Illum previous editions

ILLUM 18 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488478

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 23

www.illum.com.mt PAĠNI 8 u 9 €1.25 IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 • NRU 844 Cacopardo jikkonferma li l-pjan ta' bidla fit-tmexxija tal-ADPD għadu fis-seħħ, imma kollox b'mod gradwali... Fgajtuna u qażżistuna! Il-poplu ta' Birżebbuġa jsemma' leħnu fuq intejjen li qed jikkawża impjant tat-tonn f'Ħal Far Gradwa, beda jaħdem u spiċċa l-ħabs fuq reat li kien għamel snin qabel... Nitkellmu dwar il-kondotta L-ILLUM MINN STRASBURGU DWAR L-ISKANDLU EVA KAILI PAĠNI 12 u 13 PAĠNA 2 'KBURI LI VVOTAJT KONTRA L-ABBUŻI FIL-QATAR U KONTRA L-LINJA TAS-SOĊJALISTI' ARA L-ISTORJA SĦIĦA F'PAĠNI 10 U 11 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-aħbar ta' din il-ġimgħa bla dubju kienet dik tal-iskandlu li laqat lill-Parlament Ewropew u li din il-ġimgħa ra t-tkeċċija ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew Eva Kaili fuq allegazzjonijiet li xxaħħmet mill-Qatar sabiex tkun infulwenzata fuq riżoluzzjoni kontra l-abbużi sfrenati fil-pajjiż, tant li fil-fatt il-grupp tas-Soċjalisti ivvotaw kontra din ir-riżoluzzjoni. Iżda mal-ILLUM l-MEP Laburista Cyrus Engerer jisħaq illi hu vvota favur din il-mozzjoni li tressqet f 'Novembru, kontra l-linja ġenerali li ħadet l-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi. Dakinhar - meta Kaili kienet għadha Viċi President tal-Parlament Ewropew u membru tas-Soċjalisti - il-Parlament kellu quddiemu riżoluzzjoni li tikkundanna lill-Qatar fuq abbużi fuq minoranzi, fuq nisa, fuq persuni LGBTIQ u speċjalment fuq eluf ta' ħaddiema barranin li marru biex jibnu l-istadiums u l-infrastruttura biex issir it-Tazza tad-Dinja 2022. Intant mal-ILLUM ukoll l-eks PM u MEP Alfred Sant qal li hu jemmen li l-istorja hija ħafna ikbar minn dik li qed titpinġa.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2022