Illum previous editions

ILLUM 16 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films IL-ĦADD 16 TA' OTTUBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-werewolves - films tal-biża' u l-qtajja (1) Minn Hollywood u anki minn bnadi oħra, sa miż-żmien bikri taċ-ċinema mutu ħarġu ruxxmata ta' films tal-biża' u t-twerwir dwar l-ispirti jew l-iħirsa, l-vampiri u anki ż-żombis (il-mejtin ħajjin). Ġeneru ieħor ta' din il-kwalita' huma l-produzzjonijiet dwar il-"werewolves". Werewolves, kelma Ingliża li tfisser "man- wolf " (rġiel/lupi, bil-Malti m'għandniex kelma għaliha) huma kreaturi li jbiddlu l-forma tagħhom b'ħeffa kbira, jsiru b'saħħithom sewwa u juru titjib qawwi fir-riflessi u s-sensi tagħhom. Dawn insibuhom l-aktar fil-kotba, films u anki fi programmi televiżivi, sa mix- xogħol klassiku e Wolf Man, sas-sensiliet popolari Twilight u Underworld. Forsi l-werewolves mhumiex daqshekk popolari daqs il-vampiri u ż-żombis fil- kultura taż-żgħażagħ, pero' dawn il-mostri umani wkoll għandhom storja twila u rikka. Tradizzjonalment, hemm diversi modi kif persuna tista' ssir werewolf. Carol Rose hi l-awtriċi tal-ktieb Giants, Monsters And Dragons. Din il-folklorista ssostni li fil-Greċja l-antika kienu jemmnu li persuna tista' tittrasforma ruħha billi tiekol il-laħam tal-lupu li tħallat ma' dak ta' bniedem u li din il- kundizzjoni hija rriversibbli. Sekli wara kienu jgħidu li hemm metodi oħra li jirrikreajaw werewolves, inkluż xi saħta jew li wieħed twieled f 'qamar ġdid, jew kiel ċerti ħxejjex, jew billi jorqod barra taħt qamar kwinta nhar ta' Ġimgħa, jew anki billi jixrob ilma mniġġes minn lupu. Kienu jemmnu wkoll li l-werewolves jistgħu jilbsu ġilda protettiva speċjalment dik ta' lupu, li iżda jridu jneħħuha qabel jisbaħ u jaħbuha. Jekk din l-għata maġika tinstab u titneħħa minn dan il- werewolf meta jkun f 'forma umana hu jew hi jmutu. Fil-folklor tal- Iskoċċiżi u l-Irlandiżi jidhru wkoll temi simili. Għalkemm oriġinarjament il- qamar kwinta kien wieħed mill- kawżi prinċipali tal-likantropija, dan kien l-aktar mezz li baqa' f 'moħħ il-pubbliku. Fil-films jużaw l-aktar dan il-metodu. Fil-preżent, ħafna huma li għadhom jassoċċjaw il-qamar ma dawn l-irġiel/lupi u mal-ġenn. Ħafna li jaħdmu mal-korp tal- pulizija jew fis-servizz mediku ta' emerġenza fl-isptarijiet, jsostnu li lejliet ta' qamar kwinta jkunu aktar mimlija xogħol, ġennati u f 'aktar periklu minn lejliet oħra. Pero', din il-ħaġa għandha l-bażi tagħha aktar fil-psikoloġija u l-immaġinazzjoni milli fir-realtà. Minn studji ddettaljati u kkontrollati l-ebda evidenza sostanzjali ma ħarġet biex tappoġġja din l-idea komuni. Jinstabu diversi kundizzjonijiet li jistgħu jimitaw id-dehra ta' werewolf u li qabel ikkontribuxxew fl-eżistenza letterarja ta' dawn il-kreaturi. Waħda hija "hypertrichosis", li tikkrea suf u xagħar twil fuq il-wiċċ u l-ġisem; it-tieni kundizzjoni "porphyria" hija kkaratterizzata b'sensittività estrema għad-dawl, b'hekk il- vittmi jkunu jistgħu joħorġu barra fid-dlam, l-ansjetà, ħass ħażinijiet u sintomi oħrajn. L-ebda waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tbiddel bniedem f 'werewolf. Sekli ilu, meta t-twemmin fis-sħaħar, vampiri u maġija kienu komuni, ma kenitx ħaġa diffiċli biex ivvintaw stejjer dwar dawn l-irġiel/lupi. Fil-Medjoevu kien jaħsbu li l-werewolves huma maħluqa mis-sħaħar u dawn it-tnejn saru assoċjati ma' xulxin. Kif għexieren ta' eluf ta' dawk maħsuba li huma sħaħar inqatlu b'metodi sadistiċi jew tal-waħx, hekk ukoll għexieren ta' dawk akkużati bħala rġiel/lupi ħadu kastigi simili. Billi l-likantropija kienu jqisuha bħala saħta, lill-werewolves kienu jaħsbuhom kemm bħala vittmi u anki viljakki. It-trasformazzjoni minn uman għall-lupu kien proċess ta' terturi kif narawhom fil-film klassiku An American Werewolf In London u ħafna jfittxu fejqan minn dawn is-sintomi reali jew immaġinati. Tradizzjonalment hemm tliet metodi prinċipali kif werwolf jista' jinħeles mid-demonji li daħħlu ġo fih, kiteb Ian Wood f 'e Werewolf Delusion. Jista' jiġi kkurat bil- mediċini jew b'operazzjoni, jista' jinħeles mis-saħta li ħakkmitu permess ta' eżorċiżmu u jista' jinqatel b'balla speċjali – tipikament waħda tal-fidda kif murija fil-film tal-Kumpanija Hammer, e Curse Of e Werewolf. Ikompli nhar il-Ħadd li ġej

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2022