Illum previous editions

ILLUM 16 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 ĦAMES SNIN DAPHNE CARUANA GALIZIA Protesti, riżenji, arresti Malta wara l-qtil ta' Daphne ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Nhar is-16 ta' Ottubru 2017, fit- tlieta ta' wara nosfinhar inqatlet ġurnalista permezz ta' karozza bomba. Imbiċċra mill-isplussiv mietet mara, omm u persuna li kienet tniġġeż, iddejjaq, tikxef u li ħafna drabi kienet tniggeż u toffendi daqs kemm kienet titniggeż hi u jkollha baraxx offiżi lejha. Imma xejn ma pprepara lil pajjiżna u x-xenarju politiku lokali għal dak li ġara nhar is-16 ta' Ottubru 2017. F'dawn il-paġni se nagħtu ħarsa lejn l-effetti politiċi ta' dan l-assassinju, effetti li kienu kbar u serji ħafna iktar milli bosta jammettu. Effetti li kienu dannużi immens għal Malta, pero' li setgħu wkoll kienu ħafna aktar dannużi. Malta: Mhux gżira tax-xemx u l-baħar? Ejja nibdew mill-ovvju. Malta huwa pajjiż ċkejken li miljuni u biljuni kbar madwar id-dinja lanqas qatt ma semgħu bih jew jafu eżatt fejn hu. F'daqqa waħda - dakinhar tal-assassinju - il-Bidnija spiċċat fuq kull stazzjon, jew kważi kull stazzjon, madwar id-dinja. Filli Malta kienet l-art tal-baħar u x-xemx fejn ma jiġri xejn, għal pajjiż fejn tinqatel ġurnalista li kienet l-akbar u l-eqqel xewka għall-Gvern u li kienet kixfet żewġ kumpaniji fil- Panama ta' tnejn mill-aktar nies li kienu b'saħħithon fil-Gvern filwaqt allegat li t-tielet kumpanija fil- Panama kienet ta' mart l-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Kienet hi wkoll li bdiet tikxef x'kien qed jiġri fil-Bank Pilatus u anke l-blogg tagħha kien l-ewwel li kiteb il-kliem '17 Black.' Dan apparti stejjer/blogs li maż-żmien ħarġet u li qanqlu kontroversja, fosthom dwar mard li kellu Keith Schembri, liema storja kienet attirat ħafna kritika (simili għal dik li kienet ippubblikat meta "żvelat" li Alfred Sant kellu Kanċer), iż-żjara tal-eks Ministru Chris Cardona f ''burdell fil-Ġermanja (Acapulco) filwaqt li kien qed jattendi konferenza u anke l-akkużi fil-konfront ta' Rosianne Cutajar u l-ħajja sesswali tagħha. Allura l-effett immedjat ta' dan l-assassinju kien illi miljuni kbar semgħu b'Malta għall-ewwel darba f 'dawl xejn sabiħ. Mela inizzjalment f 'dawk il-ġranet l-effett politiku fuq Malta kien diġà dannuż ħafna - hekk kif l-assassinju kien marbut mill-ewwel u b'mod awtomatiku mal-istejjer li Caruana Galizia kienet ippubblikat fil-ġimgħat , xhur u snin ta' qabel. Il-midja tal-punent titfa' ħarsitha fuq Malta... Jinħoloq id-Daphne Project Fl-ewwel ġimgħat u xhur diversi ġurnali influwenti, fosthom Repubblika (L-Italja), BBC u e Guardian (Renju Unit) u anke s-CNN u n-New York Times (L-Istati Uniti) tefgħu ħarsithom fuq pajjiżna, fuq il-politiċi, l-iskandlu tal-Panama u aktar b'diversi intervisti - fosthom mal- familja Caruana Galizia, politiċi mill-Oppożizzjoni u mal-eks PM Joseph Muscat. L-intervista tal- ġurnalist tal-BBC James Sweeney tibqa' l-aktar waħda li baqgħet tissemma' hekk kif il-ġurnalist sejjaħ lil Muscat 'the artful-dodger of europe' (il-ħalliel tal-ewropa). Dan sakemm twaqqaf id- Daphne Project magħmul minn 45 ġurnalist, 18-il organizzazzjoni tal-aħbarijiet minn 15-il pajjiż, fosthom e Times, Reuters, Le Monde, Süddeutsche Zeitung, e Guardian u New York Times. Dawn investigaw elenku ta' stejjer li kienet diġà bdiet taħdem fuqhom Daphne, mhux l-inqas dik illi s-sid ta' 17 Black kien Yorgen Fenech u li din il- kumpanija fid-Dubaj kienet 'target- client' tal-kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi. Malta spiċċat diskussa għal darba, darbtejn fil-Parlament Ewropew u l-kritika fil-konfront ta' pajjiżna kienet kontinwa, inċiżiva, qawwija u xi kultant inġusta wkoll. Nhar is-27 ta' April il-Parlament għadda