Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488478
19 opinjoni illum • IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 Ivan Bartolo Ivan Bartolo huwa Deputat tal-Partit Nazzjonalista Min beżża bl-Ewropa li se ġġib l-Abort, illum jimbotta l-Abort D eputat tal-Gvern fil-Parlament għamel osservazzjoni u staqsa l-għaliex qegħdin f 'din il-Kamra, b'referenza għal Par- lament, l-ogħla Kamra tad-disk- ussjoni demokratika. Wieġeb lilu nniffsu fejn qal li ninsabu hawn għal kulħadd. Fid-diskorsi tad-Deputati tal-Oppożizzjoni urejna biċ-ċar li aħna wkoll qegħ- din nirrappreżentaw lil kulħadd, bid-differenza li aħna qegħdin nirrappreżentaw ukoll lit-tarbija ħajja f 'ġuf ta' omm. Għalhekk sħaqna li dan l-abbozz mressaq mill-Gvern m'għandniex bżonnu, minħabba li ser jiaħ bieb għal qtil tat-trabi, bla ebda ċertezza legali. Biex jidhru puliti Deputati tal-Gvern flok abort bdew jgħidu terminazzjoni tat-tqala. Mhux faċli twassal il-messaġġ quddiem Gvern trux għall-appell tal-President George Vella u tal-President Emeritus Colerio Preca flimkien ma' 40 għaqda oħra li qed iwasslu l-istess messaġġ tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista favur il-ħajja. Kollox huwa ċar ta' kemm għandna Gvern li għandu l-hobby jilgħab bil-kliem. U għal min jgħid li dak li hemm fil-ġuf huwa massa ċelloli nistaqsih: Allura issa meta mmur x'imkien u niltaqa' ma' grupp sostanzjali ta' bnedmin, se nibda ngħid li mort x' imkien u ltqajt ma' massa ċelloli, dejjem skont ir-raġunar ta' Deputati tal-Gvern? Ma nafx min hu l-moħħ wara dan kollu. Spiss naħseb u anki minn dak li nisma l'hemm u l'hawn li hemm min irid jagħmel ħsara lil Partit Laburista u eventwalment lil Robert Abela? Laburist ġenwin qalli "Ġabuna orfni…. orfni bil-ġenituri ħajjin!" Li hu żgur hu li Robert Abela u Chris Fearne, filwaqt li qed jaħbu l-qasma interna fuq l-emenda abbozzata, iridu jippruvaw ibellgħuha lill-poplu li din mhijiex emenda li se ddahhal l-abort. Din hija gidba li ħadd mhu qed jemminha. Tisma' d-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament u tal- Ħadd fuq l-istazzjon One, taħsbu li qed jitkellem fuq abbozz differenti. Inutli jgħid li dan l-abbozz mhuwiex abort, jekk il-liġi tiġi effettiva se jiddaħħal l-abort. Huwa skandaluż li l-Prim Ministru pprova juża ritratt ta' tarbija li twieldet bl-IVF li ngħata f 'konverżazzjoni privata, biex jiġġustifika din il-liġi li tippermetti l-qtil tat- trabi. Ma qal xejn fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru li l-liġi abbozzata saħansitra tippermetti l-qtil ta' embrijun ta' tmien jew disa' xhur. Għidli int x' differenza hemm f ' tarbija li llum tinsab fil-ġuf, imma għadha tista tkun f ' idejn ommha?! U min jiddeċiedi jekk l-omm hijiex f ' periklu? L-omm stess? Miżinformazzjoni ppjanata. Abbuż fuq is-soċjetà minn Gvern li jgħid li jisma u li għal darb' oħra ser jgħaddi gaffa fuq l-umanita. Qed nilgħabu mal-elettriku, bil-wires mikxufin u mxarrba. Din hi liġi kattiva li ma nafx minn liema