ħajja tagħna u għas-sostenibbiltà ekonomika ta' bosta setturi ekonomiċi, speċjalment fi gżejjer żgħar bħal Malta. Ma tgħaddix ġurnata li ma nisimgħux aħbarijiet xejn sbieħ fuq it-tibdil fit-temperaturi, u l-ammont ta' skart li qiegħed jiġi mormi fl-ibħra tagħna. Dan kollu qiegħed iwassal għall-qerda totali ta' ekosistemi sħaħ, fosthom fil- Mediterran. Konvinta li l-aqwa mod biex nikkumbattu dawn l-inċertezzi hi permezz tar-riċerka xjentifika. Huwa kruċjali li jkollna informazzjoni aġġornata fuq is-saħħa tal-ekoloġija marittima madwarna. Inutli li aħna, bħala gvernijiet u aġenziji pubbliċi, nibqgħu niddeċiedu fuq il-politika tas-sajd tagħna fil-ġejjieni, per eżempju, jekk ma jkollniex stampa ċara tax-xejriet preżenti li qed jibdlu l-baħar, li minnu ħafna jaqilgħu l-għajxien tagħhom. Is-sondaġġ tal-MEDITS ser jiġbor informazzjoni dettaljata biex inkunu nistgħu naġġustaw l-istokkijiet tal-ħut diversi bl-iktar mod sostenibbli. Il-ħidma li sejra ssir mis-Sezzjoni tar-Riċerka dwar is-Sajd abbażi dan l-istudju, ser tgħin biex is-sajjieda Maltin u Għawdxin jkollhom futur sostenibbli. Fl-istess ħin, nassiguraw li l-qliegħ tas-sajjieda Maltin ma jiġix ippreġudikat abbażi ta' informazzjoni bla bażi u previżjoni skorretta. L-inizjattiva tal-MEDITS, li laħħqet l-ispiża ta' €625,000, saret bis-saħħa ta' fondi Maltin flimkien ma' programm ta' fondi Ewropej. Dawn il-fondi marru għall-ispejjeż involuti għall-bastiment użat, kif ukoll ix-xiri ta' tagħmir xjentifiku li permezz tiegħu l-proġett kien wieħed ta' suċċess. Din il-ħidma li qed issir lokalment qed nagħmluha b'mod konġunt ma' istituzzjonijiet barranin ukoll. It-tqassim tal- informazzjoni mal-entitajiet l-oħra ser jgħin lill-aġenziji Ewropej jieħdu deċiżjonijiet li ma jħallux impatt negattiv fuq is-sajjieda lokali. Dejjem tennejt li d-diskussjoni multilaterali hija parti essenzjali mill-ħidma ta' dan il-Gvern. Problema internazzjonali bħat- tibdil tal-klima tirrikjedi ehim globali li jħares l-interessi lokali tal- kommunitajiet differenti. Dan jista' biss iseħħ jekk nibqgħu f 'kuntatt kostanti mal-poplu Malti, kif ukoll mal-entitajiet internazzjonali kollha. Matul dawn l-aħħar xhur, urejna bis-saħħa kif il-Gvern qiegħed jimxi spalla ma' spalla mas-sajjieda kollha Maltin u Għawdxin. Grazzi għal dan il-proġett tant kruċjali, sejrin nassiguraw is-saħħa ta' dan is-settur fil-preżent, kif ukoll fil-futur. Konna, u ser nibqgħu nkunu, it-tarka tas-sajjieda tagħna fl-oqsma kollha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2022