Illum previous editions

ILLUM 18 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488478

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 'Gradwa, beda jaħdem u spiċċa l-ħabs telaq mill-pajjiż għax il-kondotta baqgħet Il-kondotta għadha tagħmel sens? Persuna li tkun irriformat ruħha għaliex għandha tibqa' bil-kondotta tiġri warajha? Qed nagħtu biżżejjed importanza lir-rijabilitazzjoni jew qed nibqgħu mwaħħla mal-preġudizzji? Il-Gvern wiegħed riforma imma x'jaħsbu dawk li jaħdmu mal-priġunieri? L-ILLUM tistaqsi YENDRICK CIOFFI Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Gvern ħabbar li fix-xhur li ġejjin se jkun qed iniedi konsultazzjoni pubblika bil-għan li sentenzi dwar pussess sempliċi ta' droga ma jibqgħux imniżżla fil-kondotta wara ċertu perjodu. Dan bil-għan li persuni li jkunu skontaw is-sentenza u jirriformaw lilhom infushom, ma jibqgħux bil-passat jiġri warajhom u jkunu jistgħu jsibu impjieg. Waqt laqgħa bit-tema "Nagħtu t-Tieni ċ-Ċans" diversi persuni li jaħdmu mal- priġunieri u eks-priġunieri tkellmu dwar id-diffikultajiet li persuni li joħorġu mill- ħabs jiffaċċjaw biex isibu impjieg, jiftħu kont il-bank u allura ikunu f 'pożizzjoni li jibdew il-ħajja mill-ġdid. Diversi persuni li tkellmu qalu li l-kondotta f 'ħafna każi qed tibqa' tiġri wara persuni li jkunu rriformaw ruħhom u qed tispiċċa isservi ta' tieni senteza għal dawn l-istess persuni, għax wara li jiskontaw is-sentenza ma jkunux jistgħu jerġgħu jibnu ħajjithom. Din ir-riforma kienet waħda mill- wiegħdi tal-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Fil-fatt, il-manifest elettorali kien jgħid hekk: "Nemmnu li persuna għandha tingħata kull opportunità biex tibda ħajja ġdida għaliex mhux ġust li persuna tibqa' ġġorr tikketta għal għomorha. Fil-preżent dan jibqa' jseħħ anke wara li jkunu għaddew snin minn meta l-persuna tkun irriformat ruħha. Se niftħu diskussjoni mal-entitajiet li jmexxu programmi ta' rijabilitazzjoni mid-droga dwar il-possibbilità li persuni li jkollhom il-kondotta tagħhom imċappsa fuq pussess sempliċi ta' droga jkollhom l-opportunità ta' reviżjoni tal- kondotta tagħhom wara numru ta' snin." Propju dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' persuni li jaħdmu fil-qrib ma' priġunieri u eks priġunieri biex tifhem aktar għaliex din ir-riforma hija importanti. Imma għaliex qed nitkellmu fuq pussess sempliċi ta' droga biss? Wara kemm se tkun irriveduta l-kondott? U sakemm tkun irriveduta x'se jiġri? aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum 'Qabel din ir-riforma rridu nsaħħu l-kunċett tar-rijabilitazzjoni' Charles Mifsud, wieħed mill- fundaturi tal-Fondazzjoni RISe, qal mal-gazzetta ILLUM li qabel ir-ir-riforma dwar il-kondotta, hemm ħafna fatturi oħra li jeħtieġ jiġu indirizzati, inkluż it-tisħiħ tal-kunċett tar-rijabilitazzjoni li hu u l-Fondazzjoni li jmexxi, tant jagħfsu fuqha. Mifsud beda jfakkar li l-kondotta hija konsegwenza tas-sentenza u għalhekk staqsa għaliex persuna li tkun skontat is-sentenza tagħha għandha tibqa' tbati l-konsegwenzi anke wara. Fi kliemu, aktar milli tinqata' linja dritta hemm bżonn li jinħoloq bilanċ imma insista li mhuwiex ġust li persuna li jkun irriforma ruħu jibqa' bil-kondotta tiġri warajh għal għomru. Qal li jaf b'esperjenzi ta' eks priġunieri li wara li ħarġu mill- ħabs u marru biex japplikaw għax-xogħol, lanqas biss marru għal-laqgħa meta kienu mitluba l-kondotta, għax jafu x'se tkun ir- risposta. 