Illum previous editions

ILLUM 4 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487298

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 23

22 opinjoni IL-ĦADD 04 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Alex Agius Saliba huwa Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba L-Intelliġenza Artifiċjali fl-Unjoni Ewropea L -iżviluppi fit-teknoloġija huma sors importanti ħafna għall-iżvilupp tas-soċjeta' moderna. Tista' tgħid li dan l-iżvilupp huwa id moħbija wara l-progress kbir li rnexxielna niksbu matul is-snin li wasslu għal titjib konsiderevoli f 'ħajjitna. It-teknoloġija llum toffrielna iktar possibiltajiet u qed tgħinna naslu fejn qabel lanqas konna noħolmu li naslu. Wieħed mill-aktar suġġetti prominenti li qed jingħata importanza kbira fuq livell Ewropew huwa dak tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA). Din hija għodda utli ħafna li jekk tkun użata tajjeb għandha l-potenzjal li tgħinna negħlbu bosta sfidi li għandna u niffaċilitaw ħafna proċessi li sa issa dejjem kienu manwali u jieħdu ħafna ħin. Hemm il-potenzjal li din l-għodda twassal għal titjib sostanzjali f 'setturi importanti bħalma huma s-saħħa, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, il-ġlieda kontra l-pandemiji u l-ġuħ globali, titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies permezz ta' mediċina personalizzata u kif ukoll ħolqien ta' tkabbir u impjiegi sostenibbli. Pero' hemm tħassib marbut mal-użu sigur tal-IA, l-etika u l-ħarsien tad-drittijiet, u għaldaqstant jeħtieġ li nassiguraw li nagħmlu għażliet sostenibbli u jkollna liġijiet b'saħħithom bħala salvagwardja biex fl-aħħar mill-aħħar naraw li din l-għodda taqdina u mhux tgħakkisna jew toħloq aktar problemi milli ssolvi. Din hija materja li bħala Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew qiegħdin niħduha b'tant serjetà u qed inkunu minn ta' quddiem biex ninfluenzaw it-tfassil tal-qafas leġiżlattiv li qed jiġi diskuss bħalissa fl-Unjoni Ewropea. L-għan tagħna huwa li naslu biex ikollna liġi li tagħmel sens, li tati protezzjoni lil kull min potenzjalment jista' jmiss ma' din it-teknoloġija, u li fuq kollox tkun lesta biex tilqa' aktar żviluppi li nistgħu nistennew fil-futur. Wieħed mill-aktar punti ewlenin li qiegħdin nagħfsu fuqhom bħala Grupp huwa l-bżonn li jkun hemm sorveljanza tal-użu tal-IA u li min juża sistema tal-IA fin-negozju tiegħu għandu jwettaq valutazzjoni tal- impatt fuq id-drittijiet fundamentali u jippubblika r-riżultati, għaliex fl-aħħar mill-aħħar, dawn l-utenti ser ikunu jafu bl-aħjar mod ir-riskji li possibilment ikunu assoċjati mal-użu ta' dik is-sistema tal-IA partikolari. Barra minn hekk, ċerti prattiċi abbużivi għandhom ikunu projbiti, partikolarment dawk li huma perikolużi, li jafu jkunu ta' tfixkil jew inkella diskriminatorji. Il-Grupp qiegħed ukoll jiddiskuti l-introduzzjoni ta' sett ta' drittijiet li se jikkontribwixxu b'mod effettiv għall- infurzar tar-regolamenti u jgħinu liċ-ċittadini Ewropej ifittxu rimedju kontra l-ħsara kkawżata mis-sistemi tal-AI, inkluż il-bżonn li wieħed ikollu d-dritt għal spjegazzjoni, id- dritt għal ilment quddiem awtorità superviżorja, id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra awtorità superviżorja nazzjonali u d-dritt għal rimedju kollettiv. Element ieħor importanti f 'din id- diskussjoni huwa l-bżonn li fil-liġi jkun hemm sett ta' prinċipji komuni għas-sistemi kollha tal-IA, liema prinċipji jkunu qed jistabbilixxu regoli bażiċi dwar