Illum previous editions

ILLUM 18 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488478

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

opinjoni aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum 'Tgħollux il-prezzijiet bla bżonn! Importanti li nibqgħu kompetittivi' ANTHEA CACHIA Il-Viċi President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, Philip Fenech appella lis-sidien tan-negozji biex ma jgħollux il-prezzijiet bla bżonn biex jassiguraw li kemm in-negozju tagħhom, imma anke s-suq Malti inġenerali, jibqa' wieħed kompetittiv. Fenech qal dan f'kummenti mal-gazzetta ILLUM. Bħala l-per- suna responsabbli wkoll mill-oqs- ma tad-divertiment u l-ospitalità, l-ILLUM tkellmet ma' Fenech dwar l-andament tan-negozju f'dawn l-oqsma fi żmien il-Milied, imma anke dwar x'inhuma l-in- dikazzjonijiet għax-xhur li ġejjin, anke minħabba l-impatt tal-in- flazzjoni. Fenech beda jfakkar li n-negozji fis-setturi tad-divertiment u anke dawk tal-ospitalità bdew is-sena kważi kważi bix-xejn għax kienu għadhom fis-seħħ diversi restrizz- jonijiet minħabba l-pandemija. Ftit ftit bdew jirrankaw u Malta rnexxielha tattira madwar 80% tat-turiżmu li kellha fis-sena re- kord tal-2019. Fil-fatt, jekk fl-2019 żaru Malta madwar 2.7 miljun turist, din is-sena se jkunu żaru Malta madwar 2.1 miljun turist, b'Fenech ifakkar li għal dawn is-setturi, it-turiżmu huwa impor- tanti ħafna. "Dan kien riżultat tar-reżisten- za tal-industrija fejn kulħadd xammar il-kmiem biex iżomm il-pożizzjoni tiegħu fis-suq u anke bis-saħħa tal-għajnuna tal-Gvern u l-banek," qal Fenech. Fakkar li s-settur tal-attivitaji- et ingrana tajjeb ukoll u semma s-summit tas-SiGMA li sar f'No- vembru u li ġab f'Malta 25,000 delegat involuti fil-gaming. "Dan is-summit seħħ f'xahar mhux popolari mat-turiżmu. Ġew Malta 25,000 delegat li lesti u kapaċi jonfqu. Novembru 2022 x'aktarx li kien aħjar minn dak tal- 2019." 'Il-klijent aktar minn qabel qed ifittex l-aħjar valur għall-aħjar prezz' Tkellimna wkoll dwar l-inflazz- joni, b'Fenech jisħaq li l-in- flazzjoni im- portata, bla dubju ta' xe- jn, qed ikollha l-impatt tagħha. Fakkar li din ġejja minn ħafna raġuni- jiet, inkluż il-gwerra fl-Ukrajna imma anke l-pandem- ija tal-Covid-19, għax fi kliemu, ċertu linji ta' produzzjoni u anke t-trasportazzjoni għadhom ma ġewx għan-normal. "Vera li f'Malta l-Gvern qed jis- susidja l-fuel u dan qed iżomm l-ekonomija stabbli, imma pajjiżi oħra mhux sejrin daqshekk tajjeb u għalhekk il-prodott minn barra qed jogħla," kompla Fenech. Kien hawn li Fenech appella lis-sidien tan-negozju biex ma jgħollux il-prezzijiet bla bżonn bil- għan li kemm huma u anke l-pajjiż jibqa' kompetittiv. "Hemm prezzijiet li ma jistgħux ma jogħlewx jekk il-prezz għola minn barra, imma ma nistgħux nesaġeraw jew nabbużaw," saħaq Fenech. "Ma ninsewx li aħna diġà għandha l-iżvantaġġ li rridu nim- portaw il-maġġoranza tal-prodot- ti. L-appell tiegħi lis-sidien huwa biex jgħollu sa fejn hemm bżonn biex jibqgħu sostenibbli." Fenech qal ukoll li anke jekk l-attivitajiet ingranaw u s-settur tad-divertiment u l-ospitalità reġa' rranka, qed jinnotaw li l-klijent, kemm Malti u anke dak barrani, sar ifittex aktar għall-aqwa valur u kwalità. "Il-klijent irid isib l-aħjar kwalità bl-aħjar prezz. Issa aktar minn qatt qabel," kom- pla Fenech. "Is-suq hu- wa sensit- tiv ħafna, kemm dak d o m e s t i k u imma anke dak turistiku." Fakkar ukoll li jista' jkun li t-turist għandu wkoll inqas flus f'idejh x'jonfoq. "Nafu x'inhi s-sitwazzjoni fl-In- gilterra u dan huwa l-akbar suq għalina," fakkar Fenech. "Jekk xi ħadd kellu €2,000 biex jieħu l-familja fuq btala, issa għan- du inqas u allura se tonqoslu l-għażla fejn jista' jmur. Dawk li se jkunu jistgħu jsiefru, se jkunu qed ifittxu aktar il-valur u għal- hekk importanti li noffru l-aqwa prodott bl-aħjar prezz." Kien hawn li tenna li Malta trid tibqa' kompettitiva mhux biss domestikament imma anke fis-settur turistiku, filwaqt li rrikonoxxa wkoll li kull negoz- ju għandu l-isfidi u r-realtajiet tiegħu. 