Illum previous editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 Peter Agius huwa espert fil-qasam Ewropew u Kandidat Prospettiv għall-Elezzjoni tal-MEPs Peter Agius opinjoni IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Is-settur kulturali taħt attakk kontinwu... mill-Gvern stess I s-settur tal-kultura għad- dej minn żminijiet dif- fiċli. Mhuwiex xi sigriet li l-artisti Maltin huma mxebbgħin sa mneħirhom li biex jirnexxilhom jagħmlu pass 'il quddiem, il-Labour ġabhom iridu jitkarrbu lil xi qaddis. Lanqas ma hi xi sigriet ta' Fatima l-pika li hemm bejn il-klikka taċ-Chairman tal- Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta Jason Micallef, fuq naħa, u l-klikka tal-Ministru Owen Bonnici, fuq in-naħa l-oħra. Jgħidulna li min jiġbed 'l hawn u min jiġbed 'l hemm, u l-artisti jitħallew jiżżeffnu fin-nofs. Qagħda tal-biki Infatti, bosta persuni li huma involuti fis-settur kulturali ta' pajjiżna, u li fl-aħħar xhur kelli l-opportunità niltaqa' magħhom, ilkoll qasmu miegħi l-frustrazzjoni tagħhom minħabba s-sitwazzjoni f 'dan is- settur tant kruċjali għas-soċjetà biex ma nsemmux, għall-prodott turistiku Malti. Il-fondi saru bir bla qiegħ għall-bażużli u skarsi bil-kbir għal ħaddieħor. Filwaqt li l-entitajiet kulturali ewlenin qed jitmexxew minn persuni tal- qalba li mhux dejjem ikollhom il-kredenzjali biex jerfgħu dik ir-responsabbiltà, biex jieħdu ċerti deċiżjonijiet ta' stoffa, jew biex iwettqu l-impenn mistenni minnhom, il-Ministru tal- Kultura Owen Bonnici ftit li xejn qed juri rieda politika li jiżgura tmexxija serja u kontabbli. L-aħħar skandli Wara li xi midja indipendenti, b'mod partikolari TheShiftNews, ippubblikaw informazzjoni dettaljata dwar każ serju ta' fastidju sesswali fl-orkestra filarmonika nazzjonali, il- Kelliema tal-Partit Nazzjonalista għall-Kultura Julie Zahra rreaġixxiet minnufih. Bi stqarrija u b'diversi konferenzi, il-PN spjega li n-nuqqas ta' azzjoni immedjata mill-Ministru Bonnici f 'dan il-każ, u saħansitra t-telefonata tiegħu lil kamra tal- aħbarijiet, ipoġġu l-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru f 'riskju serju ta' ambigwità. Fil-fehma tiegħi huwa inaċċettabbli li Owen Bonnici meta kien il-Ministru tal- Ugwaljanza kien jisħaq li n-nisa għandhom ikunu protetti minn kwalunkwe vjolenza, imbagħad meta ġie għas-si u n-no bħala Ministru tal-Kultura għażel li jinħeba wara investigazzjoni fl-orkestra filarmonika, minflok ma mar jirrapporta l-każ mill- ewwel lill-pulizija biex jipproteġi lill-vittma. Mhux it-teatru jew l-orkestra biss... Is-settur kulturali f 'Malta kollu kemm hu qed ibati minn nuqqas ta' professjonalita' fit- tmexxija tal-Gvern. L-industrija tal-films xejn anqas. Kittieba, diretturi tal-films, awturi u artisti ilhom issa sena u nofs fl-għama fuq il-fondi għall-films Maltin. Il-fondi mwegħda s-sena l-oħra baqgħu ma ħarġux. Dan waqt li l-Gvern issa ħabbar li ser jonfoq €11-il miljun biex iħallas kważi nofs il-paga tal-atturi ta' Hollywood li jiġu Malta. Il-baġit suppost previst għal 2022 ta €600,000 għall-films lokali għadu ma ntużax għax qatt ma ħarġu l-calls. Produtturi ta' films Maltin li għamlulna ġieħ barra minn xtutna u li jistgħu ikunu l-aħjar ambaxxaturi għat- turiżmu f 'pajjiżna baqgħu bla ebda għajnuna. Dan minkejja l-wegħdi qabel l-elezzjoni li l-Gvern ser iżid il-fondi - minn €600,000 għal żewġ miljuni. Minfok żied biss il-fondi għal barranin li jiġu jagħmlu l-films hawn u ħalla l-kreattivi Maltin bla għajnuna. Huwa tajjeb li nattiraw investiment barrani – bla dubju – però ma nistgħux nonfqu l-miljuni fuq il-barranin u sadattant inħallu l-prodott Malti ifalli u jipposponi proġetti ta films għax il-Gvern jibqa jkarkar saqajh biex joħroġ il-fondi meħtieġa. Tajjeb nattiraw l-investiment barrani – tajjeb ħafna wkoll li nattiraw produzzjoni ta' films barranin fi xtutna però dan irid isir pari passu waqt li ninvestu fil-prodott Malti. Tmexxija esperta Kull wieħed mill-każijiet li semmejna kien jeħtieġ azzjoni aktar serja biex ikollna inqas tbatijiet u inqas vittmi. Min imexxi irid jaġixxi differenti. Nappella biex is-settur kulturali jingħata l-istatus u l-attenzjoni li jixraqlu. Mhux biss billi l-fondi jitqassmu b'mod ġust ħalli nibżgħu għat-talent u niftħu l-opportunitajiet, iżda billi qabel xejn nagħrfu li tmexxija esperta u serja f 'dan il-qasam hija l-muftieħ biex is-sitwazzjoni tissewwa. Huwa inaċċettabbli li Owen Bonnici meta kien il-Ministru tal-Ugwaljanza kien jisħaq li n-nisa għandhom ikunu protetti minn kwalunkwe vjolenza, imbagħad meta ġie għas-si u n-no bħala Ministru tal-Kultura għażel li jinħeba wara investigazzjoni fl-orkestra filarmonika, minflok ma mar jirrapporta l-każ mill-ewwel lill-pulizija biex jipproteġi lill-vittma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2022