Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488478
12 illum • IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 intervista 'L-emenda dwar l-abort hija pass assuma ħafna affarjiet... Setgħet ANTHEA CACHIA Ambjent, soċjetà bi kwalità tal-ħajja tajba, l-għoli tal- ħajja, is-saħħa riproduttiva u l-politika. Dawn huma fost it-temi li jiddiskuti u jiġġieled għalihom l-ADPD - The Green Party u fost il-kwistjonijiet li matul is-sena l-ILLUM qajjmet aktar diskussjoni u kuxejnza fuqhom. Għaldaqstant din il- gazzetta, f 'waħda mill-aħħar intervisti għas-sena 2022 intervistat liċ-Chairperson ta' dan il-partit, Carmel Cacopardo, fuq it-trasport pubbliku u "l-ineffiċjenza" tiegħu, l-infrastruttura fit- toroq, l-emenda tal-abort u l-pass li jmiss għall-ADPD fl- isfera politika. 'Ħafna mid-deċiżjonijiet diffiċli mediċi qatt ma jeħodhom tabib waħdu' Naħa tgħid li l-emenda mhijiex abort u naħa oħra tgħid li hi abort u li se tiftaħ lok għal ħafna abbuż. Lil hinn minn dan l-argument, Cacopardo tikwetah xi ħaġa oħra, il- miżinformazzjoni. "Din mhijiex l-emeda dwar l-abort iżda emenda biex jiġu kkjarifikati ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali għall-abort. Il-liġi diġà titkellem b'mod indirett fejn huwa ġustifikat li jsir. M'hijiex daqstant ċara iżda qiegħda hemm," kompla Cacopardo. Żied jgħid li l-emenda toħloq ċertezza fuq x'inhuma l-limitazzjonijiet ta' dawn l-eċċeżżjonijiet u meta jsiru, madankollu "għal raġunijiet politiċi hemm min prova jdawwar l-argument fuq l-abort b'mod ġenerali, li hija diskussjoni li ilha miżmuma milli ssir u li xi darba għad trid issir kif suppost." Lil hinn mill- miżinformazzjoni Cacopardo jgħid li jinsab imħasseb li l-Gvern evita milli jagħmel referenza għal din l-emenda fil- manifest elettorali tiegħu stess. "Aħna konna l-uniku partit li għamilna referenza meta għandu jkun hemm eċċezzjonijiet li fih l-abort għandu jkun permissibbli." Filwaqt li qal li l-Gvern għamel inqas minn dak li xtaqet l-ADPD li jsir, qal li huwa tajjeb li sar l-ewwel pass 'il quddiem u fetaħ il-lok għad- diskussjoni. Filwaqt li jaqbel mad- deċiżjoni tal-Gvern, Cacopardo qal li jaqbel ukoll ma' proposta li għamlu l-akkademiċi fil- position paper, b'mod partikolari dik li tgħid li jkun hemm tim mediku li jgħin fit-teħid ta' deċiżjoni jekk għandhiex tiġi tterminata t-tqala jew le. "Jekk ikunux tnejn jew tlieta jew aktar, tiġi determinata skont iċ- ċirkostanza." L-ILLUM twaqqfu u tirrimarka li din tista' twassal għal burokrazija u dewmien żejjed bħalma kien irrappurtat minn ommijiet li kellhom itemmu tqala ekotopika. Għal dan huwa wieġeb li l-omm, f 'dawn iċ-ċirkostanzi, diġà tkun qed tingħata l-kura minn tim mediku u mhux minn tabib wieħed biss u għaldaqstant jemmen li t-tim għandu jkun magħmul minn professjonisti li qegħdin fil-każ tal-omm tqila. "Ħafna mid-deċiżjonijiet iebsin mediċi qatt ma jeħodhom tabib waħdu. Dawn mhux affarjiet li joqgħodu jħabbruhom u jitkellmu daqstant fuqha iżda fil-prattika d-deċiżjonijiet ibsin fl-isptarijiet, li ħafna drabi jkunu ta' ħajja u mewt, l-ebda tabib ma' jerfa' r-responsabilità waħdu. Dejjem ikollu s-soljev tat-tieni opinjoni jew aktar," kompla jgħid Cacopardo. 'L-emenda fil-liġi setgħet inkitbet ħafna aħjar' Din l-intervista issa ddur fuq l-Istandard Operating Procedures li kien għamel aċċenn għalihom il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne diversi drabi meta mistoqsi fuq il-kundizzjonijiet li jistgħu iwasslu biex it-tabib, flimkien mal-omm, jitterminaw it-tqala. L-ILLUM tirrimarka li minkejja li dawn il-proċeduri diġà qed jitħaddmu fil-prattika b'mod ġenerali fl-Isptarijiet u li joffru aktar ċertezza regolatorja għat- tobba ta' x'passi għandhom jieħdu, xorta waħda ma jorbtux legalment u allura jista' jwassal għal aktar konfużjoni. Cacopardo jgħid li filwaqt li qatt ma ra dawn il-proċeduri jaqbel mad-deċiżjoni tal- Ministru Fearne biex jippreżenta dawn il-proċeduri quddiem il-Kumitat għas-Saħħa għal aktar diskussjoni, speċjalment fuq dak li jikkostitwixxi għal kundizzjonijiet li jpoġġu f 'riskju gravi l-ħajja tal-omm. Din l-emenda fil-liġi saret bl- għaġġla? "Il-liġi setgħet inkitbet aħjar u mhix kwistjoni ta' nuqqas ta' preparazzjoni jew għaġġla. Min kitibha assuma ħafna affarjiet," sostna Cacopardo. Minkejja dan Cacopardo żied jgħid li l-emenda setgħet inkitbet bl-aħjar mod possibli "għax id- dibattitu u l-misinformazzjoni xorta waħda kien se jsir, l-argumenti li qamu xorta kienu se jsiru. Hemm ftit mill-kritika li saret fuq id-dettall ta' kif il-liġi issir aħjar u għaldaqstant qed jagħtu kontribut biex l-emenda tittejjeb. Iżda parti oħra mill- kritika hi 'irtiraha għal kollox u ħalli kollox kif inhu', u din dejjem kienet se ssir u li se tibqa' ssir." Meta mistoqsi x'kien jimplimenta hu li kieku kien Prim Ministru, Cacopardo saħaq li l-ewwel pass huwa d-dikriminalizzazzjoni. Fil-fatt dan kien imsemmi wkoll fil- manifest elettorali tal-ADPD flimkien ma' aktar edukazzjoni sesswali, fost oħrajn. Huwa żied jgħid li qiegħed isir żball għax "qed niffukaw ħafna fuqha. Qisha ġejja l-aħħar tad-dinja. Din hija kwistjoni li għamlet ħoss kbir għax inżammet taħt it- tapit għal żmien twil u allura f 'daqqa waħda r-rippressjoni tad-diskussjoni ħarġet f 'daqqa. Kieku d-diskussjoni ilha għaddejja bħal pajjiżi oħrajn kieku ma kienx hemm il-lok għall-argument miskin ta' L-ADPD se jkollu mexxej ġdid, bħal ma wiegħed wara l-elezzjoni ġenerali? B'oppożizzjoni daqstant dgħajfa, għaliex l-ADPD tibqa' ma tkunx l-alternattiva għall-poplu? Għaliex Cacopardo ma jaqbilx mas-sussidji tal-fjuwil? U dwar l-emenda tal-abort, x'kienet tagħmel differenti l-ADPD? L-ILLUM tintervista liċ-Chairperson tal-ADPD - The Green Party, Carmel Cacopardo