Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489029
15 films illum • IL-ĦADD 25 TA' DIĊEMBRU 2022 is-snin fakkruni fl-atmosfera ferħ pero' meta f i s - snin t a ' wara beda jintwera fuq it-TV sar il- favorit nett ta' żmien il-Milied. Jien skoprejt dan il-film għall-ewwel darba meta il-Video Cassettes kienu in voga. James Stewart li għadda ħajtu jaħdem u jagħmel il-ġid f 'belt żgħira Amerikana, jaħseb li falla u jkun se jagħmel suwiċidju. L-Anġlu Kustodju tiegħu (Henry Travers) jurieh l-iżball tiegħu u x'kien iseħħ kieku hu sparixxa minn nofs. Ħrafa sentimentali murija tant tajjeb u ispirata minn storja qasira ta' Philip Van Doren bl-isem ta' e Greatest Gi miktuba bħala kartolina tal-Milied. Film li dejjem jibqa' jaffaxxina lill-pubbliku u li anki tawh il-kulur. Field Of Dreams. (1989) - Ma nafx għaliex, din il-produzzjoni nikkunsidraha tassew addattata għal żmien dawn il-festi. Kevin Costner, bidwi novizz jakkwista għalqa f 'Iowa u jisma' vuċi maġika li tgħidlu biex jibni grawnd tal-futboll Amerikan biex iġib lura, minn aktar minn 60 sena qabel, player leġġendarju, Shoeless Joe Jackson (li kien jeżisti veru) u li l-karriera eċċellenti tiegħu spiċċat ħesrem meta t-team tiegħu, e Black Sox, kienu nvoluti fi skandlu. Tista' taħseb kif kulħadd jaħsbu li qed jiġġennen u jgħaddieh biż-żmien. Storja ta' fantasija, redenzjoni u fidi (bħat-twelid ta' Ġesu' Bambin), b'mumenti maġiċi kif verament jafu jagħmluhom it- tekniċi ta' Hollywood. Die Hard. (1988) – Wieħed mill- favoriti ta' żmien il-Milied. Kontra x-xogħlijiet kollha li semmejt dan hu mimli azzjoni divertenti u eżileranti. Bruce Willis, pulizija ta' New York City, jkun qed jispezzjona s-sular ta' fuq ta' bini għoli meta xi terroristi ħallelin jinvadu l-post u jagħlqu kull ħruġ għall-barra. Waħdu hemm ġew Willis jeħodha ma' dan il-grupp kriminali, anke meta jkun qed jiġri ħafi bil-frak tal-ħġieġ imxerred ma' kullimkien. Il-qofol hu kif dan il- pulizija jirnexxielu kontinwament jiżgiċċa u jżomm ruħu pass qabilhom. L-inċidenti kollha jseħħu fl-lejliet il-Milied. West Side Story. (2021) – West Side Story tal-1961 kien film mużikali li rebaħ 10 Oscars u għamel suċċess kbir. Il-film il-ġdid dirett minn Steven Spielberg jerġa' jaqbad l-ambjent vividu u enerġetiku tax-xogħol oriġinali. L-istorja drammatika ta' mħabba sfortunata hi bejn wieħed ta' gang Amerikan u tfajla ta' ċorma minn Puerto Rico. Dan huwa fil-fatt il-kapulavur ta' William Shakespeare, Romeo And Juliet, mogħti dehra moderna f 'atmosfera ta' zfin tassew imħarrek fit-toroq ta' din il-metropoli. Ħasra li din il-produzzjoni li tħabbata sewwa ma' dik ta' 61 sena ilu din id-darba ma kinitx għall- palat taż-żgħażagħ. Inkludejtu għax rajtu fil-Milied ta' sena ilu. Seven Brides For Seven Brothers. (1954) - Il-gosti tal- bniedem jinbiddlu minn meta jkun għadu żgħir sa meta jikber u jimmatura. Din tapplika wkoll għall-films u kif jintogħġbu. Fil- każ ta' dan l-aħħar film li ġej, l-entużjażmu tiegħi baqa' l-istess. Kien jogħġobni meta rajtu l-ewwel darba fis-snin sittin u baqa' jaffaxxinani l-istess sa dan l-aħħar (aktarx l-10 darba). Minn rakkont antik tal-istoriku Plutarka dwar il-ħtif ta' nisa sbieħ, is-Sabini, mis-suldati Rumani li jridu jgħammru magħhom biex ikabbru r-razza, nħadem xogħol mużikali uniku, bi żfin sfrenat li qatt ma deher bħalu qabel u kanzunetti sbieħ. Howard Keel, mir-razzett tiegħu ta' wara l-muntanji jmur fil-belt biex jiżżewweġ lil Jane Powell. Is-seba' ħutu l-oħra jkunu jridu jagħmlu bħalu. Keel jirrakkontalhom l-istorja tal- Istupru tas-Sabini. Huma jisirqu seba' tfajliet u jeħduhom fir- razzett. Valanga tas-silġ tagħlaq it-triq ta' dawk mill-belt li marru biex iġibuhom lura. Powell taqbeż għalihom u żżommhom magħha waqt li timmansa lis-seba' aħwa u anki tiċċivilizzahom, għalkemm fiha daqs nofshom. Film tassew maħluq għal dan iż-żmien ta' allegrija u ferħ, bix-xenarju xitwi bħall-kartolini tal-Milied. L-għażla tiegħi mhijiex waħda definitiva għax f 'moħħi għandi films oħra li jfakkruni f 'dan iż- żmien ta' ferħ, paċi u mħabba, imma l-ispazju sa hawn wassalni!