Illum previous editions

ILLUM 9 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 9 TA' OTTUBRU 2022 • illum Peter Agius F l-aħħar jiem, wara li ħab- bart se nkun qed nitlob lill-Partit Nazzjonalista biex inkun approvat bħala kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew li jmiss f 'Mejju 2024, bosta persuni av- viċinawni biex jawgurawli, biex jiltaqgħu miegħi personalment, jew saħansitra biex jagħtuni daqqa t'id. Ta' dan grazzi minn qalbi. Madankollu, messaġġ partikolari li baqa' f 'moħħi rċivejtu mingħand student tal- Università li, kif qalli hu stess, qed jistudja l-politika soċjali u jaspira li jkun ta' servizz għan-nies f 'dan il-qasam. Filwaqt li qed jitgħallem u jifhem dejjem iżjed l-andament politiku f 'pajjiżna u fix-xenarju dinji, jaspira li fi kliemu stess, "jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies, avolja din saret cliché." Għalija, din il-frażi mhijiex cliché. Bħalma għedtlu fit-tweġiba tiegħi, jien ma naqbilx li din il- frażi qed titlef mit-tifsira tagħha sempliċiment għax qed tintuża sikwit. Din il-frażi għandha rilevanza xi ftit jew wisq dejjiema, u ngħid għalija, il-politika għan-nies hija għal qalbi ferm. Li nistinka għal Malta u għall-Maltin jagħtini ċertu sodisfazzjon li ma nsibux fil-professjoni tiegħi. Għalija din hija sfida daqskemm opportunità li tagħti vuċi lil pajjiżna. Dan impenn, mhuwiex karriera Il-ħeġġa tiegħi li nkun ta' servizz biex nagħmel id- differenza fil-ħajja tal-familji u n-negozji tagħna ma rridhiex tkun sempliċiment ħajra, aspirazzjoni jew ambizzjoni għal xi karriera fil-Parlament Ewropew... iżda rrid nagħmilha biex sinċerament insarraf l-aspirazzjonijiet tan-nies f 'politika li tħares u timbotta l-interessi tagħhom. L-MEPs Maltin għandhom responsabbiltà kbira. Qed ngħid dan mhux biss għax huma l-iżgħar delegazzjoni fl-istituzzjoni, iżda b'mod partikolari għax l-Unjoni Ewropea tfassal politika li mhux dejjem tkun ta' ġid għal Malta, mhux dejjem tolqotna tajjeb, u hawn jeħtieġ jaqdu rwol essenzjali. L-interess ta' Malta Meta qed jiġri dan, jidher li la l-Ministri tal-Labour fil-Kunsill Ewropew u lanqas l-MEPs Laburisti Maltin m'huma jaqbżu għall-interessi ta' Malta, jew għallinqas mhux biżżejjed. Jiġuni f 'moħħi, pereżempju, il-każ riċenti meta l-Labour aċċetta r-regoli l-ġodda dwar l-avjazzjoni u t-trasport bl-ajru li jpoġġu lil Malta - bħala gżira - fi żvantaġġ ċar meta mqabbla mal-bqija tal-pajjiżi fl-Ewropa kontinentali. Tiġini f 'moħħi wkoll il- proposta Ewropea għal bidliet fil-liġijiet dwar it-taxxi tal- kumpaniji li jneħħulna kull possibbiltà li nfasslu rati attraenti tat-taxxa biex inħajru l-investiment dirett barrani f 'Malta. Din il-politika tal-one-size- fits-all li qed jimbottaw is- Soċjalisti Ewropej jidher ċar li mhijiex tajba għal Malta, u għaldaqstant il-Gvern Laburista ma jistax ibaxxi rasu għaliha. Is-sitwazzjoni attwali teħtieġ politiċi ta' stoffa Il-kriżijiet li għaddejja minnhom id-dinja bħalissa, inkluż l-UE, fosthom il-gwerra fil-periferija u l-prezzijiet għoljin tal-enerġija, jeħtieġu deċiżjonijiet serji u konkreti. Nagħrfu li għadna kemm ħriġna minn pandemija li ħalliet bosta persuni mejta u ekonomiji mkissrin, u li l-effetti tal-pandemija għadhom fostna, u qed iħallu konsegwenzi wkoll fuq il-prezzijiet b'mod partikolari tal-prodotti essenzjali. Qed inġarrbu wkoll kriżi tal-ambjent u tal-klima li teżiġi minna miżuri intelliġenti u fil- pront; u kriżi tal-immigrazzjoni irregolari inkluż lejn Malta, kawża tal-faqar u l-gwerer fil-pajjiżi ġirien u lil hinn. Dawn jeħtieġu soluzzjonijiet proporzjonati skont id-daqs tal- problema. Qed naffaċċjaw bosta sfidi soċjali u ekonomiċi oħra, fosthom l-illitteriżmu diġitali u l-iskarsezzi tal-ħiliet fis-swieq tax-xogħol. Għad għandna fostna wkoll bosta riskji, fosthom it- terroriżmu, l-attakki ċibernetiċi, l-aħbarijiet foloz u l-kriminalità organizzata. F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew jeħtieġ politiċi li jagħtu impetu ġdid, enerġija ġdida. Neħtieġ l-appoġġ tiegħek Minn dak li nisma' meta nitkellem magħkom, in-nies iridu politiċi qrib tagħhom u politika li titfassal skont l-eżiġenzi tagħhom u tal-familja tagħhom. Hekk biss nistgħu niżguraw li dak li nagħmlu jħalli effett konkret u reali fil-ħajja ta' kuljum. Barra minn hekk, anke l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ jissaħħaħ bil-ħidma tagħna f 'dan il-livell: L-attiviżmu tagħna fl-Ewropa jrid isir dejjem aktar integrat ma' dak li nagħmlu Malta. Ir-rappreżentanza tagħna fl- Ewropa għandha ssaħħaħ dejjem aktar lill-PN fi żmien meta jeħtieġ l-għajnuna minn kull naħa. Irridu ninvestu aktar fih biex din it-tama tissarraf f 'kisbiet konkreti għall-familji tagħna. Dan il-kuntatt man-nies mhuwiex biss importanti għal Malta u għall-PN, iżda fuq kollox għall-Unjoni Ewropea stess. Għalhekk, bħala politiċi jeħtieġ noħorġu 'l barra mill- bużżieqa tal-istituzzjonijiet Ewropej fi Brussell u nixħtu idejna t-tnejn fuq il-polz tal- popli, inkluż tagħna l-Maltin u l-Għawdxin fil-periferija tal-UE u iżolati bil-baħar. Hekk biss tassew nistgħu "nagħmlu d-differenza fil- ħajja tan-nies" li jaspira dak iż-żagħżugħ. U hekk biss dan l-impenn ma jkunx karriera iżda missjoni li tħalli l-frott. Agħtini l-appoġġ tiegħek, ikkuntattjani. Il-bidla tibda minnek. kellimni@peteragius.eu Facebook/PeterAgiusMalta Enerġija ġdida għal-Malta fl-Ewropa Peter Agus huwa Kandidat Prospettiv għal-Elezzjoni tal-MEPs Nagħrfu li għadna kemm ħriġna minn pandemija li ħalliet bosta persuni mejta u ekonomiji mkissrin, u li l-effetti tal-pandemija għadhom fostna, u qed iħallu konsegwenzi wkoll fuq il- prezzijiet

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2022