Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867
06 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' OTTUBRU 2022 • illum Dawk li nefqu aktar u dawk li nefqu u tal-Finanzi l-aktar li qabżu l-baġit Fejn qed jintefqu flusek? Għajnuna waqt il- pandemija, Childcare b'xejn, miljuni għall- Steward u iffinanzjar tal-Unjoni Ewropea.... Fuq xhiex intefqu t-taxxi tal-Maltin? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-infiq ta' xi Ministeri fis-sena 2021 ANTHEA CACHIA "Eh… bħalissa mhux żmien il-ħela". U veru. Fil-fatt bl-għoli tal-ħajja, bil-kriżi tal-enerġija u bil-pagi li baqgħu l-istess dak li jkun joqgħod ħafna aktar attent dwar dak li ħiereġ mill-but. L-istess qed jagħmel il-Gvern. Fil-fatt anke waqt il-preżentazzjoni tad-dokument ta' qabel il-baġit, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ukoll qal li għandu jkun hemm aktar issikkar taċ-ċintorin. Apparti minn hekk, it qabel ma kien imħabbar mill-Ministru, diversi rapporti fuq midja differenti żvelaw kif Ministeri kienu ordnati jnaqqsu €200 miljun mill-ispiża tagħhom biex jilqgħu għaż-żieda li se jsibu ma' wiċċhom mat-tokki tal-ewwel jum tal- 2023. Tajjeb li nfakkru li, minkejja li entità tal-Gvern u mhux Ministeru, l-istess ġara fil-każ ta' Transport Malta li minn issa 'l quddiem, taħt l-ordni tal-Brigadier Jeffrey Curmi, daqshekk se tkun qed tibqa' toffri ħalib b'xejn għall-ħaddiema tagħha, li jammontaw għal madwar 1,000 persuna. Biex il-qarrejja jimu aħjar fejn l-aktar li qed jintefqu flus l-ILLUM qabdet l-esitmi tan-nefqa rikorrenti tas-sena 2021 tal- Ministeri kollha, li fiha n-numri jindikaw li l-Ministeri ta' Michael Farrugia, ta' Chris Fearne u ta' Clyde Caruana huma l-aktar li qabżu l-baġit allokat għalihom fil-Baġit imħabbar fl-2020. Il-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp sostenibbli jaqbeż il-baġit bi kważi kwart ta' biljun… Għaliex? Il-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, li fl-2021 kien immexxi mill-Ministru Miriam Dalli u fl- 2020 minn Michael Farrugia, kien l-aktar ministeru li nefaq iżjed mill-baġit allokat għalih. Fil-fatt minkejja li s-sena ta' qabel kellu l-baġit allokat ta' €249.4 miljun, fl- 2021 il-Ministeru nefaq €219,873,000 aktar. B'hekk l-ispiża totali għall-2021 kienet ta' €469,247,000. Tajjeb li niċċaraw li n-nefqa rikorrenti - jiġifieri l-ispiża ġenerali tal-Ministeru - tinkludi: Il-pagi, l-allowances u l-overtime tal-ħaddiema, skemi u anke programmi u inizjattivi. B'hekk in-nefqa ta' ċertu ministeri hija ikbar minn ta' oħrajn. Fil-fatt b'qabża ta' kważi kwart ta' biljun il-Gvern jelenka numru ta' inizjattivi li għamel dan il-Ministeru. Dawn kienu: Skemi ta' assistenza għal waqt iż-żmien tal- pandemija kif ukoll Landscaping ta' Malta. Apparti minn hekk dan il-Ministeru ta l-kontribuzzjoni tiegħu f 'diversi entitajiet inkluż Engineering Resources Ltd u entitajiet oħra tal-Gvern fosthom Ambjent Malta. Ta' min isemmi li l-Gvern tul il-perjodu mill-aktar diffiċli tal-pandemija ħareġ għonqu għal diversi impjegati u negozji bil-għan li dawn ma jispiċċawx bla