Illum previous editions

ILLUM 30 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482980

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films IL-ĦADD 30 TA' OTTUBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-film 'The Quiller Memorandum' - Spiji u kontro-spiji (1) Lejn l-aħħar tas-snin ħamsin u kważi s-snin tas-sittinijiet kollha, l-Gwerra Bierda kienet fl-aqwa tagħha. B'hekk, inħolqu spiji fuq kull naħa u anki spiji "doppji", li jaħdmu kull fejn jistgħu biex jaqilgħu flus tajba. Iċ-ċinema f 'dak iż- żmien ma qgħaditx lura u films tal-aġenti sigrieti u spiji oħra kienu popolari. Fis-sena 1962 beda r-renju ta' James Bond, spija tal-Maesta' Tagħha r-Reġina, b'liċenzja li jista' joqtol. Tant għamlu suċċess u kienu popolari (u għadhom) il-films tal-Aġent 007 li ħafna oħrajn bdew jikkupjawhom. Imma l-ispiji awtentiċi ma kinux ta' dan it-tip. Il-ħajja ta' spija ġenwin hi waħda ta' iżolazzjoni, intriċċi minn taħt, segretezza, vjolenza mill-inqas jew kważi xejn. Xi films ta' dan il-perjodu li tassew qabdu l-atmosfera li jħabbat magħha aġent sigriet veru huma, Our Man In Havana (1959), The Ipcress File (1965), Funeral In Berlin (1966) u wieħed mill-aktar awtentiku kien The Spy Who Came In From The Cold (1965), bl-attur Richard Burton. L-awtur Elleston Trevor kiteb patafjun ta' stejjer dwar l-ispiji u wieħed minn dawn, li sar trattament fuqu għall- liżar il-kbir kien The Quiller Memorandum (1966). Dan kien wieħed mill-films tajbin ta' dan il-ġeneru, thriller ambjentat fis- snin sittin f 'Berlin tal-Punent, benniena tal-ispiji fejn l-aġent Quiller jintbgħat biex jinvestiga organizzazzjoni neo-Nażista. Il-film, produzzjoni Anglo- Amerikana, kien addattat minn fuq in-novella The Berlin Memorandum ta' Trevor, li kitibha taħt l-isem ta' Adam Hall. Elleston Trevor twieled nhar is-17 ta' Frar 1920 u miet fit- 2 ta' Lulju 1995 ta' 75 sena. Hu kien novelist u kittieb tal- palk Brittaniku li kiteb novelli taħt ħafna psewdonomi, bħal Simon Rattray, Howard North, Warwick Scott, Roger Fitzalan, Mansell Black, Trevor Burgess, Caesar Smith, Lesley Stone u oħrajn. Hu twieled bl-isem ta' Trevor Dudley-Smith pero', eventwalment, bidlu għal Elleston Trevor. Kiteb ukoll kotba dwar diversi ġeneri, iżda jibqa' l-aktar mfakkar għall- istorja avventuruża The Flight Of The Phoenix li kitbu taħt ismu propju. Dan ix-xogħol ambizzjuż inħadem darbtejn għaċ- ċinema. Għamel ukoll suċċess bit-thrillers tal- Gwerra Bierda, li fihom il- protagonist hu l-aġent sigriet Quiller, kollha miktubin taħt l-isem ta' Adam Hall. E l l e s t o n Trevor twieled fi Bromley, Kent, għex Spanja u Franza qabel ma telaq fl- 1973 lejn l-Istati Uniti. Kien m i ż ż e w w e ġ u kellu tifel, J e a n - P i e r r e Trevor. Kien kapaċi ħafna fl-arti marzjali, l-aktar il- karate. Is-serje tal- Aġent Quiller t i f f o k a fuq spija k o m p e t e n t i , ta' għalih w a ħ d u , m s e m m i għal Sir A r t h u r Q u i l l e r Couch, li j a ħ d e m k w a ż i iżolat minn k u l l ħ a d d g ħ a l l - uffiċju governattiv li ma jeżistix. Quiller, li mhux ismu veru, jokkupa post fin-nofs bejn James Bond u l-awtur John Le Carre'. Dan l-aġent hu mħarreġ sew fis-sewqan, bħala pilota, bugħaddas u lingwist fin, imma qatt ma jġorr pistola fuqu. Billi kapaċi jirreżisti għat- torturi, s-superjuri tiegħu jafdawlu l-aktar missjonijiet perikolużi fejn jinqabad u jgħaddi informazzjoni falza biex jgħarraq il-pjanijiet tal-għadu. L-ewwel minn novelli Quiller li kiteb Trevor kienet propja e Berlin Memorandum, fejn fl-Istati Uniti semmewha e Quiller Memorandum li rebħet Edgar Award mill-grupp Mystery Writers of America, għall-aqwa novella. Din kienet l-unika waħda li sabet ruħha fiċ-ċinema fl-1966 u fis-sena 1975 ġiet addattata f 'serje televiżiva. Il-film tal-gwerra Dunkirk (1958) kien ibbażat fuq waħda mill-istejjer tiegħu, e Big Pick-Up. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2022