'Proċess twil biex jinġiebu l-ħaddiema barranin mhux jgħin' Fakkar ukoll li anke minħabba n-nuqqas ta' ħaddiema f'dawn is-setturi u l-proċess twil biex jinġiebu ħaddiema barranin biex jaħdmu, bosta għollew il-pagi biex jevitaw li jitilqulhom aktar ħaddiema u biex iħajru oħrajn. "Dan ukoll għolla l-prezzijiet ġaladarba sid qed ikollu jħallas aktar. Dan mhux jgħin. Għal- hekk importanti li s-sistema għall-permessi tal-ħaddiema barranin tkun aktar effiċjenti għax tispiċċa żżid inflazzjoni ma' dik li diġà teżisti." Milied: 'Aspetazzjonijiet pożittivi' Mistoqsi dwar il-Milied, Fenech qal li l-messaġġi huma mħallta. Hemm min hu bbuk- kjat, hemm min għadu ftit lura imma l-bookings deħlin u hemm min qed jistenna għax in-nies sa- ru jaħsbu għall-aħħar. "Imma l-aspetazzjonijiet hu- ma pożittivi. Wara sentejn dan se jkun l-ewwel Milied fejn l-istabbilimenti jistgħu jilħqu l-kapaċità massima tagħhom għax ma hemmx distanza soċ- jali." Saħaq li propju għalhekk is-sidien huma ottimisti għax anke jekk l-inflazzjoni hija problema, jekk se jkun hemm ix-xogħol mhux se jirrifjutawh minħabba xi restrizzjoni jew oħra, bħalma kien hemm fl- aħħar snin. 'Aktar konnettività u aktar attivitajiet ... għandu jkollna sena tajba' Fid-dawl ta' dan kollu u anke għax huwa fatt li t-titjiriet qed jogħlew, l-ILLUM staqsiet lil Fenech x'jaħseb li se tkun is-sit- wazzjoni fis-sena l-ġdida. "Il-fjuwil tal-avjazzjoni żdied ukoll. It-turist allura se jkollu t-titjira li se tiswilu aktar u x'ak- tarx li se jkollu inqas flus f'idejh għax l-inflazzjoni laqtitu f'pajjiżi. Il-lukanda fejn sejjer jista' jkun li kellha tgħolli l-prezz għax l-ispejjeż għaliha żdiedu. Allura meta tħares lejn l-istampa koll- ha, se tara li t-turist għandu in- qas flus f'idejh u l-prezz tas-safra tiegħu, żdied." Irrimarka kif anke l-linji tal-aj- ru low-cost għollew il-prezzijiet u fakkar f'dak li qal il-Kap Eżeku- ttiv tar-Ryanair, jiġifieri li spiċċa żmien ta' biljetti tal-ajru b'€10 jew ftit aktar. "Għalhekk wieħed irid joqgħod aktar attent meta jiġi biex jgħolli l-prezzijiet," qal Fenech. Insista wkoll li kull meta Mal- ta żiedet l-ajruplani, jiġifieri l-konettività tagħha, dejjem rat żieda fit-turist. "Nafu li s-sena d-dieħla se jiżdiedu aktar ajruplani u dan huwa importanti għax din is-se- na kellna 80% tal-konettivi- tà li kellna fl-2019," qal Philip Fenech. "Ma ninsewx li s-sena d-dieħla Malta se tospita attivi- tajiet kbar bħal Euro Pride f'Set- tembru. Jekk ikollok aktar ajru- plani, se jkollok aktar attivitajiet u allura jidher li se jkollna sena tajba." Mistoqsi jekk tinkwetahx is-sitwazzjoni fl-Air Malta, Fenech qal li qed isiru l-isforzi kollha li hemm bżonn u qal li jserraħ rasu meta jisma' l-Gvern jgħid li l-Air Malta se tibqa' teżisti. "Issa jekk tibqax teżisti bħala Air Malta jew taħt forma oħra ma nafx. Imma l-aqwa li jibqa' jkollna l-linja nazzjonali tal-ajru tagħna," kompla Fenech. "Hu- wa pożittiv il-fatt li l-Gvern jid- her li qed jaqbad il-barri minn qrunu." Il-Viċi President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, Philip Fenech jappella lis- sidien tan-negozji biex meta jiġu biex jgħollu l-prezzijiet ma jesaġerawx u jgħollu biss biex jibqgħu sostenibbli. Fi kliemu dan huwa importanti biex kemm in-negozji imma anke l-pajjiż inġenerali, jibqa' wieħed kompetittv Philip Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2022