bniedem f 'sensih għandu jaċċetta. L-ebda ħajja ma jixirqilha tintemm b'daqqa ta' pinna. Effettivament u essenzjalment din il-liġi laxka li qed jipproponi l-Gvern hekk se tkun qed tippermetti. U dan qed jgħiduh saħansitra akkademici mill-Università ta' Oxford. Il-Gvern, b'insult għall- intelliġenza tal-poplu tagħna, irid jilgħab mal-ħajja u jdaħħal baxx, baxx emenda fil-ligi kriminali li minhabba l-laxkezza tagħha se tiftah bibien oħra. Dan mhux l-Oppożizzjoni biss qed tgħidu, jew l-eks Ministri Nazzjonalisti li l-Prim Ministru pprova jattakka fid-diskors tiegħu. Mhux biss l-għexieren ta' akkademiċi li wkoll prova jżeblaħom. Mhux biss il-Parlamentari Ingliżi li kitbulu dan b'mod ċar. Mhux biss il-President tar-Repubblika li diġà qed tissemma r-riżenja tiegħu jekk tasal quddiemu din l-emenda. Mhux biss l-eks Dekan tal-Fakultà tal-Liġi li hu punt ta' referenza fil-qasam legali tagħna. Mhux biss għexieren ta' għaqdiet li għandhom għal qalbhom lill-bniedem u l-President Emeritus Coleiro Preca. Mhux biss eluf ta' ċittadini li diġa ffirmaw il- petizzjoni fuq salvani.eu... imma saħansitra eluf ta' partitarji Laburisti li jafu li din il-ligi ddaħħal l-abort u li jafu li sal- lum għadhom jitkellmu miegħu għax jistmerru l-livell baxx li qed imiss il-Partit Laburista fil- Gvern. Jien ilni nħoss dan iż- żmien ġej. Xi ħadd kien qalli li din mhijiex kwistjoni li suppost nqajjem, għax mhijiex imminenti. Bħal dak li qallu li attakk ta' susa jkollu konsegwenza mal-ewwel gidma. Din il-liġi ma kinitx fil- mandat elettorali. Trid tkun bla qalb biex b'għafsa ta' buttuna (apparti d-demm iqattar tal- innoċenti) tal-labour jafu li se jtappnu u jfarku dak kollu li bnew missirijiethom. Jafu li se jġibu daħna slogan li tant jiddandnu bih 'Ħadd mhu għar- rimi'. Lura f 'Marzu fl-1980, Duminku Mintoff kien tkellem maż-żgħażagħ soċjalisti, fejn enfasizza li qatt m' għandna ninkoraġixxu l-abort: "Aħna ma ninkoraġġixxux l-abort, aħna m' aħniex favur li mara tagħmel ħsara lilha nfisha. Aħna rridu nsibu mezzi li l-abort jiġi evitat. Il-Moviment tal-Ħaddiema għandu kemm minn Kristu u anki minn Karl Marx, imma għandu iżjed minn Kristu." U għalhekk Deputati Laburisti jistħu minn dak li qed jagħmlu. Ċert li l-biċċa l-kbira tagħhom mhumiex konvinti u qed jidħqu bihom infushom, mhux bina u bil-poplu. Qed iddaħħlu l-abort u jibqgħu jgħidu li mhux abort. X'ironija hux? Min beżża bl-Ewropa li ġġib l-abort, illum qed jimbotta l-abort. Imbagħad iwaħħlu wkoll fil-pressjoni tal- Ewropa. Meta dħalna fl-Ewropa, dħalna bil-patt li l-Ewropa ma tindaħalx fejn jidħlu prinċipju bħal ħajja. Hemm klawsola ċara. Dawk li kienu fl-istess ġifen ma' San Pawl, kellhom assigurazzjoni, li ħadd minnhom mhu se jintilef, ħlief il-ġifen waħdu. Qallhom, jekk tibqgħu fuq il-ġifen ma tkunux tistgħu issalvaw. U din il-liġi hija l-ġifen, li rikbu fuqha, dawk li għandhom aġenda moħbija. U jekk jintilef dan il-ġifen, niftaqru mhux biss bħala nazzjon, iżda wisq aktar il-ġenerazzjonijiet ta' warajna.