Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867
12 ĦAMES SNIN DAPHNE CARUANA GALIZIA Adrian Delia mkeċċi, il-PN fi gwerra u Chris Cardona jegħreq ...Tkompli minn paġna 10 u 11 Però l-effetti tal-qtil ta' Caruana Galizia - għalkemm kienu aktar qed itaqqlu lill-Partit Laburista - għax dan kien fil-Gvern, il- Partit Nazzjonalists ma ħelishiex ħafif hekk kif meta inqatlet il- ġurnalista l-PN kien qed jitmexxa minn Adrian Delia, b'Caruana Galizia tiaħ gwerra kontrih b'sensiela ta' stejjer, artikli kontrih u kontra n-nies ta' madwaru u b'opinjonijiet ili fihom weriet nuqqas ta' fiduċja fil-PN immexxi minnu. Delia wieġeb bl-aħrax u f 'diskors pjuttost isteriku kien qal li Caruana Galizia mhix il-PN u indirizzaha bħala "biċċa blogger." Kollox beda meta Delia wera' l-interess li jkun hu l-Kap ġdid tal-PN wara r-riżenja ta' Simon Busuttil fl-2017. Daphne Caruana Galizia kienet żvelat kont li kellu Delia f 'Jersey u allegat rabta bejn dan il-kont u flus deħlin mill- prostituzzjoni f 'Soho, Londra. Hija kienet ukoll kitbet u allegat illi Delia kien mimli djun u allura ma setax imexxi lill-partit, filwaqt li attakkat lil ċerti persuni li kienu jkunu madwaru - fosthom Ċensu l-Iswed. Il-fatt li Delia kien tant ikkritikat minn Caruana Galizia, mhux biss aljena sezzjoni mdaqqsa u kruċjali tal-votanti nazzjonalisti imma żvantaġġja bil-kbir lill-PN fil- ġlieda kontra l-korruzzjoni u favur ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia. Dan għaliex ħafna votanti nazzjonalisti u persuni rrabjati għall-Gvern ma kinux iħossu li Delia għandu l-leġittimità meħtieġa biex jiġġieled din il-ġlieda. Chats ma' Yorgen u akkużi ta' flus jitfgħu lil Delia l-baħar u lill-PN fi gwerra! L-affarijiet ggravaw sew għal Delia u għall-Partit Nazzjonalista meta e Sunday Times kienet ippubblikat storja li turi illi kien hemm kuntatt bejn Delia u Fenech, b'Fenech saħansitra jistieden lill- eks Kap tal-PN għal ikla - wara li kien diġà rriżulta li 17 Black kienet tiegħu. L-akkużi jkomplu illi saħansitra kien sar kuntatt bejn Delia u Fenech meta kien għaddej id-dibattitu dwar 17 Black fil- Parlament. Fil-Qorti - meta kien qed jixhed - Keith Schembri saħansitra qal illi Pierre Portelli, li kien wieħed mill-aktar persuni qrib Delia, kien jiltaqa' ma' Fenech il-Portomaso u jieħu madwar €20,000 fix-xahar filwaqt li kienet saret allegazzjoni serja wkoll li Delia kien irċieva ħlas ta' madwar €50,000 mingħand Yorgen Fenech biex jaħdem ħalli ma jerġax ikun elett David Casa, fl- elezzjoni tal-2019. Kemm Portelli u anke Delia jiċħdu dawn l-akkużi bil-qawwi. Minkejja dan, iċ-chats bejn Delia u Yorgen Fenech kienu ċ-ċirasa fuq il-kejk li wasslet biex il-gwerra fil- PN tmur kompletament fil-beraħ, bil-Grupp Parlamentari jmur għand il-President u jesprimi sfiduċja f 'Delia u l-organi tal-PN jieħdu voti biex Delia jitlaq mit-tmexxija tal-partit. Anke l-Eżekuttiv ħadha kontra Delia u talab li ssir elezzjoni għal Kap ġdid, minflok Kunsill Ġeneral. Kienu mumenti koroh ħafna għall-PN bi ġlied, għajjat u tgħajjir ta' "tradituri" minn diversi attivisti nazzjonalisti kontra diversi deputati tal-partit stess. Mumenti li wasslu għal Kunsill Ġenerali li b'56% ivvota biex il-partit imur għal elezzjoni minflok għal vot ta' fiduċja f 'Adrian Delia, kif wara kollox xtaq l-eks Kap. Minn hemm 'il