Illum previous editions

ILLUM 16 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 kotba IL-ĦADD 16 TA' OTTUBRU 2022 • illum Mark Vella jifli b'interess L-edukazzjoni pubblika f'Malta kolonja (1880-1964) ta' George Cassar, riċerka interessanti dwar l-istorja tal-iskola Maltija li taf toffri wisq aktar minn sempliċi rendikont ta' ħwejjeġ li mingħalina li għaddew u daqshekk dejjiema anki aktar minn seklu ilu. Ġa min-nofs is-seklu 19, il-klassi tal-għalliema kienet tfittex, ngħidu aħna, opportunitajiet aħjar maċ- ċivil, bħal fil-każ ta' Ferdinando Inglott li malajr dabbar rasu, minkejja l-istudji barra, għal paga aktar mid-doppju ta' dik li kien qed jaqbad. L-istess għal bosta kundizzjonijiet oħra, bħal fil- każ tal-infrastruttura imma anki tad-dell politiku fuq is-sillabi, speċjalment fil-perjodu qabel il-gwerra taħt it-tmexxija pro- Taljana tal-Partit Nazzjonalista. Tispikka wkoll anki r-raġuni għala l-koedukazzjoni – li bdejna ndaħħluha tikka tikka issa – rabbiet l-għeruq sammi tagħha: l-enċiklika tal-1929 ta' Piju XI rat it-taħlit tal-bniet u s-subien bħala falz u ta' deni, u aħna mxejna ad litteram mat-twissija Papali. Fl-essenza, dan il-ktieb huwa, bħalma għidna, dawl anki fuq l-eroj iż-żgħar, esklussivament Maltin, u speċjalment ma' tmiem il-gwerra, li bdew aktar u aktar jippruvaw joħolqu kuntest u identità tassew Maltin għall- iskejjel, u li bdew ukoll jitfgħu pedamenti aktar sodi għad-dinja ġdida u mhux magħrufa tal-pajjiż li bil-mod il-mod beda dejjem riesaq aktar lejn li jaqdef għal rasu u jsawwar kif irid id-destin tiegħu. Apparti l-produzzjoni dejjem ta' kwalità tal-pubblikatur Kite, b'sensiela ta' ritratti interessanti, hemm ukoll l-appendiċijiet utli u anki kurjużi, miżgħuda bi statistika perjodika dwar l-attendenza u t-tipi differenti ta' skejjel, kif ukoll orarju tal-1883 li juri kif kienu jitqassmu l-lezzjonijiet u x'suġġetti kienu jintgħalmu fil-klassijiet primarji. Storja sabiħa, siewja u xierqa, imma wkoll, dejjem għaddejja minn taħt, storja ta' inkwiet kemm-il darba, li żgur ma jbattix jekk Cassar joħroġ volum dwar x'għaddiet minnha l-iskola mal- kisba tal-Indipendenza sa it qabel żmienna. L-iskola bħala l-laboratorju fejn jintgħaġnu l-imħuħ torja, u bħal fabbrika fejn jinħolqu ċittadini sudditi, jaf ma nbidlitx daqshekk, kolonja jew le.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2022