it-trasparenza, id-dritt għal spjegazzjoni, in-nondiskriminazzjoni u l-monitoraġġ. Aktar minn hekk qed nitkellmu wkoll dwar il- bżonn li jkun hemm enfasi fuq il-litteriżmu fl-IA li jipprevedi obbligi konkreti kemm għal min ikun qed jipprovdi dawn is- sistemi u kif ukoll għall-utenti. Dawn l-elementi u ħafna aktar punti ta' interess, bħala Grupp ser inkunu qegħdin niddiskutuhom mas-soċjeta' ċivili, professjonisti, akkademiċi u partijiet interessati oħra fl-Artificial Intelligence Action Day li qed norganizzaw nhar il-Ġimgħa l-1 ta' Diċembru 2022. Bħala Viċi President tal- Grupp responsabbli mill-politika marbuta mal-qasam Diġitali, ser inkun qiegħed nospita dan l-avveniment f 'pajjiżna, ġewwa l-Belt Valletta, pero' ser ikollna erba' diskussjonijiet simultanji, waħda li ser inkun qed immexxi jiena u li ser tittratta s-suġġett tar- rimedji u d-dritt għall-kumpens, u t-tliet diskussjonijiet l-oħra li ser ikunu mmexxija minn kollegi tiegħi f 'Turin ġewwa l-Italja, f 'Kopenħagen ġewwa d-Danimarka u Leon ġewwa Spanja. Dan huwa fost l-aktar suġġetti importanti li għandna bħalissa fuq l-aġenda diġitali tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant l-iskop aħħari ta' dan l-avveniment huwa li niddiskutu l-proposti tal-Grupp tagħna għal dan il-qafas leġiżlattiv u nisimgħu r-rispons ta' dawk li ser jipparteċipaw, bil-għan li jkollna liġi aktar b'saħħitha u li tkopri kull forma ta' tħassib biex taqdina bl-aħjar mod possibbli u fit-tul. Ġimagħtejn ilu pajjiżna reġa' esperjenza avveniment ikrah ta' qtil kiesaħ u biered, it-tielet każ ta' femiċidju, liema kelma tfisser li mara tinqatel partikolarment minn raġel abbażi tal- ġeneru, tintuża wkoll biex tiddeskrivi l-qtil ta' mara minn membru tal-familja jew mis-sieħeb tagħha dejjem fuq bażi tal-ġeneru. Dan l-aħħar każ li seħħ qajjem diskussjoni sħiħa f 'pajjiżna, speċjalment għaliex seħħ fi żmien wara li fil-Parlament ġew approvati liġijiet ġodda li kellhom isaħħu s-sistema legali tagħna, tant li l-kelma femiċidju llum hija meqjusa bħala reat kriminali, fejn s-sistema ġuridika tagħna ma tistax tqishom iżjed bħala reati li twettqu minħabba 'passjoni' iżda b'intenzjoni. Bla dubju li n-nies illum qegħdin jistaqsu ħafna mistoqsijiet, fosthom jekk il-liġijiet humiex adegwati għar-realtajiet soċjali li qegħdin jiżviluppaw, li jistgħu qegħdin iwasslu għal żidiet fil-każi ta' femiċidju. Qegħdin jistaqsu jekk is-sistema legali hijiex adegwata, bla loopholes u li tkun iżjed iebsa mal-ħatja u li twassal għall- ġustizzja. Qegħdin jistaqsu wkoll jekk il-Korp tal-Pulizija għandux ir-riżorsi meħtieġa biex jopera b'iżjed għaġġla, jekk hemmx bżonn ta' tibdil fil- protokolli u jekk l-istess membri tal-Korp, li jkunu fl-għases, ingħatawx il-ħiliet kollha meħtieġa sabiex iwettqu xogħolhom b'mod adegwat. Dawn huma kollha mistoqsijiet leġittimi li l-poplu qiegħed jagħmel. Għaldaqstant dak kollu li ġara matul din is-sena jikkonferma li t-tibdil leġiżlattiv waħdu mhuwiex biżżejjed biex neradikaw għalkollox l-imġieba patrijarka fis-soċjetà tagħna u fejn sfortunatament għad hawn persuni, speċjalment irġiel, li jaħsbu li marthom jew s-sieħba tagħhom hija oġġett, li tagħhom huma s-sid. Dan il-ħsieb, li huwa wieħed patrijarka, ħażin u li jneżża' l-persuna minn kull dinjita', huwa l-qofol tal-mentalita' li rridu nbiddlu darba għal dejjem. Bħala medja, madwar 66,000 mara jinqatlu b'mod vjolenti madwar id-dinja li jammontaw għal xejn inqas minn 17% tal-vittmi ta' omiċidji globali. Ħafna minn dawn l-omiċidji huma femiċidji, li