Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 • illum Studenti ta' Ekoskola minn għadd ta' skejjel iltaqgħu mal-Ministru għall- Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u ma' uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) sabiex jgħaddulhom il-proposti tagħhom dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent 2050, li bħalissa tinsab miuħa għall- konsultazzjoni. L-ERA kkollaborat ma' Ekoskola, li hija kkordinata minn Nature Trust – FEE Malta, sabiex tiżgura li t-tim ta' esperti li qed ifassal dan id-dokument kruċjali jagħti widen lill-fehma tat-tfal, il-ġenerazzjoni tal-futur, ħalli t-tħassib u l-aspirazzjonijiet tagħhom jiddaħħlu f 'din l-istrateġija wkoll. Waqt il-laqgħa fl-uffiċċji tal-ERA, l-istudenti ppreżentaw għażla ta' proposti minn fost 675 idea li huma, flimkien ma' studenti oħrajn li jieħdu sehem f 'Ekoskola, ippreżentaw lill-awtoritajiet matul is-snin. Ir-rakkomandazzjonijiet saru minn 1,862 student minn 348 skola waqt 16-il sessjoni tas-Summit taż-Żgħar, li Ekoskola ilha torganizza mill-2009. Il-Ministru Dalli rringrazzjat lil Ekoskola għall-kontribut tagħha fl-iżvilupp ta' din l-istrateġija, li se tiggwida l-politika u l-azzjonijiet ta' Malta għat-30 sena li ġejjin. "Intom li llum qed tippreżentaw dawn il-fehmiet bħala tfal, it snin oħra ser tkunu adulti f 'mixjiet differenti tal-ħajja. Ser tkunu qed tmexxu, twettqu u tgħixu l-inizjattivi u l-benefiċċji ta' din l-istrateġija. F'din il-perspettiva li tħares lejn il-ġejjieni, is-sehem tagħkom huwa importanti ħafna għalina. Il-proposti tagħkom jagħtuna ħafna fuqhiex naħsbu. Proposti ambizzjużi, iżda mhux impossibbli. Aħna impenjati li ninkluduhom f 'din l-istrateġija, ħalli fis- snin li ġejjin, inwettquhom flimkien." Hija ħeġġet lil Ekoskola u lill-ERA sabiex din il-laqgħa ssir appuntament annwali, u stiednet lit-tfal jerġgħu jiltaqgħu is- sena d-dieħla, sabiex jevalwaw il-proposti u jaraw iex wasal it-twettiq tagħhom, filwaqt li jiddiskutu ideat ġodda. 'Il-kwalità tal-ħajja f 'Malta tkun aħjar jekk il-fehmiet tat-tfal ikunu apprezzati' - Nature Trust Sa minn meta twaqqfet fl-2009, Ekoskola minn dejjem kienet minn ta' quddiem biex tipprovdi opportunitajiet sabiex iż- żgħar iwasslu t-tħassib tagħhom dwar is-sostenibbiltà f 'pajjiżna. L-istudenti ta' Ekoskola minn dejjem kienu jinsistu fuq dawk fit-tmexxija sabiex jieħdu azzjonijiet li jtejbu l-kwalità tal-ħajja billi jseddqu l-ambjent tal-gżejjer Maltin. Nature Trust, li tmexxi dan il-programm, qalet li hija konvinta li l-kwalità tal-ħajja f 'Malta "tkun aħjar jekk il-fehmiet tat- tfal ikunu apprezzati minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar pajjiżna", spjegat din l-għaqda ambjentali. Meta l-konsultazzjoni għall-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent tħabbret fis-sajf li għadda, l-għaqda fasslet verżjoni għat-tfal tat-taqsira ta' dan id-dokument u qassmitu mal-istudenti ta' Ekoskola, sabiex tiġbor ir- reazzjonijiet tagħhom. Il-konsultazzjoni dwar il-konsultazzjoni pubblika estiża L-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent 2050 hija mnebbħa mill-viżjoni "Wellbeing First Vision for Malta's Environment 2050", li ġiet adotatta fl-2020. L-istrateġija tfasslet mill-ERA wara konsultazzjoni estensiva ma' aktar minn 60 entità jew gruppi konċernati, fosthom dawk fit-tmexxija, akkademiċi, il-komunità kummerċjali u għaqdiet tal- volontarjat. Fuq talba tal-pubbliku, il-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent se tkun estiża sa nhar il- Ġimgħa, 4 ta' Novembru 2022. Sabiex taqra din l-istrateġija u tagħti l-fehmiet tiegħek, żur era.org.mt/nse2050. 675 idea. Aktar minn 1,800 student u 348 skola. L-istudenti jgħidu tagħhom dwar l-ambjent Il-it xita li niżlet mis-sajf 'l hawn tat l-aħħar spinta li kien jonqos biex fl-inħawi tal-Bajja ta' Santa Marija f 'Kemmuna, jerġgħu jfiġġu l-għadajjar tal-ilma ħelu, li kienu għebu meta fil-passat din iż-żona bdiet tintuża għall- ikkampjar. Dawn l-għadajjar kbar qed ireġġgħu lura l-ambjent naturali ta' dawn l-inħawi, sabiex gradwalment jattiraw lejhom ħafna speċi ta' flora u fawna li nsibu f 'ambjenti naturali bħal dawn max-xatt, fosthom għasafar tal-passa. L-għadajjar huma fost l-aħħar xogħlijiet ta' Ambjent Malta u l-Awtorità għall- Ambjent u r-Riżorsi (ERA), fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, sabiex jirriabilitaw iż-żoni naturali ta' Kemmuna. L-ambjent tal-għadajjar huwa rari ħafna f 'pajjiżna u għalhekk jeħtieġ kull forma ta' ħarsien possibbli. Bħala alternattiva għal dawk li kienu jiġu jikkampjaw f 'din iż-żona, ERA ddedikat biċċa art oħra fejn jistgħu jarmaw il-kamp bla ma jikkawżaw ħsara ambjentali fiż-żona magħrufa bħala Tal-Ful, it passi 'l bogħod. Minbarra l-għadajjar ġodda, din is-sena l-ħaddiema ta' dawn l-entitajiet ħawlu mal-1,000 siġra u arbuxell oħrajn biswit dawk li tħawlu fis-snin ta' qabel. B'hekk, f 'dawn l-aħħar snin tħawlu mat- 18,000 siġra u arbuxell f 'din il-gżira. Din is-sena, Ambjent Malta qalgħet arbli tal-elettriku antiki li kienu qed ikerrhu l-pajsaġġ tal- inħawi ta' Wied l-Aħmar, bniet mill-ġdid għadd ta' ħitan tas- sejjieħ imġarrfa u rranġat l-ilqugħ tal-injam madwar l-għaram tar- ramel li nsibu f 'din il-gżira, biex ma jittifsux. Sadanittant, l-uffiċjali ta' infurzar ta' ERA din is-sena komplew iżidu l-preżenza tagħhom fuq Kemmuna, speċjalment fix-xhur tas-sajf. Dawn l-uffiċjali qed jgħinu biex jonqos l-iskart mormi b'mod irresponsabbli f 'siti naturali, filwaqt li jiggwidaw lil dawk li jżuru l-gżira biex ma jimxux lilhinn mill- passaġġi, ħalli ma jagħmlux ħsara lill-pjanti u annimali żgħar li nsibu fix-xagħri. L-għadajjar f'Kemmuna... Ambjent Malta tirrijabilità għadajjar li kien inqerdu biex saru sit ta' kkampjar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022