Illum previous editions

ILLUM 30 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482980

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 Baġit2023 IL-ĦADD 30 TA' OTTUBRU 2022 • illum 'Anke għall-2024 hemm ċans ta' COLA għolja;' L-MEA twissi dwar inflazzjoni li tkun iġġenerata internament' YENDRICK CIOFFI Id-Direttur Ġenerali tal- Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil Min Iħaddem (MEA), Joseph Farrugia spjega mal-gazzetta ILLUM kif l-inflazzjoni tista' tonqos jekk il-prezzijiet minn barra, partikolarment dawk tal-enerġija jonqsu. Madanakollu wissa li jista' jkun hemm inflazzjoni li tkun iġġenerata internament. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Farrugia jekk l-MEA għadhiex temmen li żieda qawwija fil- COLA, tistax twassal biex l-inflazzjoni tiżdied u mhux tonqos u dan wara li l-Gvern ta żieda ta' €9.90 fil-ġimgħa. Farrugia insista li minkejja li qed ikun imbassar li l-inflazzjoni se tonqos matul is-sena d-dieħla, xorta waħda se tkun f 'livell għoli ħafna u għalhekk anke fl-2024 hemm ċans li l-COLA (jiġifieri ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) terġa' tkun għolja. "Il-COLA tista' tikkontribwixxi għal inflazzjoni doppja għax l-ispejjeż tan- negozji jiġu mgħoddija lill-klijenti li jistgħu jkunu kumpaniji oħra jew finalment il-konsumatur innifsu," spjega Farrugia. Madanakollu irrikonoxxa wkoll li mhux il-kumpaniji kollha jistgħu jagħmlu dan, anke għax dan jiddependi mill-karatteristiċi kemm tal-prodott jew inkella tas- servizz li joffru l-istess kumpaniji. Is-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq ukoll tilgħab rwol importanti. 'Oxxenità: Il-€200 miljun żejda li l-Gvern se joħroġ bħala settlement għal ħaddiema żejda fl-Air Malta' L-ILLUM staqsiet ukoll lil Farrugia għaliex fl-ewwel reazzjoni għall-Baġit, l-MEA appellat lill-Gvern biex fiċ- ċirkostanzi preżenti, iżomm dixxiplina fin-nefqa tiegħu u fost oħrajn issemmi l-għadd ta' impjiegi "mhux produttivi" fis- settur pubbliku. X'riedet tfisser l-MEA meta tgħid "impjiegi mhux produttivi?" Kemm hi gravi din is-sitwazzjoni? Joseph Farrugia beda jisħaq li s-sitwazzjoni preżenti hija diffiċli ħafna u faħħar lill-Gvern li għażel li jerfa' ħafna mill-piż hu billi jissusidja l-enerġija, il-fuels u ċ-ċereali b'mijiet ta' miljuni ta' ewro. Propju minħabba dan, li fi kliem Farrugia, il-Gvern jeħtieġ jindirizza l-ħela ta' fondi pubbliċi. "Huwa għalhekk li l-MEA tikkritika l-livell ta' impjiegi mas- settur pubbliku, għaliex in-nies jistgħu jiġu utilizzati aħjar f 'xogħol produttiv u dinjituż. Huwa għalhekk ukoll li l-Assoċjazzjoni ddeskriviet is-sitwazzjoni fl-Air Malta, fejn huwa stmat li l-Gvern se joħroġ €200 miljun bħala settlement għal ħaddiema żejda, bħala oxxenità," kompla jisħaq Farrugia. 'L-aspett ambjentali seta' ngħata aktar attenzjoni' Il-Baġit jinkludi diversi miżuri biex jindirizza s-sitwazzjoni ta' dawk l-aktar milquta mill-għoli tal-ħajja. Ħaseb biex il-familji jibqa' jkollhom biżżejjed flus fil- but, li wara kollox hija xi ħaġa tajba għan-negozji. Iżda lilhinn minn dan, il-Baġit kemm ħaseb biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja? X'taħseb l-MEA dwar dan? Farrugia insista li fil-Baġit sar sforz biex ikunu protetti dawk li huma l-aktar esposti għall-impatt tal-inflazzjoni ġġenerati mill- problemi li hemm fl-Ukrajna. Qal li din id-dimensjoni soċjali hija importanti u mistennija fiċ- ċirkostanzi. Madanakollu qal ukoll li l-kwalità tal-ħajja tmur oltre mill-finanzi għax tinkludi wkoll aspetti oħrajn, inkluż it- tniġġis fl-arja, l-ispazji miftuħa, l-istorbju u fatturi oħra. "L-aspett ambjentali seta' ngħata aktar attenzjoni mhux biss fil-Baġit iżda matul l-andament kollu ta' din l-amministrazzjoni," saħaq Joe Farrugia. 'Id-diskors tal-Baġit sar mezz ta' propaganda meta suppost jispjega l-miri tal- infieq u d-dħul tal-Gvern' Bħall-UĦM (ara paġna 8), l-MEA kkritikat ukoll il-Baġit għax fi kliemha huwa nieqes mil-viżjoni fit-tul. Iżda l-ILLUM tistaqsih għaliex qed jagħmlu dan l-enfasi, meta l-pajjiż għaddej minn sfidi urġenti li jeħtieġ ikunu indirizzati illum qabel għada. Farrugia beda jisħaq li fiċ- ċirkostanzi li d-dinja għaddejja minnhom, wieħed jifhem li l-Baġit kellu jikkonċentra l-aktar fuq l-immedjat. "L-iskop ewlieni tal-Baġit hu li jispjega l-miri tal-infieq u d-dħul tal-Gvern għas-sena li ġejja. Sfortunatament f 'Malta, dan id-diskors huwa mezz ta' propaganda fejn diskors li ma għandux jieħu aktar min-nofs siegħa, jiġi mkaxkar għal aktar minn sagħtejn!" qal Farrugia. Insista li l-Baġit huwa ħolqa waħda minn katina sħiħa anke għax ikun hemm elementi ta' nfieq u dħul li l-konsegwenzi tagħhomo ma jkunux limitati għal sena iżda jkollhom riperkussjonijiet aktar fit-tul. Għalhekk, temm jgħid Farrugia, wieħed jistenna aktar impenn għal ċertu deċiżjonijiet li jistgħu, fost oħrajn, jaffettwaw ir-ristrutturar tal-ekonomija permezz ta' taxxi u nfieq li jatturaw u jinċentivaw ċertu attivitajiet eknomiċi, filwaqt li jistgħu jnaqqsu oħrajn. Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil Min Iħaddem jisħaq mal-ILLUM li anke jekk is- sena d-dieħla l-inflazzjoni mistennija tonqos, din xorta se tkun għolja u għalhekk tista' twassal għal COLA ogħla fl-2024. Iwissi mill-ġdid dwar il-possibbilità li n-negozji jgħaddu dan il-piż fuq il-klijenti tagħhom 'L-iskop ewlieni tal-Baġit hu li jispjega l-miri tal-infieq u d-dħul tal-Gvern għas-sena li ġejja. Sfortunatament f'Malta, dan id- diskors huwa mezz ta' propaganda fejn diskors li ma għandux jieħu aktar min-nofs siegħa, jiġi mkaxkar għal aktar minn sagħtejn!' Joseph Farrugia - Direttur Ġenerali tal-MEA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2022