Illum previous editions

ILLUM 30 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482980

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 30 TA' OTTUBRU 2022 ma baqgħetx fit-toroq. Din trid tinbidel' mistennija tkompli sal-2024. "Jien għamiltha ċara li l-istrateġija li jmiss u li għaldaqstant tibda fl- 2025, nibdew naħdmu fuqha minn issa, għaliex niem li ċ-ċirkostanzi ta' llum huma differenti minn dawk ta' qabel," sostna Farrugia. Apparti minn hekk fakkar li għalkemm il-Kunsill huwa appuntat, mhux qiegħed fil-liġi Maltija, "allura tajt direzzjoni biex dan jiġi integrat fil-liġijiet Maltin u jkollu terms of reference ċari ta' kif jaħdem mal- Gvern, inkluż ma' Trasport Malta u Infrastructure Malta." 'Il-kampanji m'għandhomx ikunu fi żmien il-Milied biss' Il-Ministru Farrugia fakkar li dalwaqt naraw il-kampanji kontra s-sewqan taħt l-influwenza tal- alkohol u filwaqt li qal illi huwa tajjeb li jsiru dawn il-kampanji, "dawn m'għandhomx ikunu limitati għaż- żmien tal-festi biss, iżda għandhom isiru waqt is-sena kollha." Apparti minn hekk, qal li m'għandniex niffukaw fuq ix-xorb biss iżda l-kampanji għandhom jindirizzaw d-distrazzjonijiet oħra waqt is-sewqan. "Qabel konna naraw ħafna persuni li jċemplu waqt li jsuqu, illum ħafna qed jibagħtu l-messaġġi," kompla jgħid Farrugia. Żied li f 'laqgħa mal-Ministru għall-Edukazzjoni l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clion Grima iddiskuta l-integrazzjoni tas-Sigurtà fit-Triq bħala parti mill-kurrikulu fl- iskejjel, "biex minn ta' ċkuntihom it- tfal jitgħallmu dwar il-kodiċi tat-triq, kif kienu jgħallmuna fil-passat." Persuni li għandhom aktar minn 80 sena għandhom isuqu? Dan l-aħħar kienu bosta li esprimew il-ħsieb - tajjeb jew ħażin, taqbel jew le - illi għandu jkun hemm regoli aktar rigorużi għal sewwieqa 'l fuq minn 80 sena. Farrugia jaqbel ma' dan is- sentiment? Għal dan Farrugia wieġeb li meta persuna tagħlaq ċertu età, it-tobba tal-familja jivverifikaw jekk dawn jistgħux isuqu jew le. "Wieħed irid jara jekk dan l-eżerċizzju hux qed isir b'mod rigoruż jew le u għalhekk għandna naċċertaw li qed issir analiżi tajba tal-kundizzjoni ta' persuna," qal Farrugia. Huwa ħeġġeġ lil dawk li forsi ma jkunux jistgħu isuqu biex jużaw it-trasport pubbliku, speċjalment issa li sar b'xejn għal kulħadd inkluż l-anzjani. "Jew iridu jużaw il-karozzi tagħhom bilfors?" 10 xhur, 22 mewt Fl-aħħar snin Malta rat medja ta' 15 u 20 mewt fis-sena, ikkawżati minn inċidenti fit- toroq. Madankollu din is-sena, fi żmien 10 xhur biss diġà qbiżna din il-medja hekk kif sa' issa Malta rat 22 fatalità, 17-il raġel u erba' nisa. Minn mewt ta' onkoloġista maħbub għall-aħbar xokkanti ta' hit-and-run fiż-Żejtun, l-ewwel imwiet tas-sena seħħew fl- ewwel ġimgħa. Fit-tieni jum tas- sena titlef ħajjitha traġikament mara' ta' 80 sena mill-Ħamrun u mietet minħabba l-ġrieħi li ġarrbet. Jumejn wara Malta inħasdet bil-mewt tal-Onkologu Victor Calvagna li ntlaqat minn karozza meta mar jiġri fil-Qawra lejn l-aħħar ta' Diċembru. Żewġ Eritrej ta' 29 u 31 sena tilfu ħajjithom fi Triq Diċembru 13, fil- Marsa. Intant Malta tilfet ukoll żewġ couriers tal-ikel Ajay Sehrestha raġel min-Nepal ta' 28 sena li tilef f 'Aldo Moro u Bulgaru ta' 38 sena Yani Kuzmanov li tilef ħajtu fi Triq Anton Buttigieg fiż-Żejtun. Fl-istess triq tilef ħajtu Antoine Degabriele ż-Żejtuni ta' 51 sena, b'hit-and-run. Jiem wara, Kristina Zivanovic ta' 23 sena tilfet ħajjitha meta ttajret minn tal-linja. Intant din il-ġimgħa fi żmien tliet ijiem biss Malta tilfet tliet persuni, bl-aktar riċenti jkun Anthony Bongailas iż-Żejtuni ta' 69 sena li ttajjar iż-Żejtun stess u r-raġel ta' 24 sena mill- Venezuela Jesus Reina, li ttajjar fi Triq Diċembru 13 ukoll. U fit-23 ta' Ottubru Malta tilfet il-maħbuba Marie Claire Lombari li tilfet ħajitha kawża ta' inċident bil-mutur, fi Triq l-Imdina r-Rabat. Caption: Antoine Degabriele li miet b'hit-and-run ta' 51 sena u Marie Claire Lombari li tilfet ħajjitha nhar is-Sibt 23 ta' Ottubru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2022