jafu l-għeruq tagħhom mill-vjolenza domestika, fejn sfortunatament f 'pajjiżna dawn il-każi qegħdin jiżdiedu b'mod allarmanti partikolarment miż- żmien tal-pandemija tal-COVID-19. Fil-preżent f 'pajjiżna hawn mal-1,430 każ pendenti ta' vjolenza domestika, u l-każi kollha jinstemgħu quddiem maġistrat wieħed. Il-Korp tal- Pulizija wkoll ra tibdil bl-introduzzjoni ta' taqsima speċjalizzata tal-vjolenza domestika, li iżda jidher li ma gietx attrezzata bir-riżorsi biżżejjed min- naħa tal-Gvern sabiex taqdi dimirijietha b'ħeffa. Hawnhekk wieħed jistaqsi wkoll jekk wasalx iż- żmien li l-Pulizija tista' topera b'urgenza mal-ewwel rapporti li jaslulha bħala 'ex officio'. Malta hija firmatarja tal-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-vjolenza fuq in-nisa u fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika. Is-sistema leġislattiva tagħna għamlet passi tajbin 'il quddiem matul iż-żmien, speċjalment bl-introduzzjoni tal- liġijiet il-ġodda aktar kmieni din is-sena, iżda l-każi li sfortunatament seħħew matul din is-sena juruna li għad hemm ħafna x'jista' jsir. Kien pass tajjeb li l-Ministru għall-Intern sejjaħ inkjesta li tara x'seta' falla fis-sistema, u din l-inkjesta trid tistabbilixxi b'mod konkret fejn hemm kien hemm nuqqasijiet u xi jrid jinbidel. Dan għaliex x'imkien għadna qegħdin infallu! Jeħtieġ strateġija nazzjonali fejn ikun hemm iżjed infurzar tal-liġi, li tinkludi wkoll reviżjoni tagħhom fejn jeħtieġ skont ir-realtajiet tas-soċjeta' tagħna. Jeħtieġ ukoll reviżjoni fil-Qorti sabiex każi bħal dawn jitħaffu biex issir il-ġustizzja. Il-Pulizija trid tingħata aktar taħriġ speċjalizzat u s-setgħa li tieħu azzjoni mal-ewwel u mal-ewwel rapporti li jaslulha. Irridu naraw ukoll li l-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom, inkluż minn ikun 'abbuża', jingħataw l-għajnuna professjonali neċessarja u mhux jitħallew għal riħhom. Irridu nedukaw u nbiddlu s-soċjeta' tagħna sabiex din il-problema ngħelbuha mill-għeruq u billi neradikaw il-vjolenza domestika. Dan għandu jsir b'iżjed edukazzjoni indirizzata partikolarment lejn l-irġiel u s-subien dwar id-drittijiet li kull mara għandha, biex titneħħa darba għal dejjem mis- soċjeta' tagħna din il-perċezzjoni ħażina li mara għandha xi obbligu lejn raġel jew li l-mara hija inferjuri jew xi 'oġġett' tar-raġel. Irridu nwaqqfu s-sitwazzjoni fejn mara tibża' jew taqta' qalbha li tirrapporta għaliex ma titwemminx jew ma jsir xejn jew ma tittieħed l-ebda azzjoni. Pero' din l-edukazzjoni fis-soċjeta' m'għandhiex tkun limitata biss fir-rigward tal-vjolenza domestika iżda għandha tinkludi wkoll iżjed empowerment tan-nisa bit-tisħiħ tad-drittijiet, u hawnhekk il-Gvern ukoll għandu rwol ċentrali billi jeleva l-irwol tal-mara fis-soċjeta' u dan jista' jibda jagħmlu billi jagħti direzzjoni ċara u jegħleb darba għal dejjem il-gender pay gap, il-pjaga fejn in-nisa jitħallsu nqas mill-irġiel għall-istess xogħol. Dawn huma l-isfidi kbir li s-soċjeta' tagħna għandha quddiemha llum, sfidi li rridu negħlbuhom lkoll flimkien! Finalment in-nisa, u l-poplu kollu tagħna jrid ikollu s-serħan tal-moħħ li permezz ta' reviżjonijiet fil-liġi, b'iżjed riżorsi u fondi, l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet se jisimgħu u se jaġixxu minnufih biex issir il-ġustizzja. Justin Anastasi huwa Direttur ta' We Consult You u Opinjonista Politiku Justin Anastasi Nieħdu azzjoni konkreta biex ngħelbu l-pjaga tal-femiċidju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2022