riżoluzzjoni b'maġġoranza qawwija ħafna illi permezz tagħha kkundanna "it-theddid serju u persistenti għas-saltna tad- dritt, demokrazija u d-drittijiet fundamentali f 'Malta - inkluż l-indipendenza tal-pulizija, il- libertà tal-midja u l-indħil politiku fil-ġudikatura." Fl-2019 kienet saret riżoluzzjoni "speċifikament" dwar Malta u l-Islovakkja u lura fl-2017 il- Parlament Ewropew għadda riżoluzzjoni li titlob ukoll għal investigazzjoni internazzjonali indipendenti fuq il-qtil ta' Caruana Galizia, filwaqt li appellat lill- Konferenza tal-Presidenti biex kull sena jibda jingħata premju ġurnalistiku li jkun dedikat f 'isem il-ġurnalista Maltija. Il-Parlament bagħat ukoll delegazzjoni tiegħu Malta biex tinvestiga aktar is- sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt f 'pajjiżna. Fost l-aktar illi kienu voċiferi fil- konfront ta' Malta u l-assassinju ta' Caruana Galizia fil-Parlament Ewropew kien hemm Sven Giegold (Ħodor Ewropej), Sophie Int'Weld (Renew Europe) u Ana Gomes - mill-Partit tas-Soċjalisti u Demokratiċi u li kienet kritika ħarxa tal-Gvern ta' Muscat u anke tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Naturalment dan kollu wassal biex għajnejn istituzzjonijiet diversi intefgħu fuq pajjiżna u nuqqasijiet fis-sistemi u fl-istituzzjonijiet lokali li kienu ilhom hemm imma li qatt ma kienu daqstant taħt il-lenti ewropea u internazzjonali. Din l-attenzjoni waslet għal bidliet u passi pożittivi bħar- riforma fil-ħatra tal-Ġufikatura, il-mod kif jinħatru diversi persuni f 'entitajiet kruċjali bħall-Korp tal-Pulizija, l-Awditur Ġenerali u aktar, saret riforma - għal darba, darbtejn fil-Liġi tal-Whistleblower u inbidel anke l-mod ta' kif jinħatar il-President tar-Repubblika. Riċentement il-Gvern ħa l-ewwel passi għal ħolqien ta' abbozz għall- protezzjoni tal-midja u l-libertà tal-kelma, anke jekk din intlaqgħet bi kritika minħabba nuqqas ta' konsultazzjoni. Il-Gvern kien ukoll wettaq ħafna minn dak propost mill-Kummissjoni Venezja. Iżda dan kollu kellu prezz u l-prezz kien il-Lista l-Griża tal- FATF, hekk kif Malta spiċċat l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea li kien fuq din il-lista. Dan naturalment tefa' ħafna pressjoni fuq il-pajjiż u fuq in-negozji u anke kompla jweġġa' r-reputazzjoni ta' pajjiżna bħala ġurisdizzjoni finanzjarja serja, anke jekk eventwalment il-Gvern xammar il-kmiem u wettaq il- proposti kollha li kellu jwettaq biex Malta titneħħa minn din il-lista. Il-Gvern ta' Muscat, spiċċa taħt dell li ma setax ineħħi jew jinjora! Il-Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat kien elett fl-2013 b'qawwa liema bħalha wara li fil-fatt kien diġà (il-PL) rebaħ l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew b'marġini akbar minn 33,000 vot fl-2009. L-ewwel xhur tal-Gvern kienu juru affarijiet sbieħ hekk kif riformi mwegħda bdew jitwettqu, fosthom dawk li jitrattaw drittijiet ċivili. Ħadd ma seta' jobsor li sentejn wara biss dan l-istess Gvern kellu jsib ma' wiċċu theżżiża politika li imbagħad twassal għal ħafna theżżiżiet ikbar. Le, mhux qed nirreferu għall-assassinju, imma għall-istejjer li permezz tagħhom Caruana Galizia kienet kixfet il- fatt li l-eks Ministru Konrad Mizzi kien fetaħ kumpanija fil-Panama - ġurisdizzjoni b'ħafna segretezza u maħmuġa - u li ma kienx niżżilha fid-Dikjarazzjoni Parlamentari tal- Għaddew ħames snin. Ħames snin ta' taqlib politiku enormi hekk kif rajna l-aktar Prim Ministru popolari jirriżenja, wieħed mill-akbar negozjanti akkużat bi qtil, Malta fil- Lista l-Griża u partit mifrud. L-ILLUM tħares lura lejn r-riperkussjonijiet tas-16 ta' Ottubru 2017... Dawn l-aħħar ħames snin kienu mmarkati minn diversi protesti, speċjalment mill-Għaqda Repubblika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2022