Illum previous editions

ILLUM 18 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488478

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-film mużikali Cabaret Cabaret hu film mużikali drammatiku tal-1972, dirett minn Bob Fosse bil-protagonisti jkunu Liza Minnelli, Michael York u Joel Grey. Ambjentat f 'Berlin fi żmien ir-Repubblika Weimar fl-1931, taħt il-presenza sovversiva tal-Partit Nażista li kien qed jikber, il-film hu b'xi mod ibbażat minn fuq ix-xogħol mużikali ta' Broadway tal-1966 Cabaret ta' John Kander u Fred Webb li kien meħud minn fuq in- novella e Berlin Stories (1939) ta' Christopher Isherwood u minn fuq ir-reċta tal-1957, I Am A Camera addattata mill-istess ktieb. Fl-1952 kien ħareġ film bl-istess isem. Christopher Isherwood kien awtur Anglo Amerikan li twieled f 'High Lane, Cheshire l-Ingliterra nhar is-26 ta' Awwissu 1904. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Universita' ta' Cambridge u fl-1939 mar fl- Istati Uniti fejn fl-1946 sar ċittadin naturali Amerikan. Hu kiteb ħafna novelli u reċti. Ir-reċta ta' John Van Druten tal-1951 bl-isem ta' I Am A Camera kienet ibbażata minn fuq l-istejjer ta' Isherwood miktuba fl-1939, Goodbye To Berlin. Cabaret tiżvolġi fil-manjiera tradizzjonali tat-teatru tal- mużika fejn kull individwu sinjifikanti ta' fuq il-palk ikanta biex jesprimi l-emozzjonijiet tiegħu jew tagħha u biex jgħin u jimbotta l-istorja tavvanza. Fil- versjoni ċinematografika, n-numri mużikali kważi kollha jseħħu fil- nightclub, b'eċċezzjoni waħda. Din kienet Tomorrow Belongs To Me, kantata minn grupp ta' żgħażagħ faxxisti Nażisti lebsin l-uniformi. Il-kanzunetti l-oħra huma eżekwiti jew mill-Master Of Ceremonies jew it-tfajliet KitKat, jew mill- protagonista Sally Bowers. Fil- kanzunetta Two Ladies, sesswalment ikkargata, dwar relazzjoni bejn tlieta, l-Master Of Ceremonies jingħaqad ma' żewġt tfajliet KitKat. Wara li Bob Fosse falla bil-kbir bil-versjoni tal-film Sweet Charity (1969), dan id-direttur malajr irpilja fl-1972 b'Cabaret, f 'sena li għamlitu l-aktar direttur onorat fix-show business. Pero', mhux waħdu kien ir-rebbieħ f 'dan il- kas, billi din il-produzzjoni ġabet l-ewwel opportunita' għal Liza Minnelli, it-tifla ta' Judy Garland, li tkanta fuq il-liżar il-kbir kif ukoll rebħet l-Oscar bħala l-Aqwa Attriċi f 'parti ta' intensita notevoli. Academy Awards oħra marru, meritatament, għand id-direttur Bob Fosse, Joel Grey bħala l-Aqwa Attur fi rwol sekondarju, l-Aqwa Fotografija, l-Aqwa Direzzjoni tal-Arti, l-Aqwa Ħoss, l-Aqwa Kanzunetta Oriġinali, Mużika u Adazzjoni tal-Aqwa Edittjar. Cabaret li rebaħ 8 Oscars hu l-aktar film li rebaħ Oscars fejn ma giex onorat bl-Aqwa Film! Dan il-film fetaħ b'rapporti mill-aqwa u suċċess fid-dħul tal- flus. Fejn daħħal madwar id-dinja kważi $43 miljun, meta nħadem b'baġit ta' inqas minn 3 miljun dollari. Barra l-Oscars li rebaħ, in-National Board Of Reviews ċamawh bħala l-aħjar film u l-istess għamlu l-Hollywood Foreign Press Association. Akkwista wkoll diversi unuri għall-aħjar attur f 'parti sekondarja għal Joel Grey minn National Board Of Reviews, il-Hollywood Foreign Press u s-Soċjeta' Nazzjonali tal-Kritiċi Barranin. Fl-1931, ż-żagħżugħa Amerikana Sally Bowers (Liza Minnelli) tkanta u tagħti wirjiet fil KitKat Club. Fil- belt ta' Berlin jasal Brian Roberts (Michael York) u jalloġġja fl-istess dar fejn qed tgħix Sally. Brian, bniedem akkademiku, riżervat għalih waħdu, jagħti l-lezzjonijiet bl-Ingliż biex jaqla' f 'jiekol u fl- istess waqt qed ikompli d-dottorat tiegħu. Brian jgħid lil Sally li fi tliet okkażjonijiet ta' qabel ipprova jkollha relazzjoni fiżika ma' nisa li kollha fallew. Hu qal hekk meta Sally issuspettat li hu omosesswali. Dlonk isiru ħbieb u Brian jinnota li l-ħajja Amerikana ta' ebda ħsieb ta' Sally fl-aħħar ġranet tal-Repubblika Weimar Germaniża. Sally u Brian isiru jinħabbu minkejja ir- riservazzjoni ta' qabel li nzerta tliet tfajliet mhux addattati. Hi tagħmel ħabib ma' Maximilian Von Heune (Helmut Griem), baruni playboy sinjur li jieħu lilha u lil Brian fid-dar statali tiegħu