Illum previous editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 • illum 'Id-deċiżjoni tal-ewtanażja għandha tkun biss tal- individwu u ta' ebda persuna oħra' - Micallef ANTHEA CACHIA Il-mewt mhux suġġett daqstant pjaċevoli, fil-fatt ħafna jipprovaw jevitawh għal kollox. L-istess l-ewtanażja. Ħafna jisbuha diffiċli jaslu għall-konklużjoni dwar jekk jaqblux jew le. Madankollu mhux kulħadd jaħsibha l-istess tant hu hekk li d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef għandu pożizzjoni ċara fuq l-ewtanażja tant li qal mal-gazzetta ILLUM li jemmen "bis-saħħa li t-tbatija inutli u mtawwla mhi tajba għal ħadd." Huwa jiċċara mill-ewwel iżda li kull kumment li ta lil din il-gazzetta u li għamel diversi drabi fuq il-midja soċjali jirriflettu l-opinjoni personali tiegħu u mhux dik tal-partit. L-ILLUM kellmet lil Micallef fid-dawl tal-aħħar stqarrija tal- Prim Ministru Robert Abela f 'programm televiżiv li fih qal li, hekk kif imwiegħed fil-Programm Elettorali tal-PL, li l-Gvern se jiaħ lok għal diskussjoni fuq l-ewtanażja volontarja għal persuni b'mard terminali, iżda mhux biss. Abela wiegħed ukoll li l-ewtanażja m'għandhiex tkun punt ta' diskussjoni biss iżda minnha għandha toħroġ għażla definittiva; Jekk issirx legali, jew le. L-ILLUM tkellmet ma' Micallef minħabba l-fatt li huwa kien minn tal-ewwel li esprima opinjoni voċifera fuq dan is-suġġett. Tant hu hekk li stqarr mal-ILLUM li ta' sikwit tkellem fuq l-ewtanażja, kemm pubblikament kif ukoll internament fil-Partit Laburista. Fil-fatt huwa irrimarka li, "ċertu esperjenzi personali komplew isaħħuli l-fehma tiegħi sabiex nitkellem favur l-ewtanażja biex f 'pajjiżna jkun hawn din l-għażla." 'L-ewtanażja mhux biss kwistjoni ta' taqbel jew ma taqbilx' Intant infakkru wkoll li din il-gazzetta fl-2020 analizzat id- dilemmi bioetiċi tal-ewtanażja propju għaliex din mhix kwisjoni ta' taqbel jew ma taqbilx. L-ILLUM dak iż-żmien spjegat li l-ewtanażja tieħu forom differenti; attiva, passiva, diretta, volontarja u fil- forma tad-distanażja, fost oħrajn. Minkejja dan, lil hinn mit-tipi varji, l-ewtanażja tittratta biss il- pazjenti morda li waslu fl-aħħar ta' ħajjithom u li ma hemm l-ebda fejqan ħlief il-mewt jew kif ħafna jirreferu għaliha, il-ħajja ta' dejjem. Għaldaqstant ma jistax jiġi Ġanni li xeba' mill-ħajja u li jinsab fi stat ta' saħħa fiżika tajba u jagħmilha. 'Id-deċiżjoni tkun biss tal- individwu u l-ebda persuna oħra' L-ewtanażja għandha tkun marbuta ma' tbatija fiżika biss? Persuni li għandhom problemi psikoloġiċi kbar, li għalihom tieħu trattament li jwasslu biex ma jkollhiex ħajja denja u ta' dinjità, familthom għandha tingħata l-għażla? Hekk staqsiet l-ILLUM. Għal dan Micallef iwieġeb li d-deċiżjoni tal-ewtanażja għandha tkun biss tal-individwu ikkonċernat u tal-ebda persuna oħra "u tkun marbuta ma' tbatija fiżika u/jew mard terminali li se jwassal għall- mewt imminenti b'ċertifikazzjoni ta' aktar minn professjonist wieħed fil-proċess." Huwa tenna li l-individwu għandu jkollu l-jedd fuq id- destin tiegħu, dment li jkun fi stat ta' saħħa mentali li jagħmel dan. Apparti minn hekk, huwa jsostni li wieħed mill-mudelli li jeżistu u li skont hu għandu jkun il-bażi għad-diskussjoni lokali huwa dak ta' New Zealand, li ġie implimentat madwar sena ilu. Fi kliem sempliċi, dan il-mudell ma jippermettix lil kull min għandu marda terminali biex itemm ħajtu. Apparti minn hekk biex wieħed ikun eliġibbli għall-ewtanażja f 'New Zealand irid ikun marid b'marda li se twassal għal mewta naturali fi żmien sitt xhur, li jkun kapaċi jieħu d-deċiżjoni hu u li jkun qed isofri minn tbatija kbira. Sintendi, b'konsultazzjoni ħolistika ma' tim multidixxiplinarju. Għaldaqstant Daniel Micallef jgħid mal-ILLUM li "kuntrarju ta' dak li hemm min diġà qed jgħid, nies bħali li qed inkunu voċiferi g ħa l d a n i d - d r it t , ma nemmnux li l-ewtanażja għandha tapplika għal persuni ta' età avvanzata, b'diżabilità jew b'kundizzjoni ta' saħħa mentali." Micallef qal li fl-aħħar minn l-aħħar din mhix deċiżjoni faċli li persuna tasal għaliha. "Kull familja, sfortuntament hija milquta minn mard terminali u lkoll nafu xi tbatija dawn iġibu magħhom. Dan id-dritt għandu jkun aċċessibli imbagħad sta għall- individwu jagħmilx użu minnu jew le," temm jgħid mal-ILLUM id- Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef. Minn esperjenzi personali għal ispirazzjoni mill-mudell ta' New Zealand. Daniel Micallef, li huwa wkoll id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista jitkellem mal-ILLUM dwar il-pożizzjoni personali tiegħu fuq l-ewtanażja u fuq kif l-għażla għandha tkun biss tal-pazjent li qed imut Daniel Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2022