quddiem - minkejja li l-PN kien bidel Kap għat-tielet darba - is-sitwazzjoni politika tal-partit baqgħet tiggrava bil-PN jitlef l-elezzjoni tal-2022 b'39,500 vot - distakk rekord assolut kemm ilhom isiru elezzjonijiet f 'pajjiżna - minn wara l-gwerra. Hija ironika ħafna, illi minkejja li l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia kellu jkun l-għajta li tgħaqqad u ssaħħaħ lill-PN u tpoġġieh f 'qagħda li jkun jista' jerġa' jirbaħ, spiċċa kellu l-effett kuntrarju - direttament u indirettament. L-eks Ministru Cardona implikat direttament fl- assassinju ta' Daphne U finalment kien hemm ukoll Chris Cardona li spiċċa "għereq" politikament hekk kif tneħħa minn Ministru u eventwalment minn Deputat Mexxej Laburista wara li ntalab jagħmel dan mill-PM Abela. Cardona kien ilu f 'konfront dirett ma' Caruana Galizia, l-aktar wara l-istorja dwar allegat avventuri sesswali f 'burdell fil-Ġermanja li waqqgħu lill-eks Ministru u nies li kienu miegħu għal ċerta redikolu u kritika. Cardona mhux biss ċaħad l-akkużi ta' Caruana Galizia imma kien wieġeb lura b'mandat ta' sekwestru ta' €46,000 - mandat li kien meqjus raġunat minn ħafna Laburisti għax dawk ta' Caruana Galizia qisuhom "gideb u malafama" filwaqt li kien mequs kundannabbli minn ħafna nazzjonalisti li ħassew illi dan kien theddid finanzjarju kontra ġurnalista biex jgħalqilha ħalqha. Iżda l-inkwiet għal Cardona kien għadu se jibda. Fl-aħħar ħames snin huwa kien implikat diversi drabi fl-assassinju, fosthom f 'ittra anonima li ġiet diskussa fil-Kabinett - hekk kif imsemmi diġà. L-Ittra b'kitba pjuttost imħażża kienet tallega li Cardona għamel pressjoni fuq Alfred Degiorgio (il-Fulu) biex jeħles minn Caruana Galizia minħabba l-każ tal-libell li hu kellu kontriha dwar l-Acapulco u l-Avukat David Gatt (eks Pulizija) kellu jikkordina kollox. Tgħid ukoll li Cardona kien lest iħallas €300,000 lil Alfred Degiorgio, iżda dan imbagħad ried li jkollu liċenzja wkoll biex jopera mill-Port Ħieles, biex idaħħal sigaretti u xorb bil- kuntrabandu. Cardona kien ċaħad u qal illi dik l-ittra probabbilment intbagħtet mill-persuna jew persuni li fil-fatt kienu l-moħħ wara r-reat u li qed jipprovaw jinħbew. I ż d a l - a k t a r allegazzjoni serja saret mis-sensar fil-qtil - Melvin euma - meta dan kien qal fil-Qorti illi l-irġiel akkużati bil-qtil ta' Caruana Galizia ħadu "350", permezz ta' canvasser ta' Chris Cardona (Il-Biglee) biex wettqu l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, informazzjoni li skontu, waslet għandu mingħand Johann Cremona, sieħeb fin- negozju ma' Yorgen Fenech. Dawn it-"350" waslu mingħand Chris Cardona. Cardona jerġa' jiċħad ukoll dawn l-allegazzjonijiet. Jiddeskrivihom bħala "bla sens u bbażati fuq il- gideb." Melvin euma xehed ukoll kif darba, Mario Degiorgio (ħu Alfred u George Degiorgio) kien spjegalu kif David Gatt kien qallu li qabel jibda l-ġuri jrid iħejji €400,000. L-istess avukat Gatt, dejjem skont ix-xhieda ta' Melvin Theuma, kien bagħat messaġġ ma' xi ħadd jisħaq li jekk l-aħwa Degiorgio kienu se jitfgħu l-ħtija fuq Cardona kien joqtolhom. Gatt kien bagħat dan il-messaġġ għax darba, wara l-Qorti, waqt li kienu fil-vann tal-ħabs, l-aħwa Degiorgio allegatament bdew jihemu biex iweħħlu f 'Cardona. Skont euma, semagħhom uffiċjal tal-ħabs, irrekordjahom u informa lil Gatt.