fil-kampanja, imma ma jkunx ċar lil min minn dawn it-tnejn qed jipprova jisseduċi. Wara esperjenza sesswali ma' Brian, Max jitlef l-interess f 'dawn it-tnejn u jitlaq lejn l-Arġentina. Wara argument, fejn Sally tgħid lil Brian li hi kellha relazzjoni sesswali ma' Max, Brian jikxef li hu wkoll għamel l-istess. Ftit wara, Brian u Sally jerġgħu jsiru ħbieb u hi tiżvela li Max ħallilhom xi flus u biex tmaqdru tgħid li s-somma hi dik daqs ta' kemm prostituta professjonali taqla'. Sally tiskopri li hi tqila imma mhux ċerta min hu l-missier. Brian joffri li jiżżewwiġha u jeħodha lura lejn il-ħajja tiegħu f 'Cambridge. Għall-ewwel jiċċelebraw ir- riżoluzzjoni tagħhom li jibdew ħajja ġdida flimkien, iżda wara ħarġa fil-kampanja fejn Brian ma jurix interess u jaġixxi għalih waħdu, Sally tibda tiddubita tkomplix bit- tqala u tagħmel f 'qalbha meta ġġib viżżjoni tagħha stess bħala mara tad-dar u mdejqa taħsel ħrieqi maħmuġin. Fl-aħħar, mingħajr ma tinforma lil Brian, tagħmel abort. Meta hu jiffaċċjaha, taqsam miegħu l-biża' tagħha u t-tnejn li huma jimu lil xulxin. Brian jitlaq lura lejn l-Ingliterra u Sally tkompli fil- ħajja tagħha f 'Berlin fejn issakkar lilha nnifisha fil-KitKat Klub fejn issa qed ikun hemm irġiel bl- uniformi tan-Nazi. F'sekwenza f 'din il-produzzjoni tikkonċerna lil Fritz Wendel (Fritz Wepper), Lhudi Germaniż li taparsi hu Kristjan li jħobb lil Natalia Landauer (Marisa Berenson), Lhudija Germaniża, sinjura għax wirtet, li ma tieħux grazzja miegħu u tissuspetta l-mottivi tiegħu. Sally, li taf x'issarraf id-dinja tagħtih parir li eventwalment bih jirnexxilu jirbaħ l-imħabba tagħha. Imma biex ikollha l-permess tal-ġenituri tagħha ħalli jiżżewwiġha, Fritz irid juri x'inhi l-vera reliġjon tiegħu u l-isfond etniku – att tassew perikuluż meta wieħed jikkonsidra x'hemm lest għall- Lhud mir-reġjun Nażista. Għalkemm in-Nażi għad mhumiex fil-poter, huma bil-lejl joqtlu lill-kelb li Natalia verament kienet tħobb. Il-qawmien vjolenti tan-Nażi huwa avveniment spiss preżenti f 'dan il-film. Il-progress ta' dawn il-faxxisti jidher mill-azzjonijiet li qed jinbidlu u anki mill-attitudni tal-karattri. Waqt li fil-bidu ta' dan ix-xogħol il-Membri Nazzjonali Soċjalisti jkunu mpeduti jew anki jkeċċuhom bil-goff il-barra mill- KitKat Klub, ix-xena tal-final turi li l-udjenza tal-KitKat hija ddominata mill-membri tal-Partit Nażista. Il-qawmien ta' dawn huwa muri drammatikament fix- xena tal-ġnien fejn il-mistednin ikun jixorbu l-birra. Fi sfond barra mimli xemx tifel, wiċċu biss muri, jkanta lejn l-udjenza ta' kull età li tidher ferħana, dik li għall- ewwel tinstema' bħala kanzunetta bla ebda fini politika (Tomorrow Belongs To Me), dwar is-sbuħija taż-żogħżija u n-natura. Wara, il-kamera tiċċlaqlaq biex turi lil dan il-kantant liebes qmis kannella, jiġifieri l-uniformi taż- żgħażagh ta' Hitler. Hekk kif din il-ballata ġentili "a capella" tittrasforma ruħha f 'innu militari u goff tan-Nażi, wieħed wieħed mill-adulti u l-adoloxxenti li kienu josservaw iqumu u jingħaqdu fil-kant. Il-kanzunetta tispiċċa billi l-kantant ineħħi l-beritta taż-żgħażagħ ta' Hitler u jtella' jdejh f 'salut Nażista. Max u Brian jirritornaw lejn il- karozza tagħhom wara li jkunu xhieda ta' dan is-sapport qawwi lejn il-moviment Nazzjonali Soċjalista li dejjem qed jikber. Brian isaqsi lil Max jekk jistgħux jikkontrollawhom. Wara, f 'konfrontazzjoni ma' raġel Nażista fit-triq, wara ġest ta' bla bżonn, Brian jaqla' xeba' nobis. Għalkemm m'għandux xi rwol fl-istorja ewlenija tal- film, il-Maestro taċ-Ċerimonji (Joel Grey) jservi bħala dak li jiżvela l-andament matul il- film. L-apparenza ta' wiċċu turi benevolenza u ospitalita' (l-aktar fil-kanzunetta Wilkommen – Welcome), imma l-kanzunetti l-oħrajn huma xi it riskjużi u għall-ewwel imaqdru lin- Nażi, waqt li dawk ta' wara juri li aċċettaw dak kollu li qed isir kontra l-Lhud. Cabaret tal-1972 kien maħdum minn ABC Pictures u mqassam minn Allied Artists fl-Istati Uniti u l-Kanada u mis-Cinerama Releasing (C.I.R.O.) fil-bqija tad- dinja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2022