Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482980
IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2022 • illum 06 Baġit2023 IL-ĦADD 30 TA' OTTUBRU 2022 • illum U int kif se tkun qed tintlaqat mill-Baġit? Jane hija pensjonanta xebba. Irtirat fl-2021 wara snin taħdem ma' kumpanija privata. Barra miż-żieda ta' €9.90 għall-għoli tal-ħajja, hija ser tgawdi miż-żieda ta' €2.60 fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħha u minn titjib fil-parti tal-bonus għall-għoli tal-ħajja li tirċievi separatament, bħala riżultat ta' proċess li ser iwassal biex finalment dan il-bonus jibda jitħallas sħiħ lill-pensjonanti kollha. Dan minbarra li tikkwalifika għal madwar €100 fis-sena kumpens addizzjonali minħabba l-mekkaniżmu ġdid li ġie implimentat f 'dan il-baġit. B'kollox Jane se tiżdied €828 fis-sena jew €16 fil-ġimgħa. Ramona u John, koppja impjegati fis-settur privat li jaqilgħu l-paga medja u li għandhom żewġt itfal taħt is-16 il-sena. Bejniethom ser jieħdu żieda ta' €1,030 fil-pagi tagħhom flimkien ma' żieda ta' €180 fis-suppliment li jitħallas mal-allowance tat-tfal. Għax jibgħatu lit-tfal attivitajiet extrakurrikulari, bħal ballet u football, issa se jgawdu minn tax credit li tela' b'€200 għal kull wild. Huma ntitolati wkoll għar-rifużjoni tat-taxxa ta' €120. B'kollox se jirċievu €1,730 aktar fi dħul bejniethom matul l-2023, jew €33 fil-ġimgħa. Bħal ma tagħmel kull sena l-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn kif koppji u persuni differenti se jkunu qed jibbenefikaw mill-miżuri mħabbrin fil-Baġit 2023... Roberta, ġenitur single ta' żewġt itfal ta' 10 u 12-il sena u taqla' €12,000 fis-sena bħala paga. Bdiet taħdem din is-sena wara li għamlet xi snin fuq l-assistenza soċjali. Barra li ser tieħu żieda ta' €515 fil-paga tagħha hija se tkun intitolata għal żieda ta' madwar €12 fil-ġimgħa fir-rata tal-benefiċċju soċjali li baqgħet tirċievi bħala parti mit- titjib li sar fl-iskema tat-tapering tal-benefiċċji. Is-suppliment li tirċievi mal-allowance tat-tfal b'kollox ser jiżdied b'€180. Hija ser tkun intitolata wkoll għal pagament f 'rifużjoni tat-taxxa ta' €135. Se tieħu wkoll benefiċċju ta' madwar €600 grazzi għall-mekkaniżmu addizzjonali implimentat fil-baġit. B'kollox hija se tara €2,079 aktar fid-dħul fl-2023, jew €40 fil-ġimgħa. Philip u Jonathan, koppja Għawdxija li għadhom kemm iżżewġu u aktar kmieni din is-sena xtraw proprjetà f 'Urban Conservation Area (UCA), li tiswa €350,000. Iffrankaw €7,000 f 'taxxa tal-boll grazzi għall-estensjoni tal-miżuri mħabbra fil-baġit tas-sena li għaddiet. Dan minbarra li se jirċievu għotja ta' €30,000 għax xtraw din it-tip ta' propjetà. Issa bil-miżura mħabbra f 'dan il-baġit se jieħdu €10,000 fuq medda ta' għaxar snin biex jagħmlu tajjeb għal parti mill- pagament tal-loan li ħadu. Roderick u Rebecca, għandhom tifel taħt is-sittax-il sena li jbati minn diżabilità. Noel biss għadu jaħdem għax Claire ilha li waqfet taħdem ħames snin biex tieħu ħsieb it-tifel. Il-paga ta' Noel hija ta' €15,000 fis-sena. Huwa se jara żieda fil-paga ta' €9.90 għall-għoli tal-ħajja. Se jibda jirċievi tax credit ta' €200 ħa jagħmel tajjeb għal spiża fuq terapija għat-tifel, kif ukoll madwar €450 grazzi għall-mekkaniżmu addizzjonali. Claire issa se tingħata erbgħa snin krediti ta' bolol biex jagħmlu tajjeb għall-perjodu li ilha ma taħdimx. B'kollox din il-familja se tara €1,165 aktar fid-dħul fl-2023, jew €22 fil-ġimgħa.