Illum previous editions

ILLUM 16 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 kummerċjali IL-ĦADD 16 TA' OTTUBRU 2022 • illum L-Awtorità tal-Ippjanar ospitat il-Konferenza finali tal-Proġett ThreeT, li huwa parzjalment if- finanzjat mill-Unjoni Ewropea (UE) taħt il-programm Interreg Europe. Il-proġett kellu l-għan li jidentifika rotot tematiċi kulturali u naturali, itejjeb l-aċċessibbiltà u l-viżibbiltà tagħhom permezz ta' soluzzjonijiet innovattivi ta' mo- bilità u favur l-ambjent, u l-adozz- joni ta' pjan olistiku għal turiżmu sostenibbli. L-Awtorità tal-Ippja- nar ipparteċipat f'dan il-proġett flimkien ma' numru ta' stakehold- ers lokali, b'mod partikolari l-Aw- torità ta' Malta għat-Turiżmu. Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pub- bliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi qal "Qed naħdmu u nħeġġu l-adozzjoni ta' prattiċi ġodda dwar il-mobilità favur l-ambjent, kif ukoll inwasslu in- vestimenti akbar fil-kompetenza u l-ħiliet tal-partijiet interessati ew- lenin u l-persunal involut fl-ippja- nar u l-iżvilupp. Il-Ministru temm jgħid "Irridu nħeġġu lill-familji Maltin u Għawdxin biex iqattgħu aktar ħin fil-kampanja, jirrilassaw, u jkunu fiżikament attivi. Ipprom- wovejna l-ħolqien ta' netwerks ħodor qrib u marbuta maċ-ċentri urbani tagħna." Dan il-proġett kien jinkludi di- versi msieħba u partijiet interes- sati minn tmien pajjiżi differenti, li jvarjaw mit-Tramuntana tal-Ew- ropa – il-Finlandja – sal-aktar par- ti tal-Punent – Tenerife. Is-Sin- jura Suzanne Gauci, EU Affairs Unit Manager fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, qalet li "l-ħidma ma' netwerk daqshekk varjat ipprovda perspettiva ġdida li tgħaqqad l-as- si tal-wirt ma' mezzi ta' trasport ħodor. Kienet ukoll opportunità biex tinxtered informazzjoni dwar l-istudji tal-każijiet tagħna, li kollha ntlaqgħu b'mod pożit- tiv mill-imsieħba l-oħra. Huwa maħsub li jekk ikun hemm aktar espożizzjoni għal proġetti simi- li ffinanzjati mill-UE, iżid valur kemm għall-ħidma tal-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll għal dik tal-partijiet l-oħra li ħadu sehem. Dan jippermettilna nuru s-suċċes- si tagħna u nitgħallmu minn pajjiżi Ewropej oħra biex intejbu l-ħidma tagħna." Kull wieħed mill-imsieħba iden- tifika għadd ta' Good Practices (GPs) li jikkonsistu minn rotot eżistenti ta' wirt kulturali jew -naturali, u inizjattivi ta' trasport fit-territorju tagħhom li huma eżempji validi ta' aċċess imtejj- eb għas-siti permezz ta' mezzi ta' trasport sostenibbli u f'żoni turis- tiċi. L-imsieħba ewlenija, Irene Nicotra mill-Provinċja ta' Livor- no, qalet li "ThreeT jirrappreżen- ta wieħed mill-aqwa eżempji ta' proġetti pan-Ewropew b'effett multiplikatur qawwi fuq ir-riżor- si assenjati, grazzi għall-iżvilupp tat-tmien Pjanijiet ta' Azzjoni mfassla mill-imsieħba tal-proġett. Dan il-proġett huwa strateġiku mhux biss f'termini ta' replikab- biltà ta' prattiċi tajba, esperjen- zati permezz ta' żjarat fuq il-post f'kull territorju matul l-ewwel fażi tal-proġett, iżda wkoll li jkollna policy konkreta bejn l-imsieħba li minnha jinħasdu l-benefiċċji fil-futur qarib. Dan huwa eżemp- ju ewlieni tal-valorizzazzjoni tal-Ekonomija Ħadra Ewropea. Malta għażlet prattiċi tajba li jkopru kemm l-ambjent urban kif ukoll dak rurali, biex turi l-avvanzi tagħha f'oqsma differ- enti bl-isfidi tagħhom. L-ewwel azzjoni kienet tikkonsisti fl-in- tervent tar-restawr tat-Tor- ri l-Aħmar bħala parti minn proġett pilota, li jinsab fil-Maj- jistral tal-Gżira. Dan kien segwit mill-formulazzjoni tal-online Pilot National Trail li għaqqad it-Torri l-Aħmar mal-Park Majjistral f'sit NATURA 2000. L-Awtorità tal-Ippjanar ikkoop- erat ma' Din l-Art Ħelwa, il-Bi- cycle Advisory Group u Sistemi Territoriali SRL. Fl-aħħar nett, l-azzjonijiet ser jipprovdu qafas legali għal din il-ħidma permezz tal-inizjaliz- zazzjoni tal-proċess ta' formu- lazzjoni tal-policy għal rotot nazzjonali flimkien mal-Aw- torità Maltija għat-Turiżmu. Filwaqt li tmexxi 'l quddiem ir-riżultati tal-proġett ThreeT u l-għarfien kollu miksub minn l-aħjar prattiċi, l-Aw- torità tal-Ippjanar ser tkompli bil-ħidma tagħha biex ittejjeb l-aċċessibbiltà tal-wirt ta' Malta permezz ta' mezzi ta' trasport ekoloġiċi. Dr David Mallia, il-project lead- er ta' Malta qal li "dan il-proġett kien utli ħafna għall-Awtorità tal-Ippjanar, partikolarment l-għarfien li ħareġ minnu. Ġejna esposti għal diversi prattiċi tajba f'pajjiżi Ewropej oħra, dwar kif nagħmlu siti ta' wirt aċċessibbli għall-pubbliku bl-użu ta' mezzi ekoloġiċi tat-trasport – infor- mazzjoni li ser tintuża mill-Aw- torità tal-Ippjanar fil-ħidma relatata tagħha. Huwa kompla jispjega li "dan il-proġett ipper- metta wkoll lill-Awtorità biex taħdem ma' diversi partijiet interessati u tixpruna l-formu- lazzjoni ta' online Pilot National Trail li żgur tkun pożittiva għall- aċċess min-nies tal-lokal kif ukoll għat-turisti." It-tisħiħ tal-aċċessibbiltà tal-wirt ta' Malta permezz ta' mezzi ta' trasport ħodor Proġett Thematic Trail Trigger Interreg Europe

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2022