'Għaliex nistudja fil-ħabs jekk meta noħroġ ma nsibx opportunitajiet' Kien hawn li Mifsud insista li dan jaħdem kontra l-kunċett tar- rijabilitazzjoni għax priġunier mhux qed jingħata inċentiv biżżejjed biex jirsisti għax jaf li jagħmel x'jagħmel, wara li joħroġ mill-ħabs, hemm il- kondotta li se tibqa' tiġri warajh. "Għaliex naħdem fil-ħabs jekk noħroġ barra u ma nsibx xogħol? Għaliex nistudja fil-ħabs jekk imbagħad noħroġ hemm barra u ma nistax nipprattika l-ħiliet li ksibt?", staqsa Mifsud. Kien hawn li insista li minflok qed inħeġġu lill-priġunieri biex isibu t-triq it-tajba, mhux qed nagħtuhom rijabilitazzjoni sħiħa. Semma pereżempju priġunieri li kienu jaħdmu bħala uffiċjali tas-sigurtà li anke wara s-sentenza ma ngħataw mill-ġdid il-liċenzja jew inkella xufiera tat-taxis li wkoll sabu l-istess ostakli. 'Mekkaniżmu għandu jsegwi l-progress tal-persuna' Propju għalhekk li l-proposta ta' Mifsud hija li jkun hemm mekkaniżmu li jsegwi lill- priġunieri b'mod kontinwu, jekk hemm bżonn anke għal xi żmien wara li jiskontaw is-sentenza biex jekk vera jkunu għamlu rijabiltazzjoni tajba u din tkun kontinwa, allura jingħataw dak li jkollhom bżonn biex il-kondotta ma tibqax tiġri warajhom. Insista li dan huwa essenzjali għax persuna trid issib xogħol minnufih, malli toħroġ mill- ħabs u mhux snin wara. Spjega kif dan għandu jgħodd mhux biss għal dawk li jagħmlu programmi ta' rijabilitazzjoni barra mill-ħabs, bħalma huwa l-programm tar-RISe, imma lil kulħadd. Fil-fatt, Mifsud ma jaqbilx lanqas li r-riforma mwiegħda tkun tinkludi biss sentenzi dwar pussess sempliċi u laqa' l-kummenti tal-Ministru għall- Ġustizzja Jonathan Attard li qal li l-Gvern lest li jmur oltre minn dan ir-reat. 'Jekk toħroġ mill-ħabs u ma ssibx xogħol minn xi mkien trid tiekol' Apparti minn hekk, Mifsud qal li l-kondotta mhux qed tgħin biex tonqos ir-rata ta' reċidiviżmu. Fi kliemu, jekk priġunier joħroġ mill-ħabs u ma jsibx opportunitajiet biex jaqla' dħul diċenti, minn xi mkien irid jiekol. Kompla jispjega kif ir- rijabilitazzjoni għandha kemm effetti immedjati imma anke fit-tul. Semma riċerka, inkluż statistiċi lokali, li juru kif ulied li mdorrija jaraw l i l l - ġ e n i t u r i tagħhom deħlin u ħerġin il-ħabs, hemm aktar ċans li anke huma jinqabdu f 'dawn iċ-ċirku. " G ħ a l h e k k importanti li nħadmu dan il- mekkaniżmu. Bi ftit sens komun, nistgħu nsaħħu l-kunċett tar-rijabilitazzjoni. Malta għandha x-xorti li għandha ħafna programmi, mhux biss ta' rijabilitazzjoni mid-droga." Kien hawn li tenna li r-riforma li wiegħed il-Gvern trid tkun aktar wiesgħa. Fi kliemu, qabel din ir-riforma hemm fatturi oħra li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni. Fost dawn semma li għandu jissaħħaħ il- kunċett tar-rijabilitazzjoni li d-dinja qed tagħraf l-importanza tiegħu. "Irridu nistaqsu wkoll liema sentenzi għandhom jidhru fil- kondotta u liema le? X'inhu l-progress li persuna trid tkun għamlet biex ikollha reviżjoni tal-kondotta? X'tip ta' sentenzi se jingħataw? Qabel din ir- riforma hemm aktar xogħol li jeħtieġ isir biex nassiguraw li din tkun riforma li tgawdi minnha s-soċjetà kollha," temm jisħaq Mifsud. Charles Misfud

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2022