Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482980
25 kummerċjali IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2022 • illum Dinjija, iżda din il-lokalitá għandha storja li tmur aktar lura fiż-żmien. Matul il-bini ta' Baċir No. 1, il-ħaddiema saħansitra sabu anke fdalijiet megalitċi. Fost dawn il-fdalijiet kien hemm ukoll fdalijiet mir-raba' u t-tielet millenju ta' Qabel Kristu waqt li ż-żona kienet qed tintuża bħala port għall-Puniċi u eventwalment mir-Rumani. X'għandu jistenna wieħed waqt il- gwida mal-esperti tagħna Waħda mill-ewwel waqfiet se tkun ħdejn il-mitħna ta' Santa Margerita li tmur lura għas-seklu sbatax, li kienet tintuża għall- produzzjoni tal-porvli. Żmien li hu meqjus bħala wieħed diffiċli għal Malta hekk kif il-poplu ried jipprepara lilu nnifsu kontra l-għadu. Sfortunatament, fis-snin ta' wara fis-seklu tmintax seħħet traġedja meta splużjoni kbira heżżet il-polverista li kienet fil-qrib. Bosta familji fiż-żona tilfu qarib jew ħabib dakinhar hekk kif tilfu ħajjithom madwar 200 persuna, b'bosta oħra ndarbu. It-Teatru Rialto huwa post ieħor fejn l-esperti tagħna se jkunu qed jieqfu. Għal dawk tal-lokal, dan jinsab fiċ-ċentru tal-belt. Dan fetaħ il-bibien tiegħu mill-ġdid bħala ċinema fl-1956 wara l-ibbumbardamenti li ħallew it-teatru fix-xejn lura fis-snin erbgħin. Il-bini li nafuh kif inhu llum ġie ddisinjat fuq stil Art Deco minn missier Richard England, Edwin England Sant Fournier, u li fih kien jospita sa' elf persuna. terġa' tiskopri l-ġmiel ta' Bormla! Fejn se joħduk aktar l-esperti tagħna? • St Margaret Church, Triq Santa Margerita • 48 Triq Santa Margerita, • Verdala • 170 Triq L- Oratorju • Il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni • Il-Monument tal-Gwerra • Baċir No. 1 Interessat? Irriserva post billi tibbukkja onlajn fuq www.pa.org.mt. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 2290 2021. Il-prezz tal-partiċipazzjoni huwa ta' €5 għal kull persuna. Id-dati għall-mixja bi gwida 30 ta' Ottubru 2022 27 ta' Novembru 2022 18 ta' Diċembru 2022 29 ta' Jannar 2023 26 ta' Frar 2023 26 ta' Marzu 2023 30 ta' April 2023 28 ta' Mejju 2023