Illum previous editions

ILLUM 16 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

sondaġġ 03 illum • IL-ĦADD 16 TA' OTTUBRU 2022 L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qed tassisti lill-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz biex itejjeb l-esperjenza tal-viżitaturi fiċ-Ċentru t'Interpretazzjoni fid-Dwejra u r-riservi naturali max-xatt ta' dawn l-inħawi. L-Aġent Kap Eżekuttiv tal- ERA Kevin Mercieca u s-Sindku ta' San Lawrenz Noel Formosa ffirmaw ehim li se jsaħħaħ il- kollaborazzjoni bejn dawn iż- żewġt entitajiet għas-sentejn li ġejjin. Il-ehim ġie ffirmat fil-preżenza tal-Ministru għall- Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri. Il-Ministru Dalli rringrazzjat lill-ERA u lill-Kunsill Lokali għall-impenn tagħhom lejn dan il-park naturali f 'Għawdex, li huwa fost l-aktar spazji miuħa popolari f 'Għawdex. "Filwaqt li ma nistgħux aktar nammiraw it-Tieqa, id-Dwejra xorta tibqa' fost l-aktar siti b'xenarji mill-isbaħ f 'pajjiżna, b'ambjent mdawwar bi flora u fawna endemiċi, diversità ta' ħajja marittima, ġeoloġija u storja mill-isbaħ. Għalhekk b'dan il- ehim se nkunu qed ngħinu lit- turisti u r-residenti japprezzaw aktar il-valur li għandu dan is-sit, filwaqt li nkomplu nżidu l-impenn tagħna biex inħarsuh għal ġenerazzjonijiet futuri," qalet il-Ministru Miriam Dalli. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fakkar li d-Dwejra għadha magħrufa għas-sbuħija naturali tagħha. Il-baħar mill- isbaħ, l-irdumijiet pittoreski, li jattiraw diversi persuni matul is-sena kollha. @Huwa għalhekk li ehim bħal dan huwa essenzjali sabiex inkomplu ntejbu l-esperjenza tal-viżitaturi li jagħżlu li jżuru dan il-post meraviljuż." Il-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz ilu jieħu ħsieb iċ-Ċentru ta' Interpretazzjoni f 'isem l-ERA mill-2013. Issa b'dan il-ehim, l-ERA se tipprovdi lill-Kunsill Lokali l-assistenza meħtieġa biex tkompli ttejjeb dan iċ-ċentru billi torganizza żjarat edukattivi, tospita sessjonijiet ta' taħriġ, u tinstalla marine litter bins, filwaqt li ttella' wirjiet u tiġbor tagħrif ambjentali dwar il-wirt ekoloġiku ta' din iż-żona. Parallel ma' dan il-ehim, l-ERA u Ambjent Malta qed jinstallaw ukoll tabelli ta' informazzjoni ġodda f 'din iż-żona. L-awtorità qed tniedi wkoll tliet rotot ta' mixjiet qosra, li se jkunu mmarkati b'tabelli b'kuluri differenti, biex il- viżitaturi faċilment ikunu jistgħu jgawdu din iż-żona mingħajr ma jaffettwaw il-bijodiversità ta' dan l-ambjent. Dawn il-mixjiet se jgħaddu lill-viżitaturi minn postijiet ta' interess f 'dawn l-akwati, filwaqt li jipprovdu tabelli t'informazzjoni dwar speċi importanti li jinsabu f 'dawn iż- żoni. Id-Dwejra hija żona protetta li taqa' taħt l-Att tal-Protezzjoni Ambjentali u Żona Speċjali ta' Konservazzjoni taħt id-Direttiva tal-Abitat tal-UE, li tifforma parti min-Network ta' Natura 2000. Partijiet minn dan is-sit jibbenefikaw ukoll minn żoni oħra protetti bħala Żoni Speċjali Protetti, hekk kif dan is-sit huwa ta' importanza għall-għasafar tal-baħar li jbejtu fl-akwati tal- irdum. Dan il-park naturali jinkludi wkoll ir-Riserva Naturali tal- Ġebla tal-Ġeneral u s-Santwarju tal-Għasafar tad-Dwejra/Qawra. Id-Dwejra hija wkoll protetta bil- liġi bħala Żona tal-Pajsaġġ b'Valur Għoli, Żona Importanti Ekoloġika u Sit Xjentifiku Importanti. F'Berlin, fuq stedina tal- Kanċillier tal-Ġermanja Olaf Scholz, il-Prim Ministru Robert Abela ħa sehem f 'diskussjonijiet ma' Prim Ministri u politiċi Ewropej oħra, filwaqt li ndirizza l-Kungress tas-Soċjalisti Ewropej, bit-tema "With Courage For Europe." F'waħda mis-sessjonijiet ewlenin tal-Kungress il-Prim Ministru wieġeb id-domandi flimkien mal-Prim Ministru ta' Spanja, Pedro Sanchez, il-Prim Ministru tal-Portugal, Antoinio Costa u l-mexxej tal-partit soċjalista Svediż, Magdalena Andersson. Mistoqsi dwar is-suċċessi elettorali tal-Partit Laburista Malti l-Prim Ministru tkellem dwar il-prinċipji tal-Partit Laburista, dawk li jpoġġu n-nies l-ewwel. Kompla jispjega kif dan iwassal għall-ħtieġa ta' soċjeta' ġusta, sostenibbli u sensittiva għar- realtajiet tan-nies. Huwa spjega wkoll kif it-tibdil fil-klima qed toħloq theddida serja għalina lkoll u qal li Malta lesta li tkun minn ta' quddiem nett biex tmexxi dan il-qasam bi sforzi kbar fid-dekarbonizzazzjoni u diġitalizzazzjoni – żewġ pilastri ewlenin fil-viżjoni ekonomika ta' Malta. Rotot ta' mixjiet ġodda, żjarat edukattivi u tabelli ta' informazzjoni: Ftehim għal titjib fis-servizzi lill-viżitaturi fid-Dwejra F'Berlin: 'Il-Partit Laburista jpoġġi lin-nies l-ewwel' jgħid Abela meta mistoqsi dwar is-suċċess tal-PL Il-PM Abela waqt il-Kungress tas-Soċjalisti f'Berlin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2022