Illum previous editions

ILLUM 30 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482980

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 30 TA' OTTUBRU 2022 • illum aħbarijiet Kważi 52% tal-poplu kellu l-kanċer jew jaf lil xi ħadd li kellu l-kanċer ANTHEA CACHIA Nofs il-poplu kellu l-kanċer jew jaf lil xi ħadd li kellu l-kanċer. Dan jirriżulta minn sondaġġ ikkummisjonat mill- Fondazzjoni Marigold. Fil-fatt 51.7% tal-poplu qal li kellu l-kanċer jew jaf lil xi ħadd li kellu l-kanċer. Tant hu hekk li l-aktar kanċer komuni kien il-kanċer tas-sider b'24.5%, il-kanċer kolorettali b'12.5%, warajh il- kanċer tal-pulmun b'12.2%, segwit mill-kanċer tal-prostata b'7.7% u l-kanċer tal-għonq tal- utru b'6.6%. Iċ-Chairperson tal-Fondazz- joni Michelle Muscat qalet li minkejja li ssir ħafna ħdima waqt ix-xhur ta' Ottubru u Novembru għall-kampanji tal-Pink October u l-Movember, stqarret li hu kruċ- jali li din il-ħidma tilħaq lil poplu. Għaldaqstant wara kull kampan- ja l-Fondazzjoni tikkumissjona s-sondaġġ. Tajjeb li nirrimarkaw li din il-kampanja kellha impatt kbir fuq in-nisa Maltin fil-fatt kienu 84% tal-parteċipanti li semgħu bil-kampanja tal-kanċer tas-sider filwaqt li 80% ħasbu li din kienet effettiva. Apparti minn hekk żewġ persuni minn kull tlieta saħqu li għandhom għarfien tajjeb dwar il- kanċer tas-sider. Minkejja dan, il-folja inqal- bet kompletament għall-kanċer tal-ovarji u tal-għonq tal-utru. Fil- fatt Muscat tgħid li kienu dawn ir-riżultati li wasslu biex għall- Pink October tal-2022 għażlu li jagħtuhom attenzjoni speċjali. Minkejja dawn iċ-ċifri pożittivi, kważi 97% tal-parteċipanti ta' dan is-sondaġġ qablu li hemm bżonn ta' aktar kampanji. Tant hu hekk li Muscat sostniet li ħafna persuni, inkluż il-parteċipanti, talbu għal kampanji realistiċi li juru mara u raġel b'ġisem ordinarju - u mhux sterjotipiku ta' kif suppost jidher - mingħajr ħafna irtokki. "Kulħadd uman u ħadd m'għan- du ġisem perfett u għalhekk meta nagħmlu l-kampanja tagħna irridu nuru ġisem realistiku filwaqt li ma nibżgħux nuru persuni jittestjaw lilhom infushom," qalet Muscat. Żiedet tgħid li llum is-soċjetà in- bidlet u għandha mentalità differ- enti u li ħafna jippreferu li jaraw filmat ta' mara jew raġel jeżam- inaw lilhom infushom mingħajr ħafna ċensura. L-ewwel edizzjoni tal-Pink Lunch Time Conversations Meta wieħed jitkellem fuq il- kanċer dak li jkun awtomati- kament jassoċjah ma' affarjiet negattivi; It-tbatija, ħajja li nqal- bet ta' taħt fuq u biża' li qatt mhu se toħroġ minn din l-esperjenza ħajja. Iżda dik mhix ir-realtà li l-kam- panja tal-Pink October u Movem- ber trid turi. Għall-Fondazzjoni Marigold, pijuniera f'dawn il-ka- wżi, il-kanċer mhix sentenza tal- mewt anzi, minkejja l-isfidi li jġib miegħu l-kanċer, temmen li l-ħajja ma tiqafx wara d-dijanjożi. U għalhekk fuq dan il-ħsieb, ġi- et organizzata għall-ewwel darba l-Pink Lunchtime Conversation, li taħt saqaf wieħed laqqgħat lil tobba, survivors, personalitajiet Maltin u l-midja. Dan bil-għan li, bejn bela' kafè u oħra, kulħadd jiddiskuti u jaqsam ir-relazzjoni tiegħu mal-kanċer biex jaraw kif din l-esperjenza minkejja l-ostakli li ġġib magħha, għandha realtajiet oħra. Minkejja li ħafna jafu kif jiċċekkjaw lilhom infushom għall-kanċer tas-sider 97% iridu li xi ħadd jurihom kif verament tagħmel dan, fuq ġisem realistiku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2022