Illum previous editions

ILLUM 30 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482980

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 Baġit2023 IL-ĦADD 30 TA' OTTUBRU 2022 • illum Il-but, l-ambjent, it-traffiku u Il-Baġit indirizza l-akbar tħassib tal-Maltin? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-baġit issa tressaq. Issa nafu l-elenku ta' miżuri li tħabbru u anke l-ħafna diskors illi fih jitratta diversi oqsma ekonomiċi u soċjali. Pero' l-Baġit kemm indirizza l-problemi u l-isfidi li qed jiffaċċjaw u jdejqu l-aktar lin-nies? Qiegħed jindirizza l-ambjent jew ħafna greenwashing? Qed jitratta l-problema tat-traffiku? Kif qed jitratta l-problema tal-għoli tal- ħajja? U dawk li ma jifilħux jsiru sidien ta' darhom kif se jintlaqtu? Kontijiet, sussidju u l-flus minn fejn ġejjin? L-enerġija qed tiġi diskussa ħafna bħalissa, hekk kif l-Ewropa qed tiffaċċja prezzijiet tal-gass dejjem jogħlew li qed iwasslu għal kontijiet ogħla fil-kontinent, nuqqas ta' gass u biża' li ma jkunx hemm biżżejjed forniment ta' gass fix-xitwa biex l-ewropej iżommu d-djar sħan. Il-Gvern Malti qed jagħmel tajjeb għal dan billi joħroġ sussidju li jlaħħaq kważi €600 miljun. Dan huwa pass li intlaqa' b'mod pożittiv mill-unjins, għax anke jekk dawn huma flus li ħerġin mill-Kaxxa ta' Malta u allura minn ximkien iridu jiġu, minn naħa l-oħra qed iwasslu biex il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma jogħlewx b'mod astronomiku bil-konsegwenza li wara pandemija n-negozji jerġgħu jieħdu daqqa finanzjarja liema bħala, li twassal għal problemi ta' kompettitività u għal reazzjoni inflazzjonarja (oħra) qawwija. Il-mistoqsija dejjem tibqa' dik relatata mas-sostenibbilità finanzjarja u kemm il-pajjiż jiflaħ jibqa' joħroġ it aktar minn €600 miljun oħra biex joħloq dan il- "cushion" - sa ċerta punt artifiċjali - li jagħmel tajjeb għal dan is-sussidju tal-enerġija. Il-Ministru stess spjega kif dawn is-sussidji qed jiswew lill- pajjiż xejn inqas minn €70,000 kull siegħa, ewro minn kull 10 li jonfoq il-Gvern u allura 10% tan-nefqa totali tiegħu. Biżżejjed ngħidu li bis-sussidji ta' din is-sena u dawk tad-dieħla l-pajjiż kien jibni żewġ Sptarijiet Ġenerali oħrajn bħal Mater Dei (li sewa' €583 miljun). Il-Ministru waqt il-baġit diġà għadda ċerta mesaġġi ċari li dawn is-sussidji jfissru illi l-Gvern mhux se jifdallu wisq flus u allura jkun ifisser li hemm bżonn "dixxiplina fl- amministrazzjoni tal-pajjiż." Mela allura l-mistoqsija tiġi waħedha: Kemm nifilħu nibqgħu noħorġu dawn il-flus? Sena, sentejn? U dawn is-€600 miljun minn liema proġetti se jinqatgħu? Il-COLA u kollox se jibqa' jogħla? Biex jilqa' għall-għoli tal- prezzijiet - l-akbar fl-aħħar 22 sena minħabba ż-żieda qawwija fil- prezzijiet tal-ikel - il-Gvern ħabbar diversi miżuri: Cola ta' €9.90 li fil- fatt hija l-ogħla fl-aħħar 22 sena, €12.50 żieda fil-ġimgħa għall- pensjonanti, ċekk għal dawk kollha li jaqilgħu inqas mill-paga medjana ta' €17,796, ċekkijiet ta' rifużjoni tat- taxxa u żieda ta' €90 fiċ-children's allowance. Il-Gvern ħabbar ukoll aġġustament fil-pensjoni tar-romol, żieda fl-għajnuna lil persuni coeliac, żieda qawwija ta' €4,000 fil-Carers Grant u aktar. Dawn huma kollha miżuri li indirettament qed jagħtu it soljev finanzjarju quddiem realtajiet inflazzjonarji qawwijin li qed jimpattaw mhux it lill-but tal- ħaddiem bħalissa. Il-mistoqsija hija - u din mhux indirizzata fil-baġit: Iż-żieda qawwija ta' €9.90 fil-COLA għall- ħaddiema kollha se twassal għal mewġa ġdida inflazzjonarja? Biex nagħtu eżempju. Kumpanija li tħaddem 30 persuna full time (kumpanija żgħira/medja) se tara l-ispiża tal-pagi tiżdied b'€515 kull ħaddiem f 'sena, u allura żieda ta' €15,450 għal 30 ħaddiem - li tiġi ekwivalenti għal paga oħra. Issa jekk din iż-żieda se tgħaddi fuq il-prezzijiet tas-servizz jew inkella tal-prodott wieħed jistenna li l-COLA twassal għal mewġa oħra inflazzjonarja li tkompli ddgħajjef mis-saħħa tal-pagi. U allura l-mistoqsija hija: Deħlin f 'ċirku vizzjuż? Il-Ministru naturalment tkellem kontra l-idea tal-kontroll tal- prezzijiet u wera' kif dan ma jaħdimx għax jekk prodott minn barra issa ġie jiswa €1.10 għall- importatur, dak l-importatur mhux se jbiegħu €1 għax il-Gvern hekk jimponi u allura jispiċċa ma jġibx dak il-prodott. Sitwazzjoni li twassal għall-iskarsezzi. Tajjeb iżda li ninnutaw li fejn jidħol l-ikel - speċjalment qmugħ, ħaxix u frott - il-politika tal-Gvern mhux eżattament qegħda tħeġġeġ biżżejjed sitwazzjoni fejn il-pajjiż ikun self-sufficient għax ikollu settur agrikolu, kif ukoll dak tat- trobbija b'saħħtu. Dan il-baġit jonqos milli jagħmel aċċenn dwar dan il-punt tant importanti: Kif qed ngħinu lill- bdiewa u naċċertaw li l-agrikoltura tkun b'saħħitha biżżejjed biex tipproduċi aktar? Kif qed ikun assigurat li art agrikola mitluqa tinħadem? Kemm qed issir promozzjoni ta' laħam prodott minn annimali mrobbijin f 'Malta? Kemm qed tingħata għajnuna u ssir promozzjoni tal-industrija tal- inbid lokali u dik taż-żebbuġ għal produzzjoni taż-żejt? Fi it kliem: X'qed jagħmel il- Gvern biex Malta tkun self sufficient u indipendenti kemm jista' jkun fil- produzzjoni ta' ċerta tip ta' ikel? Biex jekk jerġa' jkollna xi pandemija jew kriżi ma niddependux mill-katina kollha tal-importazzjoni li tfisser illi prodott li tixtri hawn Malta ikun €1 aktar mill-istess prodott Sqallija? Iktar kemm niddependu fuq il- barrani għall-ikel, iktar se nibqgħu niffaċċjaw inflazzjoni u spejjeż relatati mal-importazzjoni, fost oħrajn. L-ambjent: Laqta' tajba aħdar... Iżda l-vera pjaga kulħadd jaf x'inhi! Dan il-Baġit kellu laqta' tajba ta' aħdar fih, fis-sens li hemm elenku twil ta' inizjattivi li ttieħdu. Fost dawn hemm il-ħidma fuq it-tieni interconnector, żieda ta' 1,200 charging point għal karozzi elettriċi, proġetti ta' urban greening, xogħol fuq il-Park tal-Inwadar u spazju miuħ minflok l-impjant ta' riċiklaġġ f 'Wied il-Għajn, il- proġett ta' tkabbir u titjib fil-Park Nazzjonali f 'Ta' Qali u elenku ta' proġetti li għaddejjin jew se jibdew u li huma relatati mal-imminiġġjar tal-iskart. Fost dawn hemm il- Multi-Material Recovery Facility li se tiaħ is-sena d-dieħla u li se titratta diversi materjali li kieku kienu jispiċċaw fil-miżbla, proġett ta' €50 miljun f 'Organic Processing Plant, Tariffi ġodda mill-1 ta' Jannar li ġej għal kull min ikun qed idaħħal skart mhux isseparat fil-miżbla tal-Magħtab, il-Material Recovery Facility li se tiaħ fil-ġimgħat li ġejjin u l-proġett tal-EcoHive (inċineratur). Minkejja dan, il-problema fl-ambjent kulħadd jaf li ġejja minn deċiżjonijiet meħuda mill- Awtorità tal-Ippjanar u l-policies ta' Gvernijiet sussegwenti matul is-snin - primarjament it-tkabbir fil-konfini tal-iżvilupp minn Gvern Nazzjonalista li ta artijiet sħaħ li ma kinux se jkunu żviluppati għall-iżvilupp - kif ukoll il-politika rurali taħt Gvern Laburista li waslet biex ħafna bdew jgħaddu minn nuqqasijiet fil-liġi biex b'hekk għorfa issir villa (jew lukanda wkoll) f 'nofs widien u anke artijiet barra ż-żona tal-iżvilupp (ODZ). Dan apparti żvilupp li jkun hemm parir li ma jingħatax permess għalih u Il-Baġit li tħabbar ġimgħa ilu kien fih elenku ta' miżuri li jtaffu mill-għoli tal-ħajja, kontinwità fuq inizjattivi ambjentali u aktar skemi biex tixtri darek. Imma kien fih il-viżjoni meħtieġa biex l-ambjent ma jibqax jinqered? Biex ikollna trasport tal-massa alternattiv u inqas traffiku? L-ILLUM tagħti ħarsa...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2022