Illum previous editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 kotba IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Noti għall-futur qrib Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Karl kien ra 'l bogħod, nerġa' nikkonferma, wisq aktar milli rajt jien. Sew mal-qari mill-ġdid ta' Il-Manifest tal- Killer (Merlin, 2020) u issa r-riedizzjoni ta' Taħt il-Kappa tax-Xemx (Merlin, 2022) – jien u nipprepara għal dibattitu dwar in-novelli ta' Schembri waqt il- Festival tal-Ktieb il-Ħadd li ġej – nerġa' mmur lura għaż-żmien meta kont ippubblikajtlu dan l-ewwel xogħol u rrifjutajt jew ittratenejt fuq l-ieħor. Il-qari mill-ġdid tagħhom, snin wara li ħarġu l-ewwel darba, mhux biss jikkonferma l-kwalità intrinsika tax-xogħol, iżda jiftaħ bibien interessanti u importanti dwar il-kontenuti u l-attitudnijiet. Fil-qosor, filwaqt li Il-Manifest, fost bosta ħwejjeġ oħra, iħabbar soċjetà ċivili organizzata li teħodha kontra l-eċċessi tal- poter ingarżat man-negozju u attivitajiet suspettużi, Kappa jbassar u jħabbar qagħdiet, kważi bi preċiżjoni klinika, li llum saru l-ħobżna ta' kuljum malli niftħu għajnejna għal jum ieħor. Bħala ktieb Minima, Taħt il- Kappa tax-Xemx seta' bata għal diversi raġunijiet, bl-istess mod li Il-Manifest tal-Killer, fost ċirkostanzi varji, kont bgħattu lura 'biex jerġa' jinkiteb' (jekk sarx hekk, ma nafx) u forsi kont qrajt il-manuskritt b'mod distratt wisq. Nintebaħ li fil-każ ta' Karl, kien x'aktarx l-aħħar awtur ġdid li ppubblikajt, u minkejja s-suċċess relattiv ta' xogħlu u anki r-riċezzjoni kritika, jaf kien l-inqas li ħdimt fuqu. Nimmaġina li l-fatt li d-dar tal-pubblikazzjoni kienet qed tfittex l-espressjoni letterarja u stilistika ġdida u li għamlet il- ħoss bi Stagno u l-iscoop b'Sara Sue ta' Immanuel Mifsud, fisser li xogħol Karl kien akkwist ġdid u sabiħ imma seta' xekklu n-nuqqas potenzjali ta' fixfixò pubbliċitarju li rajtlu. Mhix mea culpa, imma riflessjoni matura dwar żmien u ieħor. Xogħol Schembri stajt issottovalutajtu għaliex kien parti minn tradizzjoni stabbilita tas-satira, f 'forom, formati u mezzi varji, u kellu l-karatteristiċi standard tas- satira la Maltija mħaddma tajjeb, kontra ċerti soluzzjonijiet għajjiena jew sterjotipati, u mbagħad id-dimensjoni superjuri li fil-foga ta' dak iż- żmien, jaf m'apprezzajthiex biżżejjed. Il-karattri tas-satira sikwit ikunu jeħtieġu jkunu, jekk mhux ċatti, eżaġerati u jfakkru mill-ewwel f 'tip, imma mhux l-ewwel darba li xogħol bħal dan jimbuttak mill-ewwel malli tara u tisma' xi aċċent jew diskors sfurzat, inkella t-teknika għażżiena tal-kunjom doppju u triplu għal karattru soċjalment għoli, filwaqt li l-baxx dejjem Lippu jew Peppu b'laqam li xorta ma jiddistingwihx wisq mill-kotra tal-karattri oħra. Taħt il-Kappa tax-Xemx għandu x-xamma ta' din it- tradizzjoni kollha, imma l-intenzjoni awturjali u l-impenn ġurnalistiku, fost l-oħrajn, iqabbżuh bosta livelli minnufih. In-novelli jistgħu wkoll jitqiesu bħala metariflessjoni dwar il-mestier ġurnalistiku, miktuba minn ġurnalist li madankollu għandu l-ħila tal-awtur letterarju, u allura mhumiex biss riflessjoni jew riproduzzjoni ċassa tar- realtà, imma stħarriġ intimu tal-verità u l-intoppi fit-tiftix għaliha, kif ukoll l-esplorazzjoni tad-dilemmi etiċi u morali ta' narratur protagonist impenjat daqs l-awtur reali. Mark Micallef huwa ġurnalist potenzjalment intrepidu li madankollu jiftaħ id-djarju tad- disfatti tiegħu bl-ammissjoni tat- telfa, wara li jitwarrab baxx baxx mix-xogħol u essenzjalment jitqies b'xi mod bħall-ibleh ta' Orlando. Iktar milli antieroj tellief, jibqa' karattru attiv li xorta waħda jibqa' jipprova jikxef il-borom u jtiegħem x'hemm ġo fihom, anki jekk ittiħdulu l-għodod tal-mestier. Jirnexxilu jagħmlu dan bis-setgħa tal- kitba, imma wkoll bl-għarfien matur sew tal-ambjent li jgħix u jaħdem fih – mgħarraf dwar Malta b' għeruqha u xnixilha – iżda wkoll bl-għarfien qadim, korteżija tal-ktieb ta' Koħelet, li m'hemm xejn ġdid taħt il-kappa tax-xemx. Imma jista' jkun li dak li kien qarraq bija dak iż- żmien. Il-ktieb kien ħareġ fl- 2002, f 'konġuntura storika ta' ġenerazzjoni li kienet biss

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2022