sold. Fil-fatt l-ispiża totali tal-iskema tal-Wage Supplement, li baqgħet fis-seħħ sa' Mejju 2022, swiet €733 miljun b'kollox. Mistoqsi mill-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għas-Settur Marittimu u x-Xogħol, Ivan Castillo l-Ministru għall- Finanzi Clyde Caruana poġġa fuq il- Medja tal-Kamra rendikont ta' kif intefqu u tqassmu l-għajnuniet tal-Gvern u l-€170 biljun li ngħatat Malta mill-Unjoni Ewropea għall-irkupru mill-pandemija. Fl-2020 il-Gvern nefaq €380 miljun f 'Wage Supplement, filwaqt li fl-2021 nefaq €353 miljun. Dan filwaqt li sa' Marzu 2022 il-Gvern nefaq €59 miljun f 'wage supplements. Biex nitfgħu aktar dawl fuq dawn iċ-ċifri, it xhur ilu l-Ministru Miriam Dalli spjegat li 30% tas-suppliment mar għal dawk in- negozji fil-qasam tal-akkomodazzjoni, ikel u aktar, 18% marru għall-bejgħ bl-imnut u t-tiswija tal-vetturi, 14% għas-settur tal- amministrazzjoni u attivitajiet ta' appoġġ, 12% għal negozji fit-trasport, 9% għal negozji fil-manifattura, 5% għal negozji fl-arti u d-divertiment u 4% fuq oqsma oħrajn. 'Viva l-vouchers' ... Il-Gvern jonfoq kważi €90 miljun fuq il-vawċers Intant fl-2020, il-Ministru għall- Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri flimkien mal-Prim Ministru ħabbru t-tqassim tal-vawċers tal-€100 għall- Maltin u Għawdxin ta' 16-il sena u aktar. Għaldaqstant, skont iċ-ċifri ppubblikati fis- seduta Parlamentari, jidher li l-Gvern nefaq total ta' €88.5 miljun għal din l-iskema, jiġifieri; €43.8 miljun fl-2020 u €44.7 miljun fl-2021. Is-saħħa: €140 miljun aktar milli allokat, inkluż għall-ftehim ta' konċessjoni għall- Steward L-istess ġara fil-każ tal-Ministeru għas- Saħħa, immexxi mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Fl-2021, fl-eqqel tal-pandemija, il-Gvern attribwixxa nefqa ta' €138.1 miljun aktar minn dak allokat, għal sitt raġunijiet li fosthom kienu: Il- pandemija, it-trattamenti tal-kanċer u l-istrateġija nazzjonali għall-mard rari. Bħala parti mill-pakkett ta' €170 biljun f 'fondi mill-UE għall-miżuri ta' prevenzjoni kontra l-Covid-19, dan il- Ministeru kellu allokat għalih €74 miljun fl-2020, €75 miljun fl-2021 u estimu ta' €40 miljun għal din is-sena. Apparti l-pagi u l-allowances, il- Ministeru attribwixxa din in-nefqa għall- serivizzi tal-kuntrattur għal xogħlijiet ta' manutenzjoni kif ukoll għal programmi u inizjattivi. Inkluż ukoll kienu l-mediċina, il-materjali għall-operazzjonijiet, il- manutenzjoni tat-tagħmir u l-waiting lists għas-servizzi mediċi. Il-waiting lists għaliex qed jiswew lill- Gvern miljuni ta' flus? Mistoqsi minn din il-gazzetta għaliex il-waiting lists fl-Isptarijiet qed jiswew lill-Gvern miljuni ta' flus, il-Ministeru tas- Saħħa spjega li l-flus allokati għal-lista ta stennija, jirreferu għall-inizjattivi meħuda biex kemm jista' jkun jiċċekknu dawn il- listi. Fost dawn l-inizjattivi li elenka l-Ministeru, għamel referenza għas- servizz ta' radjoloġija tard bil-lejl u fis-sigħat bikrin ta' filgħodu kif ukoll operazzjonijiet fil-Ħdud u fi sptarijiet oħra premezz ta' ehmiet ta' koperazzjoni mal-