Illum previous editions

ILLUM 30 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482980

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

budget.gov.mt • Linji gwida biex il-kumpaniji jiksbu l-kredenzjali tal-ESG • L-iskema MicroInvest se tkun qed tiġi estiża għall-intrapriżi soċjali Se nkomplu ntaffu ż-żidiet fil-prezzijiet tat-trasport internazzjonali għan-negozjiMis-sena d-dieħla n-negozji Maltin ser ikunu jistgħu jibbenefikaw minn assistenza finanzjarja għal sussidju fuq il-kera. Ser nirduppjaw ukoll il-perjodu li fih in-negozji tagħna ser ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema. Ekonomija newtrali, ħielsa mill-karbonju B'investiment ta' iktar min €160 miljun, it-tieni interconnector ser ikun qiegħed mhux biss iżid il-provvista tal-elettriku iżda wkoll jagħtina iktar flessibbiltà fil-mod ta' kif nipprovdu l-elettriku lill-pajjiż. Il-Gvern għadu kif mexxa proċess ta' konsultazzjoni fis-suq għal attivitajiet fiż-żona ekonomika esklussiva madwar Malta, partikolarment għal attivitajiet ta' ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli. L-investiment fin-network tad-Distribuzzjoni tal-Enemalta miexi b'ritmu tajjeb biex intejbu l-kwalità tas-servizz. Għall-enerġija nadifa: • Skemi għall-installazzjoni ta' pannelli tax- xemx u batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli, heat pump water heaters u solar water heaters u r-restawrazzjoni ta' bjar ta' djar antiki • Ser ikunu allokati 8MW bħala skema ta' Feed In Tariff għal fotovoltajċi ta' inqas minn 40kWp għad-djar, filwaqt li ser inkomplu nestendu l-iskemi tal-FIT għad-djar residenzjali fuq 20 sena • Ġew allokati wkoll total ta' 16.5 MW għal sistemi ta' enerġija rinnovabbli medji sa kbar, li l-ġenerazzjoni tagħhom hija ekwivalenti għal 6,050 dar f'sena waħda. Dan minbarra l-allokazzjoni għall-proġetti fuq skala massiva lil hinn minn 1MW • Għaddej ix-xogħol biex ikollna 1,200 punt ieħor tal- iċċarġjar sal-2024 • Ser inkomplu ninkoraġġixxu kumpaniji privati u negozji biex jaqilbu l-flotta tagħhom għal waħda elettrika billi jibbenefikaw minn self bla interessi sabiex jikkumplimentaw l-investiment li jagħmlu f'vetturi elettriċi u charging stations L-akbar investiment fl-ambjent Biex nimplimentaw il-proġetti ambjentali ta' €700 miljun fuq medda ta' seba snin, se titwaqqaf aġenzija ġdida. Dawn il-proġetti se jwasslu għal aktar ġonna, proġetti ta' tħaddir urbani u aktar spazji miftuħa għat-tgawdija tal-familji Maltin u Għawdxin. Irridu li l-komunitajiet u r-residenti jkunu fiċ-ċentru tal-ħidma ta' din l-entità filwaqt li ser naraw ukoll li tingħata l-opportunità lis-settur privat sabiex jinvesti fit-twettiq u ż-żamma ta' dawn il-proġetti permezz ta' PPPs u modi ta' finanzjament alternattiv. • It-tnedija ta' numru ta' proġetti f'diversi lokalitajiet fosthom f'Bormla, Birżebbuġa, Ħamrun, Marsa, is- Siġġiewi u San Ġwann • Proġetti ta' green urban reclamation • Ġie finalizzat il-Management Plan 2022- 2027 għall-Park Nazzjonali ta' Inwadar • It-tkabbir tal-Park ta' San Klement L-immaniġġjar tal-iskart Għaddejja ħidma estensiva fuq l-akbar investiment fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart, il-proġett EcoHive. Sal-bidu tal-2023, ser jibda jopera l-Multi-Material Recovery Facility ġewwa Ħal Far. Dan ser jgħin fir-riċiklaġġ ta' diversi materjali li kieku jispiċċaw fil-miżbla. Ser inhiedu proġett ta' madwar €50 miljun f'Organic Processing Plant sabiex inkunu aktar effiċjenti u nimmassimizzaw l-użu tal-iskart f'pajjiżna. Dan l-impjant ser jiġġenera l-enerġija. Fix-xhur li għaddew nfetħu diversi Reuse Centres fiċ-ċentri tal-iskart goff, u mexxejna kampanji edukattivi. Issa, ser niftħu Material Recovery Facility ġewwa l-Magħtab u fis-snin li ġejjin se tinbena Skip Management Facility. Ir-riżorsa tal-Ilma Inkomplu nfittxu modi alternattivi biex intejbu l-effiċjenza fl-użu tal-ilma u nintroduċu miżuri li jinkludu l-użu mill-ġdid ta' ilma griż trattat (grey water), u t-trattament ta' ilma mormi minn negozji jew intrapriżi li joperaw tul il-kosta. • Investimenti fis-sistemi ta' produzzjoni u distribuzzjoni tal-ilma • Żieda ta' 30% fil-kapaċità ta' produzzjoni tal-impjanti tar-Reverse Osmosis • B'investment ta' €12-il miljun, inżidu l-produzzjoni tal-ilma b'20% u r-riservi tal-ilma • Se jinbidlu madwar 40 kilometru ta' mejnijiet antiki li minnhom diġà tlestew madwar 25% • Mejn ġdid ta' trasferiment tal-ilma bejn l-impjant tar-Reverse Osmosis fiċ-Ċirkewwa u l-ġibjuni ta' Ta' Qali u mejn li jwassal l-ilma min-Naxxar sas-Salini • Jasal fl-aħħar stadji ta' tlestija l-impjant għat-tisfija ta' drenaġġ f'Sant'Antnin • Proġett intiż biex jindirizza żbroffi ta' drenaġġ fl-inħawi tal-Marsa IL-ĦADD 30 TA' OTTUBRU 2